Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Il-Patt Ekoloġiku: il-bliet u r-reġjuni jiddefinixxu l-pjan direzzjonali għall-2021  

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) ippreżenta pjan direzzjonali tal-Patt Ekoloġiku għall-2021. Fir-4 laqgħa tal-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali, il-mexxejja lokali qablu dwar l-objettivi u l-prijoritajiet politiċi biex titħaffef it-tranżizzjoni newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju, filwaqt li l-bliet u r-reġjuni jitpoġġew fil-qalba tal-irkupru mill-pandemija tal-COVID-19. L-għanijiet ewlenin huma l-promozzjoni ta’ sussidjarjetà attiva, it-tisħiħ tal-kooperazzjoni istituzzjonali u l-iffaċilitar tal-aċċess dirett għall-fondi tal-UE. Ir-rinnovazzjoni tal-bini, l-ekoloġizzazzjoni taż-żoni urbani u d-dekarbonizzazzjoni tat-trasport huma oqsma ta’ prijorità. Waqt il-laqgħa kien hemm ukoll diskussjonijiet dwar l- Inizjattiva ta’ Sfida għal Bliet Intelliġenti u l- Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta . Iż-żewġ inizjattivi li huma għandhom rwol importanti fit-twettiq tal-aġenda tal-Patt Ekoloġiku.

Juan Espadas (ES/PSE) , President tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Kummissjoni ENVE, fetaħ id-dibattitu dwar l-objettivi politiċi, l-istadji importanti u l-oqsma ta’ prijorità, u ta l-kummenti tiegħu dwar iż-żewġ inizjattivi ewlenin tal-Kummissjoni Ewropea ppreżentati matul il-laqgħa. Is-Sindku ta’ Sivilja qal: “ Meta niddikjaraw li l-Patt Ekoloġiku se jkun fil-livell lokali jew mhux se jitwettaq, m’aħniex sempliċement nippreżentaw slogan. L-Unjoni Ewropea ma tista’ qatt tikseb in-newtralità klimatika jekk it-territorji tagħha ma jkollhomx l-istess objettivi ambizzjużi. Proġetti bħall-Inizjattiva ta’ Sfida għal Bliet Intelliġenti u l-Pjattaforma għal Tranżizzjoni Ġusta huma żewġ eżempji ta’ kif nistgħu nwettqu l-Patt Ekoloġiku fil-prattika, noħolqu l-appoġġ meħtieġ u nsibu sinerġiji biex ngħinu lill-bliet u r-reġjuni. Il-kriżi klimatika hija l-akbar sfida li għandna quddiemna u neħtieġu modi innovattivi biex naħdmu flimkien lejn għan komuni u kondiviż”.

Il-membri kellhom skambju ta’ fehmiet dwar iż-żewġ inizjattivi ewlenin tal-Kummissjoni Ewropea li jappoġġjaw it-tranżizzjoni tal-UE lejn in-newtralità klimatika. L- Inizjattiva ta’ Sfida għal Bliet Intelliġenti ġiet ippreżentata minn Iordana Eleftheriadou mid- DĠ GROW , u Myriam Boveda mid- DG REGIO ddeskriviet l-aħħar żviluppi tal- Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta . Iż-żewġ inizjattivi għandhom l-għan li jappoġġjaw it-twettiq ta’ Patti Ekoloġiċi lokali u reġjonali.

Michael Murphy (IE/PPE) , Membru tal-Kunsill tal-Kontea ta’ Tipperary u President tal- Kummissjoni ECON tal-KtR , qal, “ Nemmen bis-sħiħ li l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) u l-Patt Ekoloġiku Ewropew jridu jimxu id f’id biex jiġi żgurat li neqirdu l-faqar u nirrispettaw il-limiti tal-pjaneta tagħna ”.

Matul id-dibattitu dwar il-prijoritajiet tal-grupp ta’ ħidma, Isabelle Boudineau (FR/PSE) , Viċi President tal-Kunsill Reġjonali ta’ Nouvelle-Aquitaine u President tal-Kummissjoni għall-Politika ta’ Koeżjoni Territorjali u l-Baġit tal-UE tal-KtR ( COTER ), qalet: “ L-Istrateġija Komprensiva għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti futura tal-Kummissjoni Ewropea trid tirrifletti l-ambizzjonijiet tat-territorji fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku. L-importanza tar-rabtiet transfruntiera, l-internalizzazzjoni tal-kostijiet esterni u, b’mod partikolari, il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas, ir-rwol tat-trasport pubbliku fil-bliet u l-kampanja tagħna, l-importanza tal-mobbiltà ta’ kuljum u l-bidla modali mit-trasport bit-triq u bl-ajru għat-trasport bil-ferrovija, huma kollha kwistjonijiet li dwarhom jeħtieġ li jiġu mismugħa l-awtoritajiet lokali u reġjonali. Il-Kummissjoni Ewropea mhijiex se tilħaq l-objettivi tagħha mingħajrna! ”. Is-Sindku ta’ Sivilja, Juan Espadas, se jippreżenta l-progress tal-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali fil-laqgħa li jmiss tal-Kummissjoni COTER fis-26 ta’ Frar 2021.

