Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
It-tnaqqis tat-tniġġis huwa essenzjali biex jingħelbu l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa fl-UE kollha  

Il-Pjattaforma għall-Partijiet Ikkonċernati b’rabta mat-Tniġġis Żero, inizjattiva konġunta tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) u tal-Kummissjoni Ewropea (KE), organizzat it-tieni laqgħa tagħha fil-25 ta’ April b’enfasi fuq is-saħħa u l-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tniġġis Żero bħala mutur ewlieni biex jitnaqqsu t-tniġġis tal-ilma, tal-arja u tal-ħamrija u l-inugwaljanzi fis-saħħa fl-UE.

L-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa fl-UE jistgħu u jridu jiġu indirizzati b’mod urġenti, b’mod partikolari permezz tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tniġġis Żero u l-inizjattiva ewlenija ddedikata tiegħu li tiffoka fuq “It-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa permezz ta’ tniġġis żero”. Dan kien wieħed mill-messaġġi ewlenin tal-parteċipanti tat-tieni Pjattaforma għall-Partijiet Ikkonċernati b’rabta mat-Tniġġis Żero fil-25 ta’ April, li enfasizzaw l-impatt drammatiku li t-tniġġis ambjentali għandu fuq is-saħħa tal-bniedem peress li 17% tal-imwiet mill-kanċer tal-pulmun huma marbuta mat-tniġġis tal-arja u 11% tal-imwiet prematuri fl-UE huma dovuti għat-tniġġis ambjentali. Minbarra t-tnaqqis tat-tniġġis tal-ilma, tal-arja u tal-ħamrija, objettiv ewlieni tal-pjattaforma li għadha kif inħolqot huwa għalhekk li tikkontribwixxi għat-titjib tas-saħħa pubblika u għat-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-saħħa, peress li gruppi speċifiċi ta’ ċittadini huma aktar esposti jew vulnerabbli għat-tniġġis u l-impatt tiegħu fuq is-saħħa.

Marieke Schouten (NL/Ħodor), Kopresident tal-Pjattaforma għall-Partijiet Ikkonċernati b’rabta mat-Tniġġis Żero u membru tal-kunsill muniċipali ta’ Nieuwegein, qalet: “Il-Pjattaforma għall-Partijiet Ikkonċernati b’rabta mat-Tniġġis Żero hija pass kruċjali biex nilħqu l-ambizzjonijiet tal-Patt Ekoloġiku tal-Unjoni Ewropea. L-iżgurar ta’ aċċess ugwali għas-saħħa għaċ-ċittadini kollha tal-UE permezz ta’ tniġġis żero huwa essenzjali fil-ħidma favur Ewropa aktar reżiljenti u favur l-ambjent. Ix-xjenza u l-innovazzjoni huma għodod innovattivi u inputs importanti għal azzjonijiet konkreti fil-ġlieda kontra t-tniġġis.” Marieke Schouten, relatur tal-KtR dwar it-tniġġis żero enfasizzat ukoll li l-oqsma tematiċi u attivitajiet differenti dwar it-tniġġis żero huma koerenti mal-inizjattiva ewlenija tal-KtR dwar il-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali.

Patrick Child, Viċi Direttur Ġenerali tad-DĠ Ambjent tal-Kummissjoni Ewropea u Kopresident tal-Pjattaforma għall-Partijiet Ikkonċernati b’rabta mat-Tniġġis Żero, qal: “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew inkluż il-ħidma li qed inwettqu dwar it-tniġġis żero huwa saħansitra aktar meħtieġ fl-isfond tal-kriżi attwali u l-invażjoni Russa fl-Ukrajna. L-isfida tas-sigurtà tal-enerġija indirizzata fl-istrateġija RePowerEU tal-Kummissjoni titlob aċċellerazzjoni rapida tad-dekarbonizzazzjoni u l-użu tal-enerġija rinnovabbli, li għandu jkollhom benefiċċji diretti għall-miri tal-UE ta’ tniġġis żero.  Din il-pjattaforma tiżgura li nimxu id f’id ma’ msieħba u partijiet ikkonċernati kruċjali biex niżguraw l-akbar benefiċċji possibbli għaċ-ċittadini f’termini ta’ protezzjoni ambjentali u saħħa pubblika.”

Id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, Hans Bruyninckx saħaq li: “Hemm proċess li miexi bil-mod iżda kontinwu lejn l-ambizzjoni ta’ tniġġis żero.Hemm bżonn li ntejbu s-saħħa fl-Unjoni Ewropea kollha u nnaqqsu l-inugwaljanzi.” Enfasizza wkoll il-ħtieġa għal prevenzjoni tal-mard ikkawżat jew aggravat mit-tniġġis, inkluż permezz tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tniġġis Żero, sabiex tingħata kwalità tal-ħajja aħjar liċ-ċittadini tal-UE, u jiġi protett l-ambjent.

