Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Inqarrbu l-istituzzjonijiet u ċ-ċittadini Ewropej lejn xulxin: ‎ l-Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej għandu jkollhom impatt fuq il-proċess leġiżlattiv tal-UE  

Il-mexxejja lokali u reġjonali huma lesti li jippromovu l-inizjattivi taċ-ċittadini b’impatt territorjali

Matul il-142 sessjoni plenarja tal-KtR, il-mexxejja lokali u reġjonali stiednu għall-ewwel darba rappreżentanti minn żewġ Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej, fil-preżenza tal-Viċi President tal-Parlament Ewropew responsabbli għad-Demokrazija Ewropea u l-Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej, Pedro Silva Pereira, u l-President il-ġdida tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, Christa Schweng. Bis-saħħa ta’ din l-inizjattiva, il-KtR qed jagħti bidu għad-dibattitu tiegħu dwar id-demokrazija fid-dawl tal-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa u juri l-impenn tiegħu li jappoġġja l-Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej (IĊE) li huma fil-kompetenza politika tiegħu u li huma politikament rilevanti għall-awtoritajiet lokali u reġjonali. L-IĊE jiffaċilitaw u jirfdu l-prijorità politika tal-KtR li jqarreb l-Ewropa lejn il-poplu tagħha u l-KtR bħala rappreżentant tal-livell ta’ gvern li huwa l-eqreb taċ-ċittadini huwa msieħeb ewlieni biex jippromovihom. Li l-Kummissjoni tonqos milli tagħti segwitu leġiżlattiv kif dovut mhux biss jiffrustra miljuni ta’ ċittadini, iżda jirriskja wkoll li joħloq skuntentizza fil-konfront tal-istituzzjonijiet Ewropej.

L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (IĊE) ġiet stabbilita fl-2011 . Hija strument ta’ demokrazija parteċipattiva fl-UE, li tippermetti liċ-ċittadini jistiednu lill-Kummissjoni Ewropea tressaq proposta għal att legali biex jiġu implimentati t-Trattati tal-UE. Skont ir- rapport tal-OECD tal-2020 dwar l-interess fid-demokrazija deliberattiva fl-UE , f’dawn l-aħħar 40 sena l-proċessi deliberattivi rappreżentattivi ntużaw iżjed ta’ spiss fil-livell lokali (52%) u reġjonali (30%). Għalhekk, l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma msieħba naturali biex jippromovu l-Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej b’impatt territorjali. Dan jista’ jsir bi tliet modi: l-ewwel nett, il-membri tal-KtR jistgħu jiddeċiedu kollettivament li jappoġġjaw l-għan ta’ IĊE speċifika jew permezz ta’ Opinjonijiet fuq inizjattiva proprja jew permezz ta’ riżoluzzjonijiet; it-tieni, il-kwistjoni tista’ titqajjem minn membru tal-KtR matul id-dibattitu permanenti plenarju dwar kwistjonijiet lokali u reġjonali fl-UE; it-tielet, l-IĊE jistgħu jiġu integrati fin-network CitizEN – Citizen Engagement in the EU Network, għodda żviluppata għall-ewwel darba mill-KtR fid-dawl tal-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa.

L-Ewwel Viċi President tal-KtR Vasco Cordeiro qal :“L-Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej jistgħu jirrappreżentaw għodda eċċellenti biex titjieb id-demokrazija fl-UE. Irridu dejjem insostnu d-demokrazija, leġiżlazzjoni aħjar u l-prinċipju tas-sussidjarjetà attiva. Jekk ma jingħatawx appoġġ adatt, hemm il-periklu li l-Inizjattivi taċ-Ċittadini jfallu, joħolqu aktar frustrazzjoni fost iċ-ċittadini u jdgħajfu l-fiduċja tagħhom fl-UE. Dan m’għandux ikun biss dibattitu akkademiku affaxxinanti, iżda għandu jsir dibattitu politiku fil-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa, biex jinstabu modi ġodda kif jissaħħu s-sisien demokratiċi tal-UE”.

Pedro Silva Pereira , Viċi President tal-Parlament Ewropew responsabbli għad-demokrazija Ewropea u l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej qal: “L-inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej hija strument importanti għall-promozzjoni tal-parteċipazzjoni Ewropea fil-proċess leġiżlattiv tal-Unjoni. Il-proċess, introdott mit-Trattat ta’ Lisbona, kien soġġett għal diversi bidliet sabiex isir aktar faċli, u biex tiġi żgurata wkoll aktar trasparenza fit-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE. Fi żmien meta għandna l-għan li nniedu diskussjoni profonda dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa, l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej tista’ tkun eżempju dwar kif tista’ titwessa’ aktar l-interazzjoni taċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet tal-UE, b’mod partikolari mal-Parlament Ewropew, u kif jistgħu jissaħħu l-mekkaniżmi tad-demokrazija parteċipattiva. L-inizjattiva tal-Kumitat tar-Reġjuni ma setgħetx isseħħ fi żmien aktar adatt, biex b’hekk jiġi żgurat li l-atturi reġjonali jkunu involuti b’mod profond fil-proċess kontinwu tat-titjib tad-Demokrazija Ewropea.”

