Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Il-bliet u r-reġjuni tal-UE jitolbu rispons komuni tal-UE għall-kriżi tal-enerġija  

L-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-UE jibqgħu minn ta’ quddiem biex jappoġġjaw lin-nies milquta mill-kriżi tal-enerġija u biex jimplimentaw miżuri biex jiżguraw l-iffrankar tal-enerġija u l-kontinwità tan-negozju tal-enerġija.Huma jridu jkunu involuti aktar fir-riformi tal-enerġija li għaddejjin bħalissa biex jiżguraw investimenti strateġiċi li jaċċelleraw it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa. F’Riżoluzzjoni urġenti, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jistieden lill-UE tibni Unjoni tal-Enerġija ġenwina u tiżviluppa sinerġiji fost l-istrumenti ta’ finanzjament tal-UE sabiex jiġu aċċellerati proġetti tal-enerġija sostenibbli fil-livell lokali flimkien ma’ programmi ta’ bini tal-kapaċità u titjib tal-ħiliet għal riżultati b’rabta mas-Sena Ewropea tal-Ħiliet 2023.

Fid-9 ta’ Frar, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) adotta Riżoluzzjoni urġenti dwar il-kriżi tal-enerġija. Din tinkludi sett ta’ proposti biex tiġi aċċellerata t-tranżizzjoni tal-enerġija nadifa tal-UE, kemm fil-produzzjoni u l-konsum, kif ukoll fil-binjiet u t-trasport. Fir-riżoluzzjoni l-KtR jitlob pakkett soċjali robust u miżuri ta’ ridistribuzzjoni ġusta biex jittaffew l-impatt soċjali tal-kriżi tal-enerġija, b’mod partikolari għal dawk l-aktar vulnerabbli. Ir-riżoluzzjoni adottata tisħaq li l-inizjattivi attwali mhumiex qed jipprovdu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali l-appoġġ immedjat meħtieġ.

Vasco Alves Cordeiro, il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, qal: “L-awtoritajiet lokali u reġjonali jibqgħu minn ta’ quddiem biex joffru appoġġ lill-unitajiet domestiċi, b’mod partikolari lil dawk l-aktar fraġli, u biex imexxu l-isforzi tagħhom għall-iffrankar tal-enerġija. Ir-rispons għall-kriżi tal-enerġija jista’ jirnexxi biss jekk fl-istess ħin ikun rispons Ewropew ankrat fir-reġjuni u l-bliet tagħna, peress li huma responsabbli għal ħafna kwistjonijiet, bħall-mobbiltà, l-akkomodazzjoni u l-aċċess għas-servizzi pubbliċi. Is-sitwazzjoni li qed ngħixu fiha llum hija parti minn trasformazzjoni akbar li s-soċjetajiet tagħna jeħtieġ li jwettqu biex iwaqqfu l-emerġenza klimatika u jibnu futur aktar sostenibbli. Il-bliet u r-reġjuni għandhom ikunu parti mill-formula biex il-proċess jirnexxi”.

Rafał Trzaskowski (PL/PPE), President tal-belt kapitali ta’ Varsavja u president tal-Kummissjoni ENVE u tal-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali, qal: “Il-kriżi tal-enerġija m’għandhiex tnaqqas l-ambizzjoni klimatika tagħna. L-impatt devastanti tat-tisħin globali mhux se jieqaf mil-lum għall-għada. F’ħafna Stati Membri, il-bliet u r-reġjuni stabbilew miri aktar ambizzjużi mill-gvernijiet nazzjonali tagħhom. Minkejja l-kriżi tal-enerġija, l-awtoritajiet lokali u reġjonali komplew jipprovdu servizzi pubbliċi essenzjali għal kull ċittadin. Madankollu, għandna bżonn aktar mezzi finanzjarji biex nappoġġjaw l-għadd dejjem jikber ta’ ċittadini Ewropej li jbatu mill-faqar enerġetiku u biex nirrinovaw il-binjiet tagħna b’mod li nagħtu spinta lill-effiċjenza u l-iffrankar tal-enerġija. Nappellaw lill-Kummissjoni Ewropea biex tipprovdi fondi diretti għall-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jaċċelleraw it-tranżizzjoni tal-enerġija sostenibbli fil-komunitajiet tagħna, fil-bliet tagħna, u fir-reġjuni tagħna. Huwa f’dan il-kuntest li pproponejna li nniedu proġett pilota tal-UE dwar l-akkwist konġunt biex il-bliet madwar l-Ewropa jiġu pprovduti b’karozzi tal-linja li jaħdmu bl-idroġenu”.

Il-bliet u r-reġjuni jitolbu proposti aktar ambizzjużi biex is-soluzzjonijiet tal-enerġija nadifa jsiru l-aktar għażliet faċli u rħas fis-suq. Il-komunitajiet tal-enerġija u l-awtoritajiet lokali għandu jkollhom drittijiet sħaħ biex jaċċessaw il-grilji, mingħajr ma jkunu soġġetti għall-istess regolamentazzjoni bħall-fornituri tal-bejgħ bl-imnut.

Il-Kumitat jappella sabiex tinħoloq Unjoni tal-Enerġija ġenwina b’suq integrat bis-sħiħ u interkonness sew madwar l-UE, u jitlob lill-Presidenza Żvediża taċċellera l-adozzjoni tal-proposti leġiżlattivi li fadal tal-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %”.