Il-membri tal-pjattaforma ddiskutew ukoll il-proposti tal-Kummissjoni taħt l-Inizjattiva għal Prodotti Sostenibbli u dwar Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali riveduta. Dawn l-inizjattivi għandhom l-għan li jnaqqsu t-tniġġis u jiżguraw ċikli ta’ produzzjoni u konsum aktar ċirkolari, b’konformità mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. Il-parteċipanti irrimarkaw li x-xjenza u l-innovazzjoni joffru soluzzjonijiet ġodda biex jiġi indirizzat it-tniġġis ambjentali u li dawn l-innovazzjonijiet jeħtieġ li jintużaw u jiġu implimentati, b’mod partikolari, fil-livell lokali u reġjonali.

Huwa u jippreżenta l-Opinjoni tal-KtR dwar il-Missjonijiet ta’ Orizzont Ewropa tiegħu, il-President tar-Reġjun ta’ Ħelsinki, Markku Markkula (FI/PPE) enfasizza li l-“Missjonijiet” huma strument ġdid u essenzjali li jista’ jkollu impatt qawwi biex tintlaħaq il-mira ta’ tniġġis żero. Huwa enfasizza li “għandna nrawmu kultura ta’ ħidma ġdida bbażata fuq il-kondiviżjoni tal-għarfien sabiex jitnaqqas id-distakk bejn l-akkademja, l-esperti industrijali u dawk li jfasslu l-politika”.L-eks President tal-KtR ikkonkluda billi fakkar li “L-attivitajiet ta’ prospettiva huma importanti biex jiġu mifhuma l-flussi kbar ta’ informazzjoni u biex jiġi implimentat l-għarfien kondiviż billi jiġu kkombinati l-kultura, it-tagħlim, il-bini tal-kapaċità u r-riċerka. Hemm bżonn ta’ aktar investiment fir-Riċerka u l-Innovazzjoni biex niżviluppaw il-handprint tal-karbonju tagħna – b’mod li jkun kapaċi jikkontrobilanċja t-tniġġis u l-impronta tal-karbonju tagħna. Għal dan il-għan jeħtieġ ninvolvu lill-imsieħba industrijali u lill-atturi tan-negozju.”

Il-laqgħa kienet ukoll l-okkażjoni biex tiġi diskussa l-adozzjoni tal-Programm ta’ Ħidma tal-Pjattaforma 2022-2024. It-3 laqgħa tal-Pjattaforma għall-Partijiet Ikkonċernati b’rabta mat-Tniġġis Żero hija skedata għal Ottubru 2022. L-istedina għal-laqgħa li jmiss u l-informazzjoni dwar is-sessjonijiet ta’ ħidma u avvenimenti oħra huma disponibbli fuq il-paġna web tal-Pjattaforma.

Kuntest:

L-ewwel laqgħa tal-Pjattaforma għall-Partijiet Ikkonċernati b’rabta mat-Tniġġis Żero saret fis-16 ta’ Diċembru 2021 bil-preżenza tal-Kummissarju għall-Ambjent, l-Oċeani u s-Sajd Virginijus Sinkevičius u l-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u Gvernatur tar-Reġjun tal-Maċedonja Ċentrali fil-Greċja, Apostolos Tzitzikostas. Tista’ taqra l-istqarrija għall-istampa hawnhekk u tara s-sessjoni hawnhekk.

Persuna ta’ kuntatt:

David Crous

Tel. +32 (0)470 881 037David.Crous@cor.europa.eu

Theresa Sostmann

Tel. +32 2282 2457Theresa.Sostmann@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/ENVE-SEMINAR-IN-TALLINN-ON-CIRCULAR-ECONOMY.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/REDUCING-POLLUTION-KEY-OVERCOME-HEALTH-INEQUALITIES.ASPX

Local and regional representatives gather in Tallinn to accelerate the transition towards circular economy
Local and regional representatives gather in Tallinn to accelerate the transition towards circular economy
07.06.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/WE-NEED-TO-BUILD-A-RESILIENT-AGRICULTURAL-SYSTEM-EU-REGIONAL-AND-LOCAL-LEADERS-URGE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/REDUCING-POLLUTION-KEY-OVERCOME-HEALTH-INEQUALITIES.ASPX

We need to build a resilient agricultural system, EU regional and local leaders urge
We need to build a resilient agricultural system, EU regional and local leaders urge
02.06.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/GREEN-DEAL-GOING-LOCAL-WORKING-GROUP-ON-MULTIGOVERNANCE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/REDUCING-POLLUTION-KEY-OVERCOME-HEALTH-INEQUALITIES.ASPX

Multilevel governance is key to EU's climate ambitions
Multilevel governance is key to EU's climate ambitions
31.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/155-PLENARY-ANNOUNCEMENT.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/REDUCING-POLLUTION-KEY-OVERCOME-HEALTH-INEQUALITIES.ASPX

On cities' and regions' agenda: Ukraine's reconstruction, crises management, EU budget
On cities' and regions' agenda: Ukraine's reconstruction, crises management, EU budget
23.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-TARGETS-FOR-WASTEWATER-TREATMENT-AND-AIR-QUALITY.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/REDUCING-POLLUTION-KEY-OVERCOME-HEALTH-INEQUALITIES.ASPX

Regions and cities need support to comply with ambitious EU targets for wastewater treatment and air quality
Regions and cities need support to comply with ambitious EU targets for wastewater treatment and air quality
11.05.2023