Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Sabiex nindirizzaw l-isfidi tal-Ewropa, ir-reġjuni u ċ-ċittadini huma “xempji ta’ solidarjetà, progress u tama”  

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, Vasco Alves Cordeiro, jenfasizza li l-inugwaljanzi soċjali, il-faqar enerġetiku u l-kriżi klimatika jistgħu jiġu indirizzati biss billi jiġu mobilizzati l-atturi reġjonali u lokali

Peress li l-Ewropa qed taffaċċja diversi sfidi – mill-konsegwenzi tal-gwerra kontra l-Ukrajna sal-kriżi tal-klima u tal-enerġija – il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni Vasco Alves Cordeiro enfasizza l-ħidma fundamentali li qed issir fil-livell reġjonali u lokali biex tiġi ppreservata l-koeżjoni tal-Ewropa permezz tas-solidarjetà u d-demokrazija.

Id-diskors annwali tal-President Cordeiro dwar l-Istat tar-Reġjuni u l-Bliet fl-Unjoni Ewropea, ikkoinċida mal-pubblikazzjoni tar-Rapport Annwali tal-UE għall-2022 dwar l-Istat tar-Reġjuni u l-Bliet tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni. Ir-Rapport jinkludi l-Barometru Reġjonali u Lokali annwali, li huwa stħarriġ mal-Ewropa kollha fost ir-rappreżentanti lokali u reġjonali fis-27 Stat Membru tal-UE dwar kif jaraw il-futur tal-Ewropa u kif qed jindirizzaw il-kriżijiet attwali. 

Il-gwerra kontra l-Ukrajna, il-konsegwenzi fit-tul tal-pandemija tal-COVID-19 u t-theddida eżistenzjali tal-kriżi klimatika poġġew lill-Unjoni Ewropea taħt pressjoni bla preċedent. Ir-Rapport Annwali tal-UE għall-2022 dwar l-Istat tar-Reġjuni u l-Bliet jenfasizza kif ir-reġjuni u l-bliet jipprovdu l-ewwel rispons għal dawn l-isfidi globali.

Il-President Cordeiro qal: “L-istat tar-reġjuni u l-bliet jista’ jkun biss l-istat tan-nies li jgħixu fl-Ewropa, bid-diversitajiet kollha li jirrappreżentaw, bl-istess mod li l-istat tal-Unjoni Ewropea ma jistax jiġi vvalutat bis-sħiħ u kompletament jekk ma nħarsux lejn l-istat tar-reġjuni u l-bliet. L-istejjer minn madwar l-Ewropa huma xhieda qawwija tar-reġjuni u l-bliet bħala xempji ta’ solidarjetà, progress u tama. Ir-reġjuni u l-bliet huma xempji tal-valuri u l-prinċipji Ewropej”.

Ir-Rapport joffri wkoll sensiela ta’ rakkomandazzjonijiet ta’ politika għal-leġiżlaturi tal-UE dwar dossiers ewlenin, bħar-rikostruzzjoni tal-Ukrajna, miżuri biex jiġu appoġġjati l-unitajiet domestiċi, in-negozji u l-amministrazzjoni pubblika fil-kriżi tal-enerġija, jew biex jitħejja d-dibattitu dwar il-futur tal-politika ta’ koeżjoni.

Dwar ir-rikostruzzjoni tal-Ukrajna, il-President Cordeiro żied jgħid li: “Jeħtieġ li jkun hemm linja baġitarja speċifika disponibbli għall-kooperazzjoni reġjonali u lokali għall-isforzi ta’ rikostruzzjoni. Din hija l-proposta konkreta tiegħi fid-dawl tal-Konferenza ta’ Berlin dwar ir-Rikostruzzjoni”.

Fir-rigward tal-kriżijiet tal-enerġija, huwa enfasizza li: “l-awtoritajiet lokali u reġjonali jeħtiġilhom jiġu appoġġjati fl-isforzi tagħhom għall-iffrankar tal-enerġija. Aħna se nwettqu l-parti tagħna”.

Dwar il-futur tal-politika ta’ koeżjoni, il-President Cordeiro ħabbar li: “il-Kumitat tar-Reġjuni se jaħdem biex jiżgura li l-politiki kollha tal-UE jintegraw il-prinċipju ‘la tagħmilx ħsara lill-koeżjoni’ introdott mill-Kummissarju Elisa Ferreira aktar kmieni din is-sena”.