Christa Schweng , President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew qalet: “Jeħtieġ li npoġġu n-nies fil-qalba tal-politiki tal-UE, kemm jekk permezz tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili rappreżentati fil-Kumitat tagħna, kif ukoll permezz ta’ strumenti bħall-IĊE. Il-KESE fil-livell tal-UE, u l-membri tiegħu, fil-pajjiżi rispettivi tagħhom, ser ikomplu jippromovu l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, u jissensibilizzaw liċ-ċittadini dwarha sabiex l-IĊE tkun aktar magħrufa minnhom u għalhekk tintuża aktar. Irridu nżommu ħaj is-sehem taċ-ċittadini, u nistimulaw il-kontribut tagħhom b’mod sinifikanti – peress li l-UE għandha tkun kemm jista’ jkun qrib tal-poplu tagħha u jkun jistħoqqilha l-fiduċja tagħhom. Il-kumitati tagħna għandhom rwol importanti bħala intermedjarji fil-livell tal-UE iżda wkoll fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali.”

L-IĊE Minority SafePack – Miljun firma favur id-diversità fl-Ewropa ġiet ippreżentata minn wieħed mill-organizzaturi tagħha u l-Eks President tal-KtR u membru tal-KtR, Karl-Heinz Lambertz , u tappella lill-UE biex ittejjeb il-protezzjoni ta’ persuni li jappartjenu għal minoranzi nazzjonali u lingwistiċi u ssaħħaħ id-diversità kulturali u lingwistika fl-Unjoni. Hija waħda mis-seba’ Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej li kisbu biżżejjed firem u temmew l-istadji kollha tal-proċedura u ġew ippreżentati b’suċċess lill-Kummissjoni.

Votanti mingħajr fruntieri, Drittijiet politiċi sħaħ għaċ-ċittadini tal-UE hija waħda mill-14-il IĊE li għaddejjin bħalissa (jiġifieri inizjattivi miftuħa, fil-proċess tal-ġbir tal-firem). Ġiet ippreżentata minn Beniamino Brunati u titlob li jsiru riformi bil-għan li jissaħħu d-drittijiet eżistenti taċ-ċittadini tal-UE biex jivvutaw u joħorġu bħala kandidati fl-elezzjonijiet Ewropej u muniċipali fil-pajjiż ta’ residenza tagħhom, u għal leġiżlazzjoni ġdida biex testendihom għall-elezzjonijiet u r-referendums reġjonali u nazzjonali.

CitizEN – Citizen Engagement in the EU Network – huwa għodda proposta mill-KtR fl-Opinjoni “L-awtoritajiet lokali u reġjonali fid-djalogu permanenti maċ-ċittadini” – relatur: Cllr Declan McDonnell (IE/AE) – li għandha l-għan li tinvolvi liċ-ċittadini fit-tfassil tal-politika. Dan-network CitizEN jista’ jitnieda matul il-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa, bil-ħsieb li jsir mekkaniżmu permanenti għall-futur. In-network ikollu tliet għanijiet:

– li jsaħħaħ l-interazzjoni bejn l-istituzzjonijiet u ċ-ċittadini Ewropej, permezz ta’ metodi diretti għall-involviment fil-livell lokali u reġjonali;

– li jipprovdi eżempji ta’ metodi ta’ parteċipazzjoni li jistgħu jintużaw kemm formalment kif ukoll informalment;

– li jaġixxi bħala repożitorju għall-informazzjoni u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki ta’ inizjattivi nazzjonali, reġjonali u lokali ta’ parteċipazzjoni mill-Unjoni Ewropea kollha.

L-organizzaturi tal-IĊE għandhom jaħtfu l-opportunità pprovduta mid-dibattiti li se torganizza l-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa. In-network CitizEN jista’ jsir infrastruttura stabbli u permanenti kapaċi tkompli bis-segwitu tal-ħidma tal-Konferenza u li tiżgura li ċ-ċittadini jkunu infurmati tajjeb u jkunu jistgħu jiġu involuti fil-fażijiet ta’ monitoraġġ, evalwazzjoni u valutazzjoni.

