Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
L-isforz tal-UE favur it-tindif tal-ibħra jaġevola n-negozju  
Il-politiċi lokali u reġjonali jappoġġjaw proposti għall-aġġornament u s-semplifikazzjoni tal-isforzi għaż-żieda fl-ammont ta’ skart mill-bastimenti li jitwassal fil-portijiet.

Ir-reġjuni u l-bliet tal-Unjoni Ewropea appoġġjaw pjani biex jitnaqqs l-ammont ta’ plastik u fjuwil mormi fil-baħar, filwaqt li jsostnu li regoli ċari, infurzar konsistenti u miżati moderati jgħinu lill-portijiet u lill-bastimenti jżommu l-baħar nadif. Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni appoġġja wkoll il-pjani tal-UE għal raġunijiet ekonomiċi, abbażi tal-argument li t-tibdil jgħin lit-turiżmu u l-iżvilupp ta’ ekonomija ċirkolari.

Ir-rakkomandazzjonijiet tal-assemblea tal-UE tal-politiċi lokali u reġjonali huma konribut għad-dibattitu dwar aġġornament sostanzjali tar-regoli tal-UE, bil-għan li jikkonformaw mat-tibdil fil-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis minn Vapuri (MARPOL), itejbu l-infurzar u jittrattaw ir-regoli għall-bastimenti u l-portijiet tal-baħar f’daqqa. Ir-reviżjoni tagħmel parti mill-isforz usa’ tal-Kummissjoni Ewropea li tagħmel il-liġi tal-UE iżjed sempliċi u inqas għalja.

Ir-relatur tal-KtR dwar “ Portijiet Nodfa, Ibħra Nodfa – il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart għall-konsenja ta’ skart minn bastimenti ”, Spyros Spyridon (EL/PPE), qal: “Li jkollna ibħra iżjed nodfa jfisser żvilupp ekoomiku sostenibbli, li huwa pilastru tal-ekonomija tal-Greċja u importanti ferm għal bosta pajjiżi oħra fl-UE. Jeħtieġ li l-bastimenti jkunu obbligati jwasslu l-iskart sal-portijiet, u jeħtieġ niżguraw li l-portijiet kollha jkunu kapaċi jittrattaw l-iskart bi spiża raġonevoli. L-isfida hija li jinħolqu inċentivi biex l-iskart jitwassal fil-portijiet, mingħajr ma jitpoġġa piż finanzjarju eċċessiv fuq il-bastimenti jew mingħajr ma jiġu introdotti proċeduri addizzjonali jew dispożizzjonijiet oħra li jieħdu l-ħin. B’mod ġenerali, il-proposti tal-Kummissjoni jilħqu dawn l-għanijiet. Il-proposti jissemplifikaw u jiċċaraw ir-regoli wkoll, u għalhekk għandhom ineħħu ħafna mill-ambigwitajiet għall-konsenjaturi, l-awtoritajiet portwarji u dawk li jittrattaw l-iskart.”

Is-Sur Spyridon, li huwa membru tad-delegazzjoni Griega tal-KtR u jirrappreżenta r-Reġjun ta’ Attica, kompla jgħid: “Nemmnu li hemm bżonn partikolarment urġenti li nindirizzaw l-iskart tal-plastik u rridu li d-direttiva tħaddan is-sistemi għat-tindif tal-gassijiet tal-egżost, li ma kienx il-każ fl-imgħoddi. Tibdil ieħor jinkludi l-flessibbiltà, il-miżati u l-infurzar. Hemm bosta aspetti lokali u reġjonali għall-ġestjoni tal-portijiet, u l-miżati marbutin mal-iskart ma għandhomx jiġu ddettati b’mod ċentrali. Il-Kummissjoni hija konxja biċ-ċar tal-ħtieġa għall-flessibbiltà, li hija ħaġa pożittiva ferm. Iżda neħtieġu wkoll infurzar b’saħħtu, biex nimpedixxu l-kompetizzjoni inġusta u l-hekk imsejħa prattika ta’ “port shopping”, li tfisser li l-bastimenti jmorru fl-inqas portijiet eżiġenti. Għalhekk jinħtieġ qafas wieħed ta’ penali, u l-konsenjaturi u l-portijiet għandhom jirċievu twissijiet ċari dwar il-penali.”

Huwa żied jgħid li, filwaqt li l-KtR jikkritika n-nuqqas tal-proposti li jindirizzaw modi għat-tnaqqis tal-iskart u ċerti kwitjonijiet tekniċi, huwa jixtieq li l-UE tagħmel sforz biex testendi l-influwenza tal-leġislazzjoni, sabiex il-portijiet fil-baċini tal-baħar u r-reġjuni ġirien tal-UE jkollhom raġuni biex b’mod volontarju jieħdu fuqhom l-istess obbligi.

Ir- rapport ġie adottat b’mod unanimu, b’għadd ta’ emendi .

Kuntatt:

Andrew Gardner

Tel. +32 473 843 981

andrew.gardner@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/GREENING-OF-PEST-MANAGEMENT.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-PUSH-TO-CLEAN-UP-THE-SEAS-IS-GOOD-FOR-BUSINESS.ASPX

Local and regional authorities demand a fund for the greening of pest management
Local and regional authorities demand a fund for the greening of pest management
16.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/ASBESTOS-FREE-EUROPE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-PUSH-TO-CLEAN-UP-THE-SEAS-IS-GOOD-FOR-BUSINESS.ASPX

Local leaders urge stricter rules and more funds to deliver an asbestos-free Europe
Local leaders urge stricter rules and more funds to deliver an asbestos-free Europe
16.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/BOOSTING-GREEN-INVESTMENTS-INCREASING-FUNDS-KEY-PRIORITY.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-PUSH-TO-CLEAN-UP-THE-SEAS-IS-GOOD-FOR-BUSINESS.ASPX

Boosting green investments and increasing direct funds for cities and regions remains a key priority for local leaders in 2023
Boosting green investments and increasing direct funds for cities and regions remains a key priority for local leaders in 2023
08.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/SURVEY-SDG.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-PUSH-TO-CLEAN-UP-THE-SEAS-IS-GOOD-FOR-BUSINESS.ASPX

CoR-OECD-SDSN survey: The role of cities and regions for the SDGs in an uncertain geopolitical context
CoR-OECD-SDSN survey: The role of cities and regions for the SDGs in an uncertain geopolitical context
20.02.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/ENVE-14-FEB-2023.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-PUSH-TO-CLEAN-UP-THE-SEAS-IS-GOOD-FOR-BUSINESS.ASPX

Tackling pollution and the energy crisis amongst EU local leaders 2023 key priorities
Tackling pollution and the energy crisis amongst EU local leaders 2023 key priorities
15.02.2023