Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Il-mexxejja lokali u reġjonali jilqgħu d-deċiżjoni tal-UE li tibda taħditiet dwar l-adeżjoni mal-Maċedonja ta’ Fuq u l-Albanija  

Id-deċiżjoni tal-Unjoni Ewropea li tibda t-taħditiet dwar l-adeżjoni mal-Maċedonja ta’ Fuq u mal-Albanija hija d-“deċiżjoni t-tajba għall-UE u opportunità eċċellenti għall-Balkani tal-Punent”, qalu l-mexxejja tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni fil-25 ta’ Marzu, wara li l-Istati Membri tal-UE stiednu formalment liż-żewġ pajjiżi għall-mejda tan-negozjati.

Il-president tal-kummissjoni tal-KtR għar-relazzjonijiet esterni, Mark Speich , is-Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Federali, Ewropej u Internazzjonali għan-North Rhine-Westphalia, tenna l-messaġġ dejjiemi tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) dwar l-importanza li reġjuni u bliet fl-Albanija u l-Maċedonja ta’ Fuq ikunu mħejjija għas-sħubija. “Nilqa’ b’sodisfazzjon il-ftuħ tan-negozjati ta’ adeżjoni bejn l-UE u l-Maċedonja ta’ Fuq u l-Albanija. Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni ilu jappella għal din id-deċiżjoni importanti għal snin sħaħ, u ż-żewġ pajjiżi wettqu riformi kbar. Il-bidu tat-taħditiet dwar l-adeżjoni jirrifletti impenn għal aġenda kondiviża ta’ relazzjonijiet aktar fil-fond ibbażati fuq il-kooperazzjoni u l-valuri Ewropej. Din hija d-deċiżjoni t-tajba għall-UE u opportunità eċċellenti għall-Balkani tal-Punent kollha biex iġġedded ir-riformi tagħha. L-għoti ta’ sinjal ta’ tama lill-Balkani tal-Punent huwa importanti doppjament f’dawn iż-żminijiet diffiċli, b’pandemija globali li qed tikkawża inċertezza ekonomika madwar l-Ewropa.”

Il-KtR ilu jaħdem mal-awtoritajiet reġjonali u lokali miż-żewġ pajjiżi għal dawn l-aħħar għaxar snin, huwa u jindirizza l-isfidi politiċi u jaħdem magħhom fuq kwistjonijiet amministrattivi ta’ tħassib partikolari għalihom, bħall-ġestjoni tal-iskart.

Jasna Gabrič (SI/Renew Europe), is-Sindku ta’ Trbovlje u l-kopresident tal-Kumitat Konsultattiv Konġunt għall-Maċedonja ta’ Fuq, qal: “Din hija deċiżjoni pożittiva u mistennija fi żminijiet diffiċli, li turi li l-UE qed iżżomm il-politika tat-tkabbir tagħha ħajja minkejja din is-sitwazzjoni bla preċedent. Tabilħaqq, qed nuru dejjem iżjed solidarjetà mar-reġjun tal-Balkani tal-Punent f’dan il-mument ta’ kriżi.”

Nikola Dobroslavić (HR/PPE), Prefett tal-Kontea ta’ Dubrovnik-Neretva u President tal-Grupp ta’ Ħidma tal-KtR għall-Balkani tal-Punent, li ttratta r-relazzjonijiet mal-Albanija sa issa, qal: “Il-poplu tal-Maċedonja ta’ Fuq u tal-Albanija diġà jafu li mhuwiex faċli li tissieħeb fl-UE. Iżda, bħala persuna minn pajjiż li ssieħeb biss reċentement, il-Kroazja, naf il-valur li tkun fi klabb u tiżviluppa relazzjonijiet ta’ kooperazzjoni tajba ma’ oħrajn madwar l-Ewropa. Jiena ngħid: komplu aħdmu bil-galbu u tkunu ppremjati. Il-proċess ta’ riforma għandu jsaħħaħ id-demokrazija, l-ekonomiji, u r-reżiljenza tagħkom. Aħdmu flimkien u investu fid-demokrazija lokali.”

Il-KtR għandu wkoll kuntatti politiċi u relazzjoni ta’ ħidma ma’ kandidati oħrajn u ma’ kandidati potenzjali għal sħubija fl-UE. Kull sena, il-politiċi mill-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-UE jiltaqgħu mal-kontropartijiet tagħhom mill-Balkani tal-Punent u t-Turkija fil-konferenza dwar Jum it-Tkabbir organizzata mill-KtR.

Persuna ta’ kuntatt:

Andrew Gardner

Tel. +32 473 843 981

andrew.gardner@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/LOCAL-AND-REGIONAL-AUTHORITIES-WILL-BE-KEY-TO-UKRAINE'S-RECONSTRUCTION.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/LOCAL-AND-REGIONAL-LEADERS-WELCOME-EU-DECISION-TO-START-ACCESSION-TALKS-WITH-NORTH-MACEDONIA-AND-ALBANIA.ASPX

Local and regional authorities will be key to Ukraine's reconstruction
Local and regional authorities will be key to Ukraine's reconstruction
26.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/ZELENSKYY-PLENARY-MAY.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/LOCAL-AND-REGIONAL-LEADERS-WELCOME-EU-DECISION-TO-START-ACCESSION-TALKS-WITH-NORTH-MACEDONIA-AND-ALBANIA.ASPX

President Zelenskyy to EU's cities and regions: "Thank you for your support!"
President Zelenskyy to EU's cities and regions: "Thank you for your support!"
25.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COR-UNICEF-JOIN-FORCES-SUPPORT-INCLUSION-CHILDREN-UKRAINE-.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/LOCAL-AND-REGIONAL-LEADERS-WELCOME-EU-DECISION-TO-START-ACCESSION-TALKS-WITH-NORTH-MACEDONIA-AND-ALBANIA.ASPX

European Committee of the Regions and UNICEF join forces to support the inclusion of children from Ukraine
European Committee of the Regions and UNICEF join forces to support the inclusion of children from Ukraine
24.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/155-PLENARY-ANNOUNCEMENT.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/LOCAL-AND-REGIONAL-LEADERS-WELCOME-EU-DECISION-TO-START-ACCESSION-TALKS-WITH-NORTH-MACEDONIA-AND-ALBANIA.ASPX

On cities' and regions' agenda: Ukraine's reconstruction, crises management, EU budget
On cities' and regions' agenda: Ukraine's reconstruction, crises management, EU budget
23.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/ARLEM-THIRD-MINISTERIAL-CONFERENCE-SUSTAINABLE-URBAN-DEVELOPMENT.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/LOCAL-AND-REGIONAL-LEADERS-WELCOME-EU-DECISION-TO-START-ACCESSION-TALKS-WITH-NORTH-MACEDONIA-AND-ALBANIA.ASPX

ARLEM at the Union for the Mediterranean's third Ministerial Conference on Sustainable Urban Development
ARLEM at the Union for the Mediterranean's third Ministerial Conference on Sustainable Urban Development
15.05.2023