Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Mexxejja lokali u l-Kummissarju tal-UE Oettinger: jadottaw il-baġit tal-UE qabel l-elezzjonijiet Ewropej biex jiżguraw il-kontinwità tal-investiment  

Matul dibattitu fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni fi Brussell, il-politiċi lokali u reġjonali u l-Kummissarju għall-Baġit tal-UE, Gunther Oettinger, appellaw għal qbil dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali l-ġdid (QFP) – li jistabbilixxi limiti annwali ta’ infiq għall-politiki kollha tal-UE għall-2027-2021 – qabel l-elezzjonijiet Ewropej tal-2019 li jmiss sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-appoġġ tal-UE għaċ-ċittadini u n-negozji.

Il-mexxejja lokali u reġjonali tal-UE jappoġġaw l-isforzi tal-Kummissjoni Ewropea biex iżżid l-investiment fl-edukazzjoni, ir-riċerka, iż-żgħażagħ u l-migrazzjoni kif ukoll il-miżuri proposti biex il-baġit tal-UE jsir inqas dipendenti fuq il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Membri. Fl-istess ħin, ir-reġjun u r-rappreżentanti tal-bliet jenfasizzaw li t-tnaqqis propost ta’ 10 % għall-politika ta’ koeżjoni se jdgħajjef il-kapaċità tagħhom biex jiġu indirizzati d-diskrepanzi u t-tixrid tal-innovazzjoni madwar il-komunitajiet lokali tal-Unjoni.

Flimkien mad-disponibbiltà ta’ finanzjament adegwat, il-mexxejja lokali u reġjonali enfasizzaw il-ħtieġa li jiġi definit sew ir-rwol tar-reġjuni u l-bliet fl-implimentazzjoni tal-ġenerazzjoni li jmiss tal-politiki kollha tal-UE, sabiex jittejbu s-sinerġiji u l-impatti ta’ dawn il-politiki. F’din il-perspettiva, pass kruċjali ser ikunu l-proposti tal-Kummissjoni Ewropea għar-regolamenti l-ġodda tal-fondi tal-UE, li mistennija jiġu ppubblikati fi tmiem Mejju u l-bidu ta’ Ġunju.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, Karl-Heinz Lambertz, qal li "L-abbozz ta’ baġit tal-UE jistabbilixxi l-prijoritajiet it-tajba għalkemm dak li neħtieġu verament huwa baġit akbar tal-UE għal UE aktar ambizzjuża fil-futur u għal din ir-raġuni, il-Kumitat tagħna jitlob żieda ta 1,3 % tal-ING tal-UE27. Huwa ċar li l-Ewropa jeħtiġilha li tegħleb sfidi ġodda – bħalma huma l-migrazzjoni u d-difiża – iżda dan m’għandux isir għad-detriment tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE. B’mod kruċjali, il-kwistjoni issa ser tkun li naraw kif il-fondi se jiġu ġestiti u sabiex jiġi żgurat li jintlaħaq ftehim f’waqtu biex jiġi żgurat li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu jistgħu jippjanaw għall-futur.”

Il-Kummissarju Oettinger ħa nota tat-tħassib tar-reġjuni u stieden lill-mexxejja lokali biex jikkomunikaw mal-gvernijiet nazzjonali tagħhom sabiex jiġi żgurat appoġġ għal baġit adegwat tal-UE. Huwa stieden ukoll lill-membri tal-KtR biex jagħtu ħarsa lejn il-proposta tal-Kummissjoni b’attenzjoni speċjali għall-programmi l-ġodda: “Il-fondi ta’ koeżjoni huma importanti, iżda m’hemmx huma biss. Hemm ir-riċerka, li titwettaq ukoll fir-reġjuni, il-ħarsien tal-fruntieri, pereżempju, u l-migrazzjoni. Meta nirdoppjaw il-fondi tal-Erasmus +, ikun jirrigwarda lit-tfal tagħkom, mhux it-tfal tal-Kummissjoni! Għalhekk, meta tagħmlu l-kalkoli tagħkom tgħoddux biss il-fondi strutturali, tridu tħarsu lejn programmi oħrajn li huma wkoll ta’ interess u importanza fl-attività tagħkom ta’ kuljum.”

Noti lill-edituri

ALLEANZA TA’ KOEŻJONI

Sabiex jippreżenta l-każ għal politika ta’ koeżjoni aktar b’saħħitha wara l-2020, il-KtR, flimkien mal-assoċjazzjonijiet territorjali ewlenin tal-UE, nedew il-#CohesionAlliance: moviment li jinvolvi liċ-ċittadini miftuħ għal kull min jemmen li l-politika ta’ koeżjoni tal-UE trid tkompli tkun pilastru tal-futur tal-UE. Minn meta tnediet f’Ottubru tas-sena l-oħra, l-Alleanza kompliet tattira firmatarji ġodda kuljum, inklużi l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-assoċjazzjonijiet tan-negozji, l-akkademja, it-trejdjunjins u l-gruppi ta’ riflessjoni.

Aktar informazzjoni dwar l-inizjattivi, id-dikjarazzjonijiet u d-dokumenti ta’ pożizzjoni relatati ma’ #CohesionAlliance hija disponibbli fuq https://cohesionalliance.eu .

Aġenda tal-plenarja ta’ Mejju tal-KtR

Kuntatt:

Pierluigi Boda

Tel: +32 2 282 2461

Mowbajl: +32 473 85 17 43

pierluigi.boda@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-LONG-TERM-BUDGET-MUST-BE-IMPROVED-TO-TACKLE-CURRENT-AND-FUTURE-CHALLENGES-AND-PROMOTE-COHESION.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/LOCAL-LEADERS-AND-EU-COMMISSIONER-OETTINGER.ASPX

EU long-term budget must be improved to tackle current and future challenges and promote cohesion
EU long-term budget must be improved to tackle current and future challenges and promote cohesion
25.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUROPEAN-POLICIES-FIGHT-SOCIAL-TERRITORIAL-DISPARITIES-PROMOTE-COHESION.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/LOCAL-LEADERS-AND-EU-COMMISSIONER-OETTINGER.ASPX

All European policies must fight social and territorial disparities and promote cohesion
All European policies must fight social and territorial disparities and promote cohesion
24.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/BETTER-PREPARE-FUTURE-CRISES-EXTREME-EVENTS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/LOCAL-LEADERS-AND-EU-COMMISSIONER-OETTINGER.ASPX

Europe needs to better prepare local communities to deal with future crises and extreme events
Europe needs to better prepare local communities to deal with future crises and extreme events
24.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/HIGH-LEVEL-GROUP-ON-THE-FUTURE-OF-COHESION-POLICY.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/LOCAL-LEADERS-AND-EU-COMMISSIONER-OETTINGER.ASPX

President Cordeiro brings the voice of EU regions and cities in the High-Level Group on the Future of Cohesion Policy
President Cordeiro brings the voice of EU regions and cities in the High-Level Group on the Future of Cohesion Policy
23.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/INTERVIEW-PRESIDENT-CORDEIRO-COHESION-ALLIANCE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/LOCAL-LEADERS-AND-EU-COMMISSIONER-OETTINGER.ASPX

Interview with the CoR President Vasco Alves Cordeiro
Interview with the CoR President Vasco Alves Cordeiro
03.05.2023