Rafał Trzaskowski (PL/PPE) , Sindku ta’ Varsavja, ta tagħrif dwar l-ewwel laqgħa li attenda bħala membru tal-KtR fuq il- Bord Politiku tal-Patt tas-Sindki . Is-Sur Trzaskowski qal: “ Fl-aħħar laqgħa, approvajna l-impenn il-ġdid għal ‘Patt tas-Sindki għal Ewropa aktar ġusta u newtrali għall-klima’, li għandu l-għan li jallinja l-Patt tas-Sindki mal-Patt Ekoloġiku u jkun ta’ għodda ewlenija għall-implimentazzjoni tat-tranżizzjoni newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju. Jeħtieġ li ningħaqdu lkoll biex inwettqu l-Patt Ekoloġiku fil-livell lokali. Nappellaw lill-Kummissjoni Ewropea tipprovdi kemm appoġġ finanzjarju kif ukoll mhux finanzjarju lill-mexxejja lokali u reġjonali sabiex il-Patt Ekoloġiku jitwettaq fil-prattika u tiġi promossa l-aċċettazzjoni soċjali tat-tranżizzjoni klimatika. L-appoġġ finanzjarju tal-UE, inklużi l-fondi ta’ koeżjoni, iridu jmorru direttament għand il-bliet u r-reġjuni b’mod trasparenti u ġust. Ma hemmx żmien x’jintilef.”

Fis-sessjoni plenarja li jmiss tal-KtR f’Marzu, l-assemblea tal-UE tal-awtoritajiet lokali u reġjonali se tiddiskuti ma’ Kadri Simson , Kummissarju għall-Enerġija, dwar il- Mewġa ta’ Rinnovazzjoni , il-pjan enormi tal-UE biex ittejjeb ir-rendiment tal-istokk tal-bini tal-Ewropa fl-użu tal-enerġija. Il-KtR ippreżenta sett ta’ miżuri komprensivi biex titnaqqas il-marka tal-karbonju filwaqt li jinħolqu l-impjiegi u jiġi indirizzat il-faqar enerġetiku permezz ta’ abbozz ta’ Opinjoni tar-relatur Enrico Rossi (IT/PSE), Membru tal-Kunsill Komunali ta’ Signa (Firenze) u eks President tar-Reġjun tat-Toskana (2010-2020).

Il-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali twaqqaf fil-15 ta’ Ġunju 2020 u huwa magħmul minn tlettax-il membru tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni.

Il-verżjoni finali tal-pjan direzzjonali għall-2021 tal-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali se tkun disponibbli dalwaqt fuq il- portal web iddedikat tal-KtR.

Aktar informazzjoni:

Bħala parti mill-prijorità tal-KtR li “nibnu komunitajiet reżiljenti” , il- Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali huwa inizjattiva li għandha l-għan li tqiegħed il-bliet u r-reġjuni fil-qalba tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tiżgura li kemm l-istrateġija tal-UE għat-tkabbir sostenibbli kif ukoll il-pjani ta’ rkupru mill-pandemija tal-COVID-19 jissarrfu f’finanzjament dirett għall-bliet u r-reġjuni u proġetti tanġibbli għal kull territorju. Bil-għan li jispira u jħaffef il-pass tal-azzjoni, il-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali jinkludi mappa online b’200 prattika tajba .

Bħala tħejjija għall-COP26, il-KtR qed jaħdem fuq abbozz ta’ Opinjoni dwar “ It-tisħiħ tal-ambizzjoni klimatika tal-Ewropa għall-2030 lejn il-COP26 ”. Il-ħidma hija f’idejn ir-relatur Vincent Chauvet , Sindku ta’ Autun.

Dwar is-suġġett tal-mobbiltà, il-KtR bħalissa qiegħed jaħdem fuq abbozz ta’ Opinjoni dwar il-mobbiltà sostenibbli u intelliġenti, immexxi mir-relatur Robert Van Asten  (NL/Renew Europe), Membru tal-Kunsill Muniċipali ta’ The Hague.

F’ Lulju 2020 , il-KtR adotta r- rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta f’Opinjoni tar-relatur Vojko Obersnel (HR/PSE) , Sindku tal-Belt ta’ Rijeka.

Kuntatt:

David Crous

david.crous@cor.europa.eu

+32 (0) 470 88 10 37

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-ORGANIC-AWARD-2023.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/GREEN-DEAL-GOING-LOCAL.ASPX

Burgenland, Vienna and Idanha-a-Nova (Portugal) honoured by EU Organic Awards 2023
Burgenland, Vienna and Idanha-a-Nova (Portugal) honoured by EU Organic Awards 2023
25.09.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CP90-REACTION-SOTEU.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/GREEN-DEAL-GOING-LOCAL.ASPX

State of the EU: involving the local and regional level will make Europe stronger, fairer and more democratic
State of the EU: involving the local and regional level will make Europe stronger, fairer and more democratic
13.09.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/GREEN-DEAL-FUNDING-ALERT-AUGUST-2023.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/GREEN-DEAL-GOING-LOCAL.ASPX

Green Deal Funding Alert - August 2023
Green Deal Funding Alert - August 2023
31.08.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/REFORM-EU-ELECTRICITY-MARKET-BOOSTING-ENERGY-TRANSITION.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/GREEN-DEAL-GOING-LOCAL.ASPX

Reform of the EU electricity market: Local action for boosting the energy transition
Reform of the EU electricity market: Local action for boosting the energy transition
06.07.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/REDUCE-POLLUTION-SAVE-LIVES-ENVIRONMENT.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/GREEN-DEAL-GOING-LOCAL.ASPX

Ambitious targets to reduce pollution will save lives and environment but regions and cities need support to deliver
Ambitious targets to reduce pollution will save lives and environment but regions and cities need support to deliver
06.07.2023