Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
L-ingranaġġ tas-settur ferrovjarju għal tkabbir ekoloġiku fil-livell lokali u reġjonali  
Il-mexxejja lokali u reġjonali jenfasizzaw il-potenzjal tas-settur ferrovjarju għall-Patt Ekoloġiku Ewropew u prijoritajiet ta’ politika ewlenin oħra tal-UE

Il-potenzjal tas-settur ferrovjarju fit-twettiq tal-prijoritajiet ta’ politika tal-UE huwa s-suġġett ewlieni u t-titolu tal-Opinjoni adottata mill-membri tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) matul is-sessjoni plenarja ta’ Diċembru. Pascal Mangin (FR/PPE), Kunsillier Reġjonali ta’ Grand Est, jenfasizza fl-Opinjoni tiegħu dwar modi biex is-settur tat-trasport isir aktar ekoloġiku billi jsir użu aħjar tat-trasport ferrovjarju u kif dan jista’ jikkontribwixxi għal koeżjoni ekonomika u soċjali akbar fir-reġjuni tal-Ewropa.

Il-Kummissjoni l-ġdida poġġiet id-dekarbonizzazzjoni u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima fuq nett tal-prijoritajiet politiċi tagħha, bħala parti mill-“Patt Ekoloġiku Ewropew”. Is-settur tat-trasport b’mod ġenerali huwa responsabbli għal madwar 27 % tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-UE. Is-settur ferrovjarju għandu waħda mill-aktar rati baxxi ta’ emissjonijiet mill-modi tat-trasport kollha, u huwa wkoll l-uniku settur li l-emissjonijiet ġenerali tiegħu qed jonqsu, minkejja ż-żieda fil-volumi tat-trasport. Il-linji ferrovjarji reġjonali u lokali b’mod partikolari għandhom il-potenzjal li jservu mhux biss id-dekarbonizzazzjoni u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima iżda wkoll biex jappoġġjaw prijoritajiet ta’ politika globali oħra tal-UE.

Il-ferroviji joffru taħlita tajba ta’ veloċità, sikurezza, kumdità, effiċjenza u prestazzjoni ambjentali. Madankollu s-settur ferrovjarju jirrappreżenta biss 12 % tat-trasport tal-merkanzija (50 % trasport bit-triq) u inqas minn 10 % tat-trasport tal-passiġġieri. Kwistjoni kbira hija li l-konnettività mhijiex distribwita b’mod ugwali fost ir-reġjuni tal-UE – anke jekk il-linji reġjonali sekondarji huma importanti ħafna għall-konnessjoni tar-rotot tat-trasport ewlenin maż-żoni rurali u r-reġjuni u t-territorji periferiċi tal-UE. L-istabbiliment tal-infrastruttura meħtieġa mhux biss se jgħaqqad aħjar il-bliet, ir-reġjuni periurbani u ż-żoni rurali, iżda wkoll se jnaqqas id-disparitajiet ekonomiċi u soċjali bejniethom, isaħħaħ is-suq intern u jtejjeb il-moviment liberu tal-persuni u l-merkanziji ”, qal Pascal Mangin (FR/PPE), relatur dwar “ Il-potenzjal tas-settur ferrovjarju fit-twettiq tal-prijoritajiet ta’ politika tal-UE ”.

Sabiex isseħħ il-bidla modali, jistgħu jiġu attivati għadd ta’ miżuri strateġiċi fil-livell tal-UE fil-kuntest tal-Patt Ekoloġiku Ewropew (il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas, sistemi ta’ tariffi aktar ibbilanċjati, investiment fid-diġitalizzazzjoni, eċċ.). B’mod parallel, is-settur ferrovjarju għandu jimpenja ruħu biex itejjeb aktar l-affidabbiltà, il-kumdità u l-affordabbiltà tal-ferroviji għall-passiġġieri u l-merkanzija. Is-settur ferrovjarju u l-awtoritajiet pubbliċi tal-UE għandhom jirriflettu wkoll dwar kif l-aħjar li tiġi ssodisfata d-domanda dejjem tikber għal tiġdid ta’ ferroviji ta’ billejl fl-UE hekk kif iċ-ċittadini qed ifittxu dejjem aktar soluzzjonijiet li jqisu l-kwistjonijiet relatati mal-klima għal vjaġġi fuq distanzi twal fl-Ewropa. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol importanti x’jaqdu biex jixprunaw id-diskussjonijiet ma’ operaturi kemm pubbliċi kif ukoll privati dwar il-finanzjament u s-soluzzjonijiet li joffru alternattiva reali għal mezzi tat-trasport li jniġġsu aktar bi prezzijiet raġonevoli.