Il-KtR jappoġġja t-tisħiħ tal-Pjattaforma tal-Enerġija tal-UE minħabba l-impatt pożittiv tagħha fuq il-prezzijiet tal-enerġija. Fir-rigward tar-riformi li għaddejjin bħalissa fis-suq tal-elettriku, il-KtR jistenna li l-prezzijiet tal-gass jiġu diżakkoppjati minn dawk tal-elettriku.

Il-bliet u r-reġjuni tal-UE jitolbu lill-Istati Membri jinvolvuhom fir-reviżjoni tal-Pjani Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima (NECPs), mistennija fl-2023, u jappellaw għal involviment dirett fl-abbozzar tal-kapitoli l-ġodda tal-pjan REPowerEU fil-pjani tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza sabiex jiġi żgurat finanzjament għal proġetti speċifiċi strateġiċi u ta’ infrastruttura transfruntiera. Il-kapitoli tal-pjan REPowerEU fil-pjani għall-irkupru u r-reżiljenza (RRPs) tal-Istati Membri għandhom jiddeskrivu riformi u investimenti ġodda biex jissaħħu r-reżiljenza, is-sigurtà u s-sostenibbiltà tas-sistema tal-enerġija tal-Unjoni – inklużi l-effiċjenza enerġetika u l-użu tal-enerġija rinnovabbli.

Fir-rigward tal-finanzjament, il-bliet u r-reġjuni tal-UE jħeġġu sabiex l-investimenti mmirati għall-enerġija jkunu eżentati mill-kalkolu tad-defiċit fi ħdan ir-regoli fiskali. L-assemblea tal-UE tal-bliet u r-reġjuni qed titlob ukoll portal ta’ finanzjament fil-forma ta’ punt uniku ta’ servizz biex tiġi implimentata l-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni, u tistieden lill-Istati Membri jużaw il-fondi tal-pjan REPowerEU biex jaċċelleraw l-investimenti fl-effiċjenza enerġetika u r-rinnovazzjoni tal-binjiet.

Dwar it-trasport, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jappella għal proġett ta’ akkwist pubbliku pan-Ewropew biex jibdew jintużaw karozzi tal-linja tal-idroġenu fl-UE, u jenfasizza l-objettiv tal-Alleanza tar-Reġjuni Awtomobilistiċi li tikkontribwixxi għal tranżizzjoni ġusta f’reġjuni intensivi fl-enerġija b’industrija b’saħħitha tal-karozzi u tal-fornituri.

Kuntest:

Il-pjattaforma tal-Enerġija tal-UE ġiet stabbilita fis-7 ta’ April 2022, fl-ewwel laqgħa mal-pajjiżi tal-UE, biex tiġi żgurata l-provvista tal-enerġija tal-UE bi prezzijiet affordabbli fil-kuntest ġeopolitiku attwali u biex tiġi eliminata gradwalment id-dipendenza mill-gass Russu.

Il-portal web tal-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali

Persuna ta' kuntatt:

David Crous

David.Crous@cor.europa.eu

Tel: +32 (0) 470 88 10 37

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/ENVE-COMMISSION-IN-MALAGA.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-CITIES-AND-REGIONS-DEMAND-COMMON-EU-RESPONSE-TO-THE-ENERGY-CRISIS.ASPX

ENVE in Málaga debates on green hydrogen, governance of Green Deal and its impact on coastal areas
ENVE in Málaga debates on green hydrogen, governance of Green Deal and its impact on coastal areas
28.09.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/REFORM-EU-ELECTRICITY-MARKET-BOOSTING-ENERGY-TRANSITION.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-CITIES-AND-REGIONS-DEMAND-COMMON-EU-RESPONSE-TO-THE-ENERGY-CRISIS.ASPX

Reform of the EU electricity market: Local action for boosting the energy transition
Reform of the EU electricity market: Local action for boosting the energy transition
06.07.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/PRESIDENT-CORDEIRO-PRESIDENT-VON-DER-LEYEN.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-CITIES-AND-REGIONS-DEMAND-COMMON-EU-RESPONSE-TO-THE-ENERGY-CRISIS.ASPX

President Cordeiro discusses with President von der Leyen EU's top priorities to strengthen cooperation and voice the needs of regions and cities
President Cordeiro discusses with President von der Leyen EU's top priorities to strengthen cooperation and voice the needs of regions and cities
05.07.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/PRESIDENT-CORDEIRO-MEETS-COMMISSION-PRESIDENT-VON-DER-LEYEN-AHEAD-OF-PLENARY.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-CITIES-AND-REGIONS-DEMAND-COMMON-EU-RESPONSE-TO-THE-ENERGY-CRISIS.ASPX

President Cordeiro meets Commission President von der Leyen ahead of plenary debates on EU budget, green transition, and entrepreneurship
President Cordeiro meets Commission President von der Leyen ahead of plenary debates on EU budget, green transition, and entrepreneurship
03.07.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/GREEN-DEAL-FUNDING-ALERT-APRIL-2023.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-CITIES-AND-REGIONS-DEMAND-COMMON-EU-RESPONSE-TO-THE-ENERGY-CRISIS.ASPX

Green Deal Funding Alert - April 2023
Green Deal Funding Alert - April 2023
28.04.2023