Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Insaħħu l-pożizzjoni tar-reġjuni u l-bliet tal-UE biex nipproteġu l-impjiegi u d-drittijiet soċjali  

Il-Kummissarju Schmit u l-KtR jingħaqdu biex jappoġġjaw l-iżvilupp tal-ħiliet u l-impjiegi fil-livell lokali

L-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom isaħħu l-pożizzjoni tal-bliet u r-reġjuni tagħhom biex jipproteġu l-impjiegi u d-drittijiet soċjali: din hija t-talba tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) biex jiġġieled l-effetti soċjali devastanti tal-pandemija tal-COVID-19. L-Assemblea tar-rappreżentanti lokali u reġjonali tal-UE titlob ukoll li tissaħħaħ il-bażi tal-ħiliet għall-irkupru u li jiġu appoġġjati l-awtoritajiet reġjonali u lokali fil-ġestjoni tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali.

Il-barometru Reġjonali u Lokali 2020 tal-KtR jenfasizza li l-kriżi tal-COVID-19 taffettwa b’mod partikolari d-dħul ta’ dawk li jaħdmu għal rashom, il-persuni impjegati b’kuntratti għal żmien fiss u l-ħaddiema part-time, fosthom ħafna żgħażagħ, migranti u gruppi vulnerabbli oħrajn. L-impatt fuq l-impjieg jinsab f’riskju li jkun partikolarment negattiv f’reġjuni li jiddependu ħafna fuq it-turiżmu, fejn sa 40 % tal-impjiegi jistgħu jkunu mhedda. Il-Barometru juri wkoll li 43 % tal-Ewropej jixtiequ li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkollhom aktar influwenza fuq l-impjieg u l-politiki soċjali.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni Apostolos Tzitzikostas qal li: “Matul il-pandemija tal-COVID-19 ir-reġjuni u l-bliet madwar l-Ewropa ħadu azzjoni minnufih u b’mod deċiżiv biex jgħinu lil dawk fil-bżonn. Issa l-Ewropa għandha tpoġġi l-ġlieda kontra l-faqar u l-qgħad, u b’mod partikolari kontra ż-żieda fil-qgħad fost iż-żgħażagħ, fil-qalba tal-isforzi tagħha. Dan huwa essenzjali għal Ewropa soċjali b’saħħitha li ma tħalli l-ebda persuna u l-ebda post jibqgħu lura.”

Biex jappoġġja t-tlaqqigħ tal-ħiliet u l-impjiegi u l-ekonomiji lokali b’azzjonijiet konkreti, il-President Tzitzikostas ħabbar li l-Kumitat se jaħdem mad-DĠ għall-Impjiegi tal-Kummissjoni Ewropea biex flimkien mar-reġjuni u l-bliet iniedu fieri online tal-“Impjiegi Lokali”.

Waqt li kien qed jitkellem fis-sessjoni plenarja tal-KtR tal-14 ta’ Ottubru, il-Kummissarju għall-Impjiegi u d-Drittijiet Soċjali Nicolas Schmit qal li: “Jeħtieġ li nirkupraw minn kriżi bla preċedent, u għal dan għandna bżonn ir-reġjuni. Il-miżuri tagħna għaż-żgħażagħ u għall-iżvilupp tal-ħiliet għandhom jagħtu l-frott fil-prattika. Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali kien u se jkun il-linja gwida tagħna biex niżguraw futur aħjar għaċ-ċittadini tagħna. Huwa għalhekk li ħabbart mal-President tal-KtR li ser insaħħu l-kooperazzjoni bejn is-servizzi tiegħi u l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni. Din il-kooperazzjoni tipprovdi opportunità biex nuru liċ-ċittadini li aħna ninsabu mobilizzati bis-sħiħ u qed nisimgħuhom.”