Is-settur ferrovjarju jeħtieġ li jinvesti fid-diġitalizzazzjoni, iċ-ċibersigurtà u s-servizzi minn bieb bieb li jindirizzaw l-ostakli tal-aħħar mil u jeħtieġ li nappoġġjawhom finanzjarjament kif ukoll permezz ta’ leġislazzjoni li tinċentiva l-bidla modali lejn forom ta’ trasport b’emissjonijiet baxxi. Eżempji jinkludu l-“internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni” bħat-tniġġis billi jiġi applikat il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas, rieżami tal-eżenzjonijiet attwali tal-VAT li huma applikati għal ċerti forom ta’ trasport transfruntier iżda mhux għall-ferroviji, u l-possibbiltà ta’ eżenzjoni ġenerali sħiħa għal investiment fi pjattaformi loġistiċi intermodali ”, tenna r-relatur Mangin .

Huwa appella wkoll għar-rikonoxximent tar-rwol speċjali tal-istazzjonijiet tal-passiġġieri bħala pjattaformi kulturali. “ L-istazzjonijiet tal-passiġġieri huma vetturi importanti tal-kultura b’sensibilizzazzjoni estensiva. B’mod partikolari fi bliet ta’ daqs medju u fi bliet żgħar, l-istazzjonijiet tal-passiġġieri huma riżorsa li ħafna drabi mhijiex sfruttata bħala ċentri kulturali alternattivi għal mużewijiet jew festivals ”, qal is-Sur Mangin . Huwa jissuġġerixxi wkoll li l-programm popolari #DiscoverEU u l-vjaġġi Interrail għandhom jiġu sfruttati aħjar permezz ta’ programm iddedikat ta’ avvenimenti fil-bliet u r-reġjuni tal-Ewropa li jiffukaw fuq l-istazzjonijiet lokali tal-ferrovija.

Kuntatt:

Carmen Schmidle

Tel. +32 (0)494 735787

carmen.schmidle@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CITIES-AND-REGIONS-JOIN-FORCES-TO-TACKLE-ENERGY-CRISIS-AND-PUSH-CLIMATE-AMBITION-FORWARD.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/LEVERAGING-THE-RAIL-SECTOR-FOR-GREEN-GROWTH-AT-LOCAL-AND-REGIONAL-LEVEL.ASPX

Cities and regions join forces to tackle the energy crisis and push the EU's climate ambition forward
Cities and regions join forces to tackle the energy crisis and push the EU's climate ambition forward
31.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/FOOD-CRISIS-EU-REGIONAL.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/LEVERAGING-THE-RAIL-SECTOR-FOR-GREEN-GROWTH-AT-LOCAL-AND-REGIONAL-LEVEL.ASPX

Kriżi tal-ikel: il-mexxejja reġjonali u lokali tal-UE jħeġġu l-investiment fil-produzzjoni lokali għal ikel sostenibbli u affordabbli
Kriżi tal-ikel: il-mexxejja reġjonali u lokali tal-UE jħeġġu l-investiment fil-produzzjoni lokali għal ikel sostenibbli u affordabbli
30.11.2022

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/JRC-COR-JOINS-FORCES.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/LEVERAGING-THE-RAIL-SECTOR-FOR-GREEN-GROWTH-AT-LOCAL-AND-REGIONAL-LEVEL.ASPX

CoR joins forces with JRC, European Commission and Parliament to assess Sustainable Development Goals on the ground
CoR joins forces with JRC, European Commission and Parliament to assess Sustainable Development Goals on the ground
29.11.2022

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/SUPPORT-FOR-SUSTAINABLE-AND-ACCESSIBLE-TRANSPORT.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/LEVERAGING-THE-RAIL-SECTOR-FOR-GREEN-GROWTH-AT-LOCAL-AND-REGIONAL-LEVEL.ASPX

Il-mexxejja lokali jitolbu appoġġ aktar qawwi għal trasport sostenibbli u aċċessibbli biex is-saħħa taċ-ċittadini u l-ambjent jkunu mħarsa aħjar
Il-mexxejja lokali jitolbu appoġġ aktar qawwi għal trasport sostenibbli u aċċessibbli biex is-saħħa taċ-ċittadini u l-ambjent jkunu mħarsa aħjar
12.10.2022

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUROPEAN-COMMISSION-ANNUAL-BURDEN-SURVEY-2021.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/LEVERAGING-THE-RAIL-SECTOR-FOR-GREEN-GROWTH-AT-LOCAL-AND-REGIONAL-LEVEL.ASPX

European Commission publishes Annual Burden Survey for 2021!
European Commission publishes Annual Burden Survey for 2021!
04.08.2022