Informazzjoni ta’ sfond:

Fl-1 ta’ Jannar 2020, bdew japplikaw regoli ġodda biex l-IĊE ssir aktar aċċessibbli, inqas ta’ piż u aktar faċli biex tintuża mill-organizzaturi u s-sostenituri. L-innovazzjoni teknika ewlenija hija sistema ċentrali ta’ ġbir online ġestita mill-Kummissjoni Ewropea. Dan is-servizz huwa offrut mingħajr ħlas u jippermetti liċ-ċittadini jiffirmaw permezz tal-identifikazzjoni elettronika. L-organizzaturi jistgħu jagħżlu wkoll li jistabbilixxu s-sistema ta’ ġbir online individwali tagħhom sa tmiem l-2022. Mill-2012 ’l hawn, ġew irreġistrati 75 inizjattiva.

Il-KtR adotta tliet Opinjonijiet dwar is-suġġett:

L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (CDR 167/2010), adottata fl-2010, mir-relatur Sonia Masini;

L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (CIVEX-VI/005), adottata f’Ottubru 2015, mir-relatur Luc Van den Brande;

Regolament dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (CIVEX-VI/028), adottata f’Marzu 2018, mir-relatur Luc Van den Brande.

L-Opinjoni “Nirriflettu dwar l-Ewropa: leħen l-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex terġa’ tinkiseb il-fiduċja fl-Unjoni Ewropea” , adottata f’Ottubru 2018, poġġiet l-IĊE fi ħdan is-suġġett usa’ ta’ demokrazija u parteċipazzjoni taċ-ċittadini: “ ... strumenti parteċipattivi bħalma hi l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (IĊE) għandhom jissaħħu; bħala għodda komplementarja għall-istrutturi eżistenti ta’ demokrazija rappreżentattiva fil-livell tal-UE, u għall-elementi addizzjonali innovattivi tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet parteċipattiv u d-djalogu permanenti, l-IĊE jistgħu jgħinu biex jimmobilizzaw liċ-ċittadini b’rabta ma’ kawża komuni, jenfasizzaw id-dimensjoni Ewropea ta’ kwistjonijiet politiċi ewlenin u jrawmu l-ħolqien ta’ dibattiti pan-Ewropej u l-opinjoni pubblika korrispondenti ”.

Fl-istess perspettiva, ir- Riżoluzzjoni tal-KtR dwar il-Proposti għall-mandat leġislattiv il-ġdid tal-Unjoni Ewropea , adottata f’Ġunju 2019, inkludiet l-IĊE fost l-istrumenti eżistenti ta’ demokrazija parteċipattiva li jsaħħu l-leġittimità u l-pedamenti demokratiċi tal-UE, u li għandhom jiġu kkomplementati minn strumenti ġodda – pereżempju, sistema permanenti ta’ djalogu maċ-ċittadini.

Persuni ta’ kuntatt:

Marie-Pierre Jouglain

mariepierre.jouglain@cor.europa.eu

Tel +32 (0) 473 52 41 15

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COR-SOLIDARITY-TURKIYE-SYRIA.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/BRIDGING-EUROPEAN-INSTITUTIONS-CITIZENS.ASPX

The CoR stands in solidarity with Türkiye and Syria
The CoR stands in solidarity with Türkiye and Syria
23.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/MICHAłOWO-HONOURED-WITH-MAYOR-PAWEł-ADAMOWICZ-AWARD.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/BRIDGING-EUROPEAN-INSTITUTIONS-CITIZENS.ASPX

Il-Muniċipalità ta’ Michałowo u ċ-ċittadini tagħha ġew onorati bil-Premju “Sindku Paweł Adamowicz” għall-għajnuna tagħhom lir-refuġjati fil-fruntiera mal-Belarussja
Il-Muniċipalità ta’ Michałowo u ċ-ċittadini tagħha ġew onorati bil-Premju “Sindku Paweł Adamowicz” għall-għajnuna tagħhom lir-refuġjati fil-fruntiera mal-Belarussja
08.02.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/STATEMENT-EARTHQUAKES-TURKIYE-SYRIA.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/BRIDGING-EUROPEAN-INSTITUTIONS-CITIZENS.ASPX

Statement by the President of the European Committee of the Regions on the earthquakes in Türkiye and Syria
Statement by the President of the European Committee of the Regions on the earthquakes in Türkiye and Syria
07.02.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/PLENARY-ANNOUNCEMENT-FEBRUARY-2023.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/BRIDGING-EUROPEAN-INSTITUTIONS-CITIZENS.ASPX

Energy and digital transitions in focus at meeting of EU local and regional leaders
Energy and digital transitions in focus at meeting of EU local and regional leaders
03.02.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CIVEX-1-FEBRUARY-2023.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/BRIDGING-EUROPEAN-INSTITUTIONS-CITIZENS.ASPX

Eastern Partnership and media freedom opinions win early backing
Eastern Partnership and media freedom opinions win early backing
01.02.2023