Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
L-ekonomija tal-pjattaformi: jinħtieġu regoli tal-UE jiżguraw kompetizzjoni ġusta u jiggarantixxu d-drittijiet tal-ħaddiema  

Il-mexxejja lokali u reġjonali ġibdu l-attenzjoni ta’ Nicolas Schmit, il-Kummissarju Ewropew il-ġdid għall-Impjiegi u d-Drittijiet Soċjali, li jeħtieġ li l-UE tistabbilixxi regoli ċari għall-ekonomija tal-pjattaformi biex jiġu garantiti d-drittijiet tal-ħaddiema u jiġu żgurati kundizzjoniiwt ekwi bejn l-attivitajiet ekonomiċi onlajn u offlajn fis-suq uniku.

Żewġ opinjonijiet adottati mill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) illum jenfasizzaw li bosta regolamenti attwali tal-UE huma skaduti fid-dawl tal-iżvilupp ta’ mudelli kummerċjali ġodda u forom mhux standard ta’ impjieg li jinstabu ta’ spiss fil-pjattaformi diġitali. Dan japplika b’mod partikolari għall-implimentazzjoni tad- Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku , li ilha sa mis-sena 2000, u li wasslet għal għadd ta’ kawżi quddiem il-qrati marbutin ma’ kumpaniji bħal Uber u Airbnb.

F’diskors matul is-sessjoni plenarja tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, fl-okkażjoni tal-ewwel intervent pubbliku tiegħu bħala Kummissarju għall-Impjiegi u d-Drittijiet Soċjali, Nicolas Schmit qal; “L-aġenda tal-Kummissjoni l-ġdida għandha l-għan li tindirizza l-isfidi kontinwi u l-opportunitajiet li jipprovdu d-dinja l-ġdida tax-xogħol, il-globalizzazzjoni, l-awtomatizzazzjoni, id-diġitalizzazzjoni u l-intelliġenza artifiċjali, flimkien mat-tranżizzjoni tagħna għal ekonomija newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju. Jeħtieġ niżguraw li l-Ewropej kollha jibbenefikaw matul dit-tranżizzjoni, l-iżjed f’dak li jirrigwada l-impjiegi u l-għajxien tagħhom ta’ kuljum. Il-gvernijiet u l-amministrazzjonijiet reġjonali tagħna se jkunu strumentali biex jiżguraw li dan l-għan kondiviż isir realtà.”

Karl-Heinz Lambertz , President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, qal: “Jeħtieġ li d-drittijiet soċjali jkunu fil-qalba tal-futur tal-UE, b’mod li jipproteġu lill-individwi u fl-istess ħin iħaddnu t-tibdil teknoloġiku. Jeħtieġ li l-UE tistabbilixxi pjan ċar li jiżgura li t-tibdil fl-industriji tagħna jevita li jkun hemm iżjed polarizzazzjoni fil-pagi u inugwaljanzi. Bis-saħħa tar-regolazzjoni adatta, ix-xogħol fuq pjattaforma huwa opportunità unika biex jiġi żgurat li kulħadd jibbenefika mid-diġitalizzazzjoni, u ħadd ma jitħalla jibqa’ lura.”

Iż-żewġ opinjonijiet jiffukaw fuq aspetti differenti tal-ekonomija kollaborattiva u x-xogħol fuq pjattaforma. L-ewwel waħda , li tħejjiet minn Dimitrios Birmpas (EL/PSE), Kunsillier Muniċipali ta’ Egaleo, tenfasizza li jinħtieġ qafas regolatorju komprensiv fil-livell tal-UE biex jiġu żgurati l-protezzjoni soċjali u d-drittijiet soċjali għall-ħaddiema fuq pjattaforma fil-konfront ta’ prattiki bħall-klassifikazzjoni żbaljata apposta tal-ħaddiema bħala persuni li jaħdmu għal rashom min-naħa tal-impjegaturi li jkunu qed ifittxu li jevitaw ir-regolamenti tal-impjieg, l-obbligi fiskali u l-ftehimiet kollettivi.

“Ix-xogħol fuq pjattaforma jipprovdi għadd ta’ opportunitajiet għas-suq tax-xogħol peress li huwa faċilment aċċessibbli u flessibbli. Madankollu, jeħtieġ li jiġu stabbiliti miżuri adatti biex jiġu żgurati kundizzjonijiet deċenti tax-xogħol għall-ħaddiema fuq pjattforma. Ir-regolamenti fundamentali tax-xogħol u r-regolamenti soċjali għandhom jiġu estiżi għall-ekonomija tal-pjattaformi u l-ħaddiema tagħha, li bosta minnhom huma żgħażagħ. Fid-dawl tan-natura transnazzjonali tal-ekonomija diġitali, jinħtieġ qafas Ewropew ċar biex jindirizza l-bosta sfidi regolatorji marbutin max-xogħol fuq pjattaforma, inkluż kif tiġi ddeterminata l-eżistenza ta’ relazzjoni tax-xogħol”, jargumenta r-relatur, li jilqa’ b’sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissarju Schmidt li jindirizza l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema fuq pjattaforma u forom ġodda ta’ prekarjetà.

