Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Il-Prim Ministru Rumen se jiddiskuti l-ġejjieni tal-Ewropa mal-mexxejja lokali u reġjonali  
Dibattitu mal-Kummissarju tal-UE għall-Edukazzjoni Navracsics jinsab ukoll fuq l-aġenda #CoRplenary , 6-7 ta’ Frar, Brussell

Fis-6 ta’ Frar, politiċi lokali u reġjonali minn madwar l-UE kollha se jilqgħu lil Vasilica Viorica Dăncilă, Prim Ministru tar-Rumanija u rappreżentant tal-Presidenza Rumena tal-UE, fis-sessjoni plenarja tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR). Il-prijoritajiet tal-Presidenza tal-UE, il-preservazzjoni tal-koeżjoni bħala valur Ewropew komuni, u l-ġejjieni tal-UE wara l-Brexit se jkunu fost is-suġġetti ewlenin għad-dibattitu.

ARA L-#CoRplenary DIRETTA Id-Dokumenti tal-Plenarja jinsabu disponibbli hawnhekk

Il-plenarja se tibda b’kommemorazzjoni ta’ Paweł Adamowicz , Sindku ta’ Gdansk u membru tal-KtR li nqatel f’Jannar. F’dan ir-rigward, se tiġi ppreżentata riżoluzzjoni dwar " il-Ġlieda kontra d-Diskors ta’ Mibegħda " li hija mistennija li tiġi adottata mill-membri tal-KtR. Se tieħu sehem delegazzjoni minn Gdansk.

6 ta’ Frar, 15:15: Dibattitu dwar il-ġejjieni tal-programmi tal-UE għall-edukazzjoni, il-kultura, iż-żgħażagħ u l-isport

Għall-baġit fit-tul li jmiss tal-UE 2021-2027, il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi li tirdoppja l-finanzjament għall-Erasmus għal EUR 30 biljun. L- abbozz ta’ Opinjoni tal-KtR imħejji minn Ulrike Hiller (DE/PSE), Membru tas-Senat ta’ Bremen, jappella għal aktar miżuri sabiex tittejjeb l-inklużività tal-programm. Wara dibattitu ma’ Tibor Navracsics , Kummissarju għall-Edukazzjoni, il-Kultura, iż-Żgħażagħ u l-Isport, l-assemblea politika se tadotta wkoll ir-rakkomandazzjonijiet tagħha għall-programm Ewropa Kreattiva taħt it-tmexxija tar-relatur János Ádam Karácsony (HU/PPE), Kunsillier tal-villaġġ ta’ Tahitótfalu.

6 ta’ Frar, 17:00: Il-prijoritajiet tal-Presidenza Rumena tal-UE u l-ġejjieni tal-Ewropa

F’Jannar, ir-Rumanija ħadet f’idejha l-Presidenza tal-UE b’rotazzjoni, għall-ewwel darba minn meta ngħaqdet mal-UE. Il- Prim Ministru tar-Rumanija Dăncilă se tistabbilixxi l-prijoritajiet tal-Presidenza matul is-sitt xhur, żmien li matulu deċiżjonijiet importanti – bħal pereżempju li r-Renju Unit mistenni joħroġ mill-UE f’Marzu, l-elezzjonijiet Ewropej f’Mejju u n-negozjati dwar il-Baġit tal-UE fuq Perjodu Twil wara l-2020 – se jsawru l-ġejjieni tal-UE.

Dan id-dibattitu se jsir ftit ġimgħat biss qabel it- 8 Summit Ewropew tal-Bliet u r-Reġjuni li se jsir f’Bucharest, fl-14 u l-15 ta’ Marzu 2019. L-avveniment huwa koorganizzat mill-KtR, il-Presidenza Rumena tal-UE u l-Assoċjazzjonijiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali tar-Rumanija. Taħt it-titolu “ (Re) New EUrope ” is-Summit se jlaqqa’ flimkien ’il fuq minn 500 mexxej Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali mill-Istati Membri kollha tal-UE biex jiddiskutu l-kontribut tal-gvernijiet lokali u reġjonali għall-ġejjieni tal-Ewropa.

Opinjonijiet/riżoluzzjonijiet oħrajn li se jiġu adottati matul is-sessjoni plenarja:

Aġenda Ewropea għar-Riċerka u l-Innovazzjoni mġedda , relatur: Birgitta Sacredus (SV/PPE)

L-Intelliġenza Artifiċjali għall-Ewropa , relatur: Jan Trei (EE/PPE)

Id-diġitalizzazzjoni tas-settur tas-saħħa , relatur: Fernando López Miras (ES/PPE)

L-indirizzar tad-diżinformazzjoni online: Approċċ Ewropew , relatur: Olgierd Geblewicz (PL/PPE)

Lejn it-Tmien Programm ta Azzjoni Ambjentali , relatur: Cor Lamers (NL/PPE)

Is-sikurezza fit-toroq u l-mobbiltà awtomatizzata , relatur: József Ribányi (HU/PPE)

Is-semplifikazzjoni tal-implimentazzjoni tat-TEN-T , relatur: Michiel Scheffer (NL/ALDE)

Il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta , relatur ġenerali: Anna Magyar (HU/PPE)

Riżoluzzjoni dwar "Il-Ġlieda kontra d-Diskors ta’ Mibegħda u r-Reati ta’ Mibegħda" , mressqa mill-gruppi politiki kollha tal-KtR

Informazzjoni prattika:

Post: Bini Paul Henri Spaak – Emiċiklu, Parlament Ewropew

Data: L-Erbgħa, 6 ta’ Frar, 3pm-9pm; il-Ħamis, 7 ta’ Frar, 9am-1pm.

Materjal ta’ sfond: L- aġenda u d- dokumenti tal-plenarja.

Il-plenarja se tixxandar diretta fuq is-sit web tal-KtR.

Kuntatt: PresseCdr@cor.europa.eu

Ikkondividi :