Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Il-baġit tal-UE: l-azzjoni lokali dwar il-klima ser tbati jekk jinqata’ l-investiment reġjonali tal-UE  

Jeħtieġ li l-Unjoni Ewropea żżomm politika reġjonali b’saħħitha sabiex taqdi l-impenji internazzjonali tagħha biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju, qal il-mexxej tal-politiċi lokali u reġjonali tal-UE fit-22 ta’ Frar.

Karl-Heinz Lambertz , President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR), kien qed jitkellem waqt ċelebrazzjoni tal-10 anniversarju tal- Patt Ewropew tas-Sindki dwar il-Klima u l-Enerġija , li, huwa qal, kien “qabeż l-aspettattivi kollha” u sar “storja ta’ suċċess Ewropea reali”. Il-Patt tas-Sindki ġie maħluq fl-Ewropa fl-2008 biex jappoġġa kwalunkwe belt jew reġjun li volontarjament ried jaqbeż il-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-UE. Dan sar inizjattiva globali fl-2016 meta ġie amalgamat mal-Compact of Mayors.

Waqt li tkellem fil-Parlament Ewropew flimkien mal-President tiegħu, Antonio Tajani, il-President Lambertz qal: “Għaxar snin ilu, ħadd ma kien jobsor li aktar minn 9,000 raħal u belt kienu ser jissieħbu għal dan il-moviment minn isfel għal fuq biex jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima je w li jinxtered mad-dinja kollha. Iżda l-mexxejja lokali jifhmu li l-ekoloġizzazzjoni tal-ekonomiji tagħna, it-tindif tal-arja tagħna u l-iżgurar ta’ provvista sostenibbli ta’ ikel tas-saħħa jtejjeb il-ħajja taċ-ċittadini tagħna. Il-bliet u r-reġjuni huma t-tweġiba għall-isfida tal-klima u l-enerġija u qegħdin imexxu huma. Il-gvernijiet nazzjonali jeħtieġu jirrikonoxxu dan b’mod formali billi jagħtu lill-bliet u r-reġjuni l-opportunità formali li jipparteċipaw f’diskussjonijiet globali dwar it-tibdil fil-klima.”

Fl-avveniment, li sar ġurnata qabel ma ltaqgħu l-mexxejja tal-UE biex jiddiskutu l-baġit tal-UE li jmiss, President Lambertz żied jgħid: "Jekk l-Ewropa tkompli tkun fuq quddiem tal-kwistjoni globali dwar il-klima, jekk għandna nagħmlu lill-Ewropa ekoloġika mill-ġdid, hija għandha tiżgura li l-mexxejja lokali u reġjonali għandhom il-fondi suffiċjenti. Dan ifisser li jiġi żgurat li l- politika ta’ koeżjoni tal-UE - li attwalment torbot aktar minn 25 % tal-baġit tagħha għall-azzjoni dwar il-klima - tibqa’ b’saħħitha u effettiva. Il-politika ta’ koeżjoni tiffinanzja l-pjanijiet ta’ azzjoni dwar il-klima u l-enerġija lokali, tinvesti fl-effiċjenza enerġetika, l-enerġija rinnovabbli u t-trasport pubbliku sostenibbli fir-reġjuni u l-bliet tagħna. Li tiddgħajjef il-politika ta’ koeżjoni jkollha riperkussjonijiet gravi fuq il-kapaċità tagħna biex noħolqu impjiegi ekoloġiċi, innaqsu l-emissjonijiet tagħna tal-karbonju u nimxu lejn ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju.”

Huwa ħeġġeġ lis-sostenituri tal-azzjoni dwar il-klima biex jirsistu li l-politika ta’ koeżjoni tal-UE tkun b’saħħitha, aktar effettiva, viżibbli u disponibbli għal kull reġjun u belt fl-UE wara l-2020. Il-Kumitat – l-assemblea tal-UE ta’ 350 mexxej lokali u reġjonali - issottometta rakkomandazzjonijiet estensivi dwar kif għandha tittejjeb il-politika. Flimkien ma’ assoċjazzjonijiet Ewropej ewlenin tar-reġjuni u l-bliet, huwa nieda wkoll il-#CohesionAlliance, koalizzjoni ta’ dawk li jemmnu li l-politika ta’ koeżjoni tal-UE għandha tibqa’ pilastru futur tal-UE. Dan kien ukoll il-messaġġ ewlieni tal-President Lambertz f’ittra mibgħuta lil Donald Tusk, President tal-Kunsill Ewropew, fil-21 ta’ Frar, li fiha huwa talab ukoll li l-baġit tal-UE “jiżdied għal 1.3 % tad-dħul gross nazzjonali tal-UE27”.

Noti lill-edituri:

Kelliema waqt iċ-ċerimonja biex timmarka għaxar snin ta’ Patt Ewropew tas-Sindki dwar il-Klima u l-Enerġija kienu jinkludu lis-sindki minn madwar l-Ewropa u tliet Kummissarji Ewropej, il-Viċi President Maroš Šefčovič, il-Kummissarju Miguel Arias Cañete, u l-Kummissarju Carlos Moedas. Il-Kummissjoni Ewropea tiffinanzja l-Patt Ewropew tas-Sindki dwar il-Klima u l-Enerġija.

Minbarra l-President Lambertz, tkellmu tliet membri oħra: is-Sur Fernando López Miras (ES/PPE), President tar-reġjun ta’ Murcia; is-Sur Juan Espadas Cejas (ES/PSE), is-Sindku ta’ Seville; u s-Sur Andrea Turčanová (SK/PPE), is-Sindku ta’ Prešov. Il-KtR, il-patrun politiku tal-Patt tas-Sindki, ikkontribwixxa għad-dibattitu dwar il-globalizzazzjoni tal-moviment bir-rakkomandazzjonijiet fl-2015. Ir-relatur kien: Kata Tüttő (HU/PSE)

Fl-Ewropa, il-firmatarji tal-Patt tas-Sindki naqqsu l-emissjonijiet tagħhom b’madwar 23 % meta mqabbla mal-livelli tal-1990. Dan jitqabbel mal-għan ġenerali tal-UE ta’ tnaqqis ta’ 20 % sa l-2020.

L-UE għandha l-għan li tonfoq tal-anqas 20 % tal-baġit tagħha għall-azzjoni dwar il-klima. Iċ-ċifri tal-Kummissjoni Ewropea mill-2017 jindikaw li aktar minn 25% tal-fondi mill-politika ta’ koeżjoni ġie dirett lejn proġetti relatati mal-klima sa mill-2014. Minn EUR73 biljun li ntefqu sa dak il-punt sa mill-2014, EUR 22 biljun ġew investiti fil-protezzjoni tal-ambjent, EUR16.5 biljun fl-adattament tat-tibdil fil-klima u proġetti għall-prevenzjoni tar-riskju, EUR 15.5 