Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Il-President Lambertz ser jagħti l-ewwel diskors dwar “L-Istat tal-Unjoni: il-Perspettiva tar-Reġjuni u l-Bliet”  

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR), Karl-Heinz Lambert, ser jagħti l-ewwel diskors li qatt sar dwar “L-istat tal-Unjoni Ewropea: il-Perspettiva tar-Reġjuni u l-Bliet” matul is-sessjoni plenarja tal-KtR fl-10 ta’ Ottubru fi Brussell. Wara d-diskors ser ikun hemm dibattitu mal-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk u mal-mexxejja lokali tal-UE dwar il-ġejjieni tal-Ewropa. Il-Kummissarju tal-UE għall-Azzjoni dwar il-Klima, Miguel Arias Cañete, imbagħad ser jistabbilixxi l-prijoritajiet tal-UE għat-taħditiet tan-NU dwar il-klima f’Bonn hekk kif il-bliet u r-reġjuni tal-UE ser jerġgħu jniedu koalizzjoni dwar il-klima mal-kontropartijiet Kanadiżi u tal-Istati Uniti.

#SOTREG "L-Istat tal-Unjoni: il-Perspettiva tar-Reġjuni u l-Bliet" , #CoRplenary, 10 ta’ Ottubru 2:30pm

Hekk kif ikompli d-dibattitu dwar il-ġejjieni tal-Ewropa, id-diskors tal-President tal-KtR ser jikkontribwixxi għall-istabbiliment tal-aġenda tal-UE billi jagħti l-perspettiva tal-bliet u r-reġjuni dwar l-istat tal-Unjoni. Ser jagħti ħarsa lejn l-isfidi għall-gvernijiet lokali u reġjonali fis-snin li ġejjin f’oqsma bħall-migrazzjoni, l-impjiegi u t-tkabbir, u t-tibdil fil-klima u l-koeżjoni soċjali u territorjali.

L-avveniment ser ikun imxandar dirett fuq l-EbS, is-sit web tal-KtR u l-Facebook.

#EURegionsWeek, 9-12 ta’ Ottubru

Is-sessjoni inawgurali tal-plenarja ser tagħti bidu wkoll għall-15-il edizzjoni tal-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet, fejn aktar minn 5 000 awtorità lokali, esperti tal-politika reġjonali tal-UE u prattikanti ser ikunu preżenti fi Brussell mid-9 sat-12 ta’ Ottubru. Il-130 workshop ser jipprovdu opportunità unika sabiex jiġu skambjati l-fehmiet u l-esperjenzi dwar tliet temi prinċipali: Il-bini ta’ reġjuni u bliet reżiljenti – #LocalResilience; Ir-reġjuni u l-bliet bħala aġenti tal-bidla – #TakeAction; Nikkondividu l-għarfien biex ikollna r-riżultati – #SharingKnowledge. Il-ġurnalisti huma offruti programm speċifiku għall-mezzi tax-xandir. Is-sessjoni inawgurali ser tixxandar dirett fuq l-internet fuq is-sit web tal-KtR.

Tnedija tal-#CohesionAlliance, 9 ta’ Ottubru

Is-sessjoni inawgurali tal-#EURegionsWeek tara t-tnedija uffiċjali tal-#CohesionAlliance: koalizzjoni ta’ dawk li jemmnu li l-politika ta’ koeżjoni tal-UE għandha tibqa’ pilastru ta-ġejjieni tal-UE. Maħluqa mill-assoċjazzjonijiet Ewropej prinċipali tal-bliet u r-reġjuni u l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, din tappella sabiex il-baġit tal-UE wara l-2020 jgħin biex il-politika ta’ koeżjoni ssir aktar b’saħħitha, aktar effettiva, viżibbli u disponibbli għal kull reġjun tal-UE. Mill-gvernijiet nazzjonali, reġjonali u lokali sal-SMEs, l-NGOs, l-iskejjel, l-universitajiet, u l-organizzazzjonijiet kulturali, kull min jemmen fil-politika ta’ koeżjoni tal-UE huwa mistieden jissieħeb. Is-sit web www.cohesionalliance.eu ser jibda jaħdem fid-9 ta’ Ottubru.

Il-bliet u r-reġjuni għall-klima. Daqt tasal il-#COP23.

Xahar qabel it-taħditiet tan-NU dwar il-klima li ser isiru f’Bonn, il-Kummissarju Arias Cañete, ser jistabbilixxi l-prijoritajiet tal-UE matul il-plenarja tal-KtR bil-għan li titħaffef l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi. Nixtiequ naraw involviment sħiħ tar-reġjuni u l-bliet fil-governanza klimatika globali ġdida u tiġdid ta’ koalizzjoni klimatika transatlantika bejn il-bliet tal-UE, l-Istati Uniti u l-Kanada. Sfida ċentrali – kif għandu jiġi ffaċilitat l-aċċess tal-bliet u r-reġjuni għall-klima – hija s-suġġett tal-opinjoni mfassla minn Marco Dus (IT/PSE) bit-titolu Il-finanzjament tal-azzjoni klimatika: għodda essenzjali għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi.

It-tnedija tal-pjattaforma Ewropea tal-broadband , 12 ta’ Ottubru

Fit-12 ta’ Ottubru, il-President Lambertz u l-Kummissarju tal-UE għall-Ekonomija u s-Soċjetà Diġitali Mariya Gabriel ser jippresiedu l-laqgħa inawgurali tal-pjattaforma tal-broadband stabbilita b’mod konġunt mill-Kummissjoni Ewropea u l-KtR. Il-pjattaforma ser tistabbilixxi djalogu regolari bejn l-esperti u r-rappreżentanti lokali u reġjonali, bil-għan li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ta’ broadband b’veloċità għolja iktar rapida, aħjar u sostenibbli fir-reġjuni kollha tal-UE.

Il-ġestjoni tad-diżastri naturali fir-reġjuni tal-UE , #IDDR2017, 12 ta’ Ottubru

It-tnaqqis tal-impatt ta’ temp estrem – problema aggravata mit-tibdil fil-klima – u diżastri oħra huwa s-suġġett ta’ . Il-President Lambertz, il-Kummissarju tal-UE għall-Fondi Reġjonali, Corina Cretu, u r-Rappreżentant Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti għat-Tnaqqis tar-Riskju tad-Diżastri, Robert Glasser, ser jiftħu l-konferenza lejlet . Fuq tema simili, fil-11 ta’ Ottubru, il-KtR ser jadotta opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar “Politika Ewropea dwar l-adattament antisismiku tal-istokk tal-bini u tal-infrastruttura”, abbozzata minn Vito Santarsiero (IT/PSE).

Opinjonijiet oħrajn li għandhom jiġu adottati:

PAC – Analiżi tal-Implimentazzjoni Ambjentali, relatur Andrew Varah Cooper (UK/AE)

Il-futur tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa - Trasport, relatur Ximo Puig I Ferrer (ES/PSE)

Strateġija Ewropea dwar is-Sistemi tat-Trasport Intelliġenti u Kooperattivi, relatur Bouke Arends (NL/PSE)

Ir-riforma tar-riżorsi proprji tal-UE fi ħdan il-QFP li jmiss wara l-2020 relatur Isabelle Boudineau (FR/PSE)

Approċċ Strateġiku għar-Reżiljenza fl-azzjoni esterna tal-UE, relatur Marcin Ociepa(PL/KRE)

PAK – Strateġija Spazjali għall-Ewropa relatur Andres Jaadla (ET/ALDE)

Il-protezzjoni tat-tfal migranti, relatur Yoomi Renström (SE/PSE)

Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u Dokument ta’ riflessjoni dwar id-dimensjoni soċjali tal-Ewropa, relatur Mauro D'Attis (IT/PPE)

Il-bini ta' ekonomija Ewropea tad-data, relatur Kieran McCarthy (IE/AE)

Il-pakkett tas-servizzi: ekonomija tas-servizzi li taħdem favur l-Ewropej, relatur Jean-Luc Vanraes (BE/ALDE)

It-tisħiħ tar-reżiljenza territorjali: tingħata s-setgħa lir-reġjuni u l-bliet biex jiffaċċjaw il-globalizzazzjoni, relatur Micaela Fanelli (IT/PSE)

Informazzjoni prattika:

Sessjoni inawgurali ( #CoRplenary u #EURegionsWeek):

Post: L-Emiċiklu tal-Parlament Ewropew, 60 rue Wiertz

Data u ħin: it-Tnejn 9 ta’ Ottubru; 2.30pm-4.30pm;

o Is-sessjoni inawgurali ser tixxandar dirett fuq l-internet fuq is-sit web tal-KtR.

o Programm tal-mezzi tax-xandir dwar Il-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet

Sessjoni #CoRplenary:

Post: Bini Charlemagne (Kummissjoni Ewropea), Rue de la Loi, Brussell

Data u ħin: it-Tlieta, 10 ta' Ottubru, 3pm-9pm; l-Erbgħa 11 ta' Ottubru, 9am-1pm

o Ara l-aġenda u d-dokumenti tal-plenarja

o Tista’ ssegwi xandira diretta tal-plenarja fuq is-sit web tal-KtR.

o Programm tal-mezzi tax-xandir tal-plenarja.

Kuntatt :PresseCdr@cor.europa.eu

Ikkondividi :