Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Il-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali: sejħa għall-aħjar prattiki  

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni qed iniedi sejħa għall-aħjar prattiki biex il-membri tiegħu u l-politiċi eletti żgħażagħ jiġbru, jippreżentaw, jippromovu u jħeġġu l-użu ta’ proġetti b’livell baxx ta’ karbonju fl-UE kollha. Il-belt jew ir-reġjuni tagħkom huma mudell sostenibbli? Intom kburin bil-proġetti li qed timplimentaw fil-komunità tagħkom b’rabta mal-prijoritajiet tal-Patt Ekoloġiku? Jekk it-tweġiba hija iva, din is-sejħa tgħodd għalikom.

Il-bliet u r-reġjuni huma aġenti tal-bidla li jistgħu jaqdu rwol ewlieni għall-kisba tal-Patt Ekoloġiku u biex l-UE titmexxa eqreb lejn in-newtralità klimatika. Fil-kuntest tal-COVID-19, sar aktar importanti minn qatt qabel li jintwerew il-benefiċċji ambjentali, ekonomiċi u soċjali tal-inizjattivi b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju.

Għal dan il-għan, Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni qed iniedi sejħa għall-aħjar prattiki biex il-membri tiegħu u l-politiċi eletti żgħażagħ jiġbru, jippreżentaw, jippromovu u jħeġġu l-użu ta’ proġetti b’livell baxx ta’ karbonju fl-UE kollha.

Il-proġetti lokali u reġjonali se jikkontribwixxu għal pjattaforma li se turi kif il-bliet u r-reġjuni diġà qed iwettqu l-prijoritajiet tal-Patt Ekoloġiku fil-prattika u li jikkontribwixxu għal irkupru ekoloġiku mmirat lejn il-bini ta’ soċjetà aktar sostenibbli, inklużiva u reżiljenti.

Il-proġetti se jiġu ppubblikati fil- mappa interattiva tal-KtR u se tingħatalhom promozzjoni fl-istituzzjonijiet tal-UE, mal-partijiet interessati u l-istampa, b’mod partikolari matul it-18-il Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet li se ssir f’Ottubru 2020. L-aħjar prattiki se jikkontribwixxu wkoll għar-rapport dwar il-Patt Ekoloġiku, li l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni kellu l-kompitu li jfassal u jippreżenta matul it-tieni nofs tal-2020 fuq talba tal-Presidenza Ġermaniża tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Bil-baġit il-ġdid tal-UE fuq il-mejda, l-istrument ta’ rkupru “Next Generation EU” ta’ EUR 750 biljun u fid-dawl tal-pjani ta’ rkupru u ta’ reżiljenza tal-Istati Membri, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni se juri għaliex il-bliet u r-reġjuni jeħtieġ li jkunu fil-qalba tal-istrateġija ta’ rkupru u f’liema oqsma jeħtieġ li jiġi kkonċentrat l-investiment ta’ prijorità.

Min jista’ jieħu sehem?

Membri u sostituti tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u parteċipanti tal- Programm Politiċi Eletti Żgħażagħ tal-KtR .

Liema proġetti huma eliġibbli?

Il-membri u l-politiċi eletti żgħażagħ​ huma mistiedna jikkondividu l-proġetti u l-inizjattivi tagħhom li kisbu dan l-aħħar, jew li għadhom għaddejjin, li jikkontribwixxu għall-kisba tal-Patt Ekoloġiku u biex l-Ewropa titmexxa eqreb lejn in-newtralità klimatika: l-effiċjenza enerġetika fil-bini, l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, il-mobbiltà nadifa, il-protezzjoni tal-bijodiversità jew inizjattivi tal-ekonomija ċirkolari. Il-proġetti eliġibbli għandhom jikkontribwixxu għat-tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO 2 fis-setturi koperti mill-Patt Ekoloġiku, l-istrateġija l-ġdida tal-UE għat-tkabbir biex tinkiseb in-newtralità klimatika sal-2050:

  • L-enerġija nadifa u l-effiċjenza enerġetika (inklużi l-enerġiji rinnovabbli u r-rinnovazzjoni tal-bini)
  • It-trasport sostenibbli
  • Il-preservazzjoni tal-bijodiversità tal-Ewropa
  • Il-finanzi sostenibbli u l-industrija ekoloġika
  • It-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari
  • Ewropa bi tniġġis żero
  • l-ikel u l-agrikoltura

Kif nista’ nieħu sehem: Jekk jogħġbok imla din il- formola ta’ applikazzjoni online.

Hemm skadenza? Jekk jogħġbok ibgħat il-formola tal-applikazzjoni tiegħek qabel it-Tnejn, 21 ta’ Settembru 2020.

Agħmel kuntatt magħna: enve@cor.europa.eu

Il-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali: Ikklikkja hawn biex tiskopri l-portal tal-KtR tal-Patt Ekoloġiku u l-grupp ta’ ħidma.

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/WE-NEED-TO-BUILD-A-RESILIENT-AGRICULTURAL-SYSTEM-EU-REGIONAL-AND-LOCAL-LEADERS-URGE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/GREEN-DEAL-GOING-LOCAL-CALL-FOR-BEST-PRACTICES.ASPX

We need to build a resilient agricultural system, EU regional and local leaders urge
We need to build a resilient agricultural system, EU regional and local leaders urge
02.06.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/GREEN-DEAL-GOING-LOCAL-WORKING-GROUP-ON-MULTIGOVERNANCE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/GREEN-DEAL-GOING-LOCAL-CALL-FOR-BEST-PRACTICES.ASPX

Multilevel governance is key to EU's climate ambitions
Multilevel governance is key to EU's climate ambitions
31.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-POLICIES-FOR-SUSTAINABLE-FOOD-SYSTEMS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/GREEN-DEAL-GOING-LOCAL-CALL-FOR-BEST-PRACTICES.ASPX

Local and regional leaders want a stronger role and more coherence in EU policies for sustainable food systems
Local and regional leaders want a stronger role and more coherence in EU policies for sustainable food systems
25.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-LONG-TERM-BUDGET-MUST-BE-IMPROVED-TO-TACKLE-CURRENT-AND-FUTURE-CHALLENGES-AND-PROMOTE-COHESION.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/GREEN-DEAL-GOING-LOCAL-CALL-FOR-BEST-PRACTICES.ASPX

EU long-term budget must be improved to tackle current and future challenges and promote cohesion
EU long-term budget must be improved to tackle current and future challenges and promote cohesion
25.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/BETTER-PREPARE-FUTURE-CRISES-EXTREME-EVENTS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/GREEN-DEAL-GOING-LOCAL-CALL-FOR-BEST-PRACTICES.ASPX

Europe needs to better prepare local communities to deal with future crises and extreme events
Europe needs to better prepare local communities to deal with future crises and extreme events
24.05.2023