Fis-sessjoni plenarja ta’ din il-ġimgħa ġiet ukoll adottata l-Opinjoni dwar Ewropa Soċjali b’Saħħitha għal Tranżizzjonijiet Ġusti , li twitti t-triq għal pjan ta’ azzjoni biex jiġi implimentat il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali . Ir-relatur u l-President tal-Kummissjoni SEDEC Anne Karjalainen (FI/PSE), membru tal-Kunsill tal-Belt ta’ Kerava, qalet li: “Il-pandemija tal-COVID-19 enfasizzat l-ħtieġa urġenti li neqirdu d-disparità diġitali eżistenti u li nindirizzaw l-impatt sostanzjali li tħalli fuq id-drittijiet soċjali, peress li n-nuqqas ta’ aċċess għal teknoloġiji ġodda u għas-soċjetà tal-informazzjoni joħloq forom ġodda ta’ esklużjoni soċjali. Il-koeżjoni diġitali hija parti integrali minn tranżizzjonijiet ġusti u pedament tal-koeżjoni territorjali u soċjali. Fl-istess ħin, il-miżuri ta’ rkupru jridu jindirizzaw id-dimensjoni soċjali tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. Fl-ekonomija newtrali f’termini tal-emissjonijiet tal-karbonju tal-futur għandna bżonn suq tax-xogħol ġust, ibbażat fuq impjiegi deċenti, protezzjoni soċjali b’saħħitha, u opportunitajiet tax-xogħol fejn jgħixu n-nies”.

B’referenza għall- komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea ppubblikata f’Jannar, l-Opinjoni tal-KtR tirrimarka li l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta – il-fond tal-UE biex jappoġġja t-tranżizzjoni ekoloġika fir-reġjuni l-aktar vulnerabbli – għandu jkun konformi mal-pilastru soċjali tal-UE. Fl-istess ħin, itenni l-appell tiegħu għal koordinazzjoni aħjar tal-politiki ekonomiċi u soċjali bejn il-livell Ewropew u dak tal-gvernijiet nazzjonali fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, u jtenni t-talbiet tiegħu biex jiġi żgurat l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali f’din il-koordinazzjoni, permezz ta’ ġestjoni kondiviża bbażata fuq il-prinċipju tas-sussidjarjetà.

Il-KtR jenfasizza wkoll ir-rwol ewlieni tal-imsieħba soċjali fil-kuntest attwali tad-diġitalizzazzjoni dejjem tikber tal-mudelli tax-xogħol. Fid-dawl ta’ dan jappella għal aġġornament tar-regoli Ewropej li jirregolaw il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-ħin tax-xogħol, inklużi dispożizzjonijiet biex jistabbilixxu d-dritt ta’ skonnessjoni.

Kuntatt:

Lauri Ouvinen

Tel. +32 473536887

lauri.ouvinen@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/FUNDING-ZERO-UNEMPLOYMENT-PROJECTS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EMPLOYMENT-SOCIAL-RIGHTS.ASPX

Investing more on local projects is key to tackle long-term unemployment
Investing more on local projects is key to tackle long-term unemployment
25.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/FOSTERING-DIVERSITY-AND-INCLUSION-ON-THE-GROUND.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EMPLOYMENT-SOCIAL-RIGHTS.ASPX

Local and regional leaders welcome Commissioner Dalli's support for their work in fostering diversity and inclusion on the ground
Local and regional leaders welcome Commissioner Dalli's support for their work in fostering diversity and inclusion on the ground
24.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/BETTER-PREPARE-FUTURE-CRISES-EXTREME-EVENTS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EMPLOYMENT-SOCIAL-RIGHTS.ASPX

Europe needs to better prepare local communities to deal with future crises and extreme events
Europe needs to better prepare local communities to deal with future crises and extreme events
24.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/155-PLENARY-ANNOUNCEMENT.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EMPLOYMENT-SOCIAL-RIGHTS.ASPX

On cities' and regions' agenda: Ukraine's reconstruction, crises management, EU budget
On cities' and regions' agenda: Ukraine's reconstruction, crises management, EU budget
23.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/SKILLS-AT-HEART-OF-LOCAL-AND-REGIONAL-ADMINISTRATIONS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EMPLOYMENT-SOCIAL-RIGHTS.ASPX

Skills at heart of local and regional administrations' annual conference on EU enlargement
Skills at heart of local and regional administrations' annual conference on EU enlargement
11.05.2023