Ir-Rapport Annwali tal-UE għall-2022 dwar l-Istat tar-Reġjuni u l-Bliet ikkontribwixxa għal riżoluzzjoni politika li se ssir votazzjoni dwarha mill-membri tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni fit-12 ta’ Ottubru, u li se tiġi ppreżentata lill-Presidenti tal-istituzzjonijiet tal-UE.

KUNTEST

Links:

Diskors tal-President tal-KtR Vasco Alves Cordeiro

Vidjo tad-dibattitu

Ritratti tad-dibattitu

Sejbiet tar-Rapport Annwali tal-UE għall-2022 dwar l-Istat tar-Reġjuni u l-Bliet

Skeda informattiva tar-Rapport Annwali tal-UE għall-2022 dwar l-Istat tar-Reġjuni u l-Bliet – sejbiet ewlenin

Rapport Annwali tal-UE għall-2022 dwar l-Istat tar-Reġjuni u l-Bliet – rapport sħiħ

Barometru Reġjonali u Lokali — stħarriġ tal-opinjoni (inklużi r-riżultati speċifiċi għall-pajjiżi individwali)

Barometru Reġjonali u Lokali:

Il-Barometru Reġjonali u Lokali, stħarriġ tal-politiċi lokali u reġjonali fis-27 Stat Membru tal-UE li jikkomplementa r-Rapport Annwali tal-UE għall-2022 dwar l-Istat tar-Reġjuni u l-Bliet, ġie kkummissjonat mill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u twettaq mill-IPSOS. L-istħarriġ jeżamina l-fehmiet tagħhom dwar l-appoġġ għall-Ukrajna, l-implikazzjoni tal-gvernijiet sottonazzjonali fil-pjani nazzjonali ta’ rkupru, l-impatt tal-gwerra fuq l-objettivi tal-politiki tal-UE u r-rwol tal-livell lokali u reġjonali fit-tiswir tal-futur tal-UE.

Persuni ta’ kuntatt:

Monica Tiberi – Kelliema f’isem il-President

Tel. +32 (0) 479 51 74 43

monica.tiberi@cor.europa.eu

Marie-Pierre Jouglain – Uffiċjal tal-Istampa

Tel. +32 473 52 41 15

mariepierre.jouglain@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/WE-NEED-TO-BUILD-A-RESILIENT-AGRICULTURAL-SYSTEM-EU-REGIONAL-AND-LOCAL-LEADERS-URGE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/BEACONS-SOLIDARITY-PROGRESS-HOPE.ASPX

We need to build a resilient agricultural system, EU regional and local leaders urge
We need to build a resilient agricultural system, EU regional and local leaders urge
02.06.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/GREEN-DEAL-GOING-LOCAL-WORKING-GROUP-ON-MULTIGOVERNANCE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/BEACONS-SOLIDARITY-PROGRESS-HOPE.ASPX

Multilevel governance is key to EU's climate ambitions
Multilevel governance is key to EU's climate ambitions
31.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/YOUNG-ELECTED-POLITICIAN-PROGRAMME-2023.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/BEACONS-SOLIDARITY-PROGRESS-HOPE.ASPX

Young people entrusted with the responsibilities of elected office in Europe's cities and regions deserve a voice in the policy making process as key players in building European democracy
Young people entrusted with the responsibilities of elected office in Europe's cities and regions deserve a voice in the policy making process as key players in building European democracy
31.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/LOCAL-AND-REGIONAL-AUTHORITIES-WILL-BE-KEY-TO-UKRAINE'S-RECONSTRUCTION.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/BEACONS-SOLIDARITY-PROGRESS-HOPE.ASPX

Local and regional authorities will be key to Ukraine's reconstruction
Local and regional authorities will be key to Ukraine's reconstruction
26.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/A-MORE-RESILIENT-INCLUSIVE-AND-DEMOCRATIC-EUROPE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/BEACONS-SOLIDARITY-PROGRESS-HOPE.ASPX

A more resilient, more inclusive and more democratic Europe at the centre of a debate with Oliver Röpke, President of the European Economic and Social Committee
A more resilient, more inclusive and more democratic Europe at the centre of a debate with Oliver Röpke, President of the European Economic and Social Committee
26.05.2023