It-tieni opinjoni titlob lill-UE tiddefinixxi biċ-ċar l-istatus tal-pjattaformi tal-ekonomija kollaborattiva, skont il-livell preċiż ta’ kontroll eżerċitat mill-pjattaforma, sabiex tiġi ċċarata l-kwistjoni ta’ liema regoli jirregolaw l-operazzjonijiet tagħhom. Barra minn hekk, peress li l-ekonomija kollaborattiva ċċajpar id-distinzjoni bejn l-atturi personali u professjonali, il-kunċett ta’ “provveditur tas-servizzi” għandu jiġi ċċarat permezz ta’ limiti fil-livell tal-UE. Ir-regolamenti l-ġodda tal-UE għandhom ukoll jesiġu li l-pjattaformi jipprovdu lill-awtoritajiet pubbliċi bid-data meħtieġa għall-infurzar tar-regoli u biex jiġi żgurat li l-fornituri tal-ekonomija kollaborattiva jħallsu s-sehem ġust tagħhom tat-taxxi.

Ir-relatur Peter Florianschütz (AT/PSE), Membru tal-Parlament Reġjonali ta’ Vjenna u tal-Kunsill tal-Belt ta’ Vjenna, qal: “Neħtieġu regoli ġusti u ċari fl-UR għall-pjattaformi diġitali. Jeħtieġ li r-regoli japplikaw għal kulħadd, u l-UE għandha tieħu ħsieb l-interessi taċ-ċittadini tagħha fil-bliet, il-komunitajiet u r-reġjuni. Bħalissa, għandna iżjed problemi milli soluzzjonijiet, li jkopru kwistjoniiet tat-taxxa, kiri fuq perjodu qasir ta’ żmien fis-settur tad-djar, u diffikultajiet fil-qasam tal-mobbiltà urbana u fl-isfera pubblika. Jeħtieġ li l-UE tagħti iżjed widen lill-bliet tagħha.”

L-opinjoni tesprimi wkoll tħassib dwar il-frammentazzjoni tas-suq uniku, peress li l-Istati Membri, ir-reġjuni u l-bliet stabbilixxew regoli differenti għall-atturi fis-suq tal-ekonomija kollaborattiva. Il-KtR jemmen li regoli armonizzati jippromovu t-tkabbir ta’ negozji iżgħar fil-qasam tal-ekonomija kollaborattiva fil-konfront ta’ pjattaformi multinazzjonali kbar li jeżistu diġà, li huma kapaċi jittrattaw aħjar il-kumplessità regolatorja.

Kuntatt:

Lauri Ouvinen

Tel. +32 22822063

lauri.ouvinen@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/PARTNERSHIPS-FOR-REGIONAL-INNOVATION-IN-DALARNA.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/PLATFORM-ECONOMY.ASPX

Local and regional leaders gathered in Dalarna to share and discuss the achieved results of the Partnerships for Regional Innovation (PRI)
Local and regional leaders gathered in Dalarna to share and discuss the achieved results of the Partnerships for Regional Innovation (PRI)
01.06.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/BROADBAND-PLATFORM-FOCUS-ON-INCREASING-CONNECTIVITY-DIGITAL-RESILIENCE-AND-DIGITAL-MATURITY.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/PLATFORM-ECONOMY.ASPX

Broadband Platform: focus on increasing connectivity, digital resilience and digital maturity
Broadband Platform: focus on increasing connectivity, digital resilience and digital maturity
30.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CLEARER-RULES-ADEQUATE-FUNDING-NEEDED.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/PLATFORM-ECONOMY.ASPX

Clearer rules and adequate funding are needed to ensure interoperability and digitalise public services
Clearer rules and adequate funding are needed to ensure interoperability and digitalise public services
24.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/155-PLENARY-ANNOUNCEMENT.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/PLATFORM-ECONOMY.ASPX

On cities' and regions' agenda: Ukraine's reconstruction, crises management, EU budget
On cities' and regions' agenda: Ukraine's reconstruction, crises management, EU budget
23.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/DIGITAL-DIVIDE-SUPPORT.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/PLATFORM-ECONOMY.ASPX

Id-distakk diġitali għandu jiġi indirizzat biex ir-reġjuni u l-bliet jingħataw appoġġ fit-tranżizzjonijiet li jinsabu għaddejjin, jgħidu l-mexxejja lokali
Id-distakk diġitali għandu jiġi indirizzat biex ir-reġjuni u l-bliet jingħataw appoġġ fit-tranżizzjonijiet li jinsabu għaddejjin, jgħidu l-mexxejja lokali
08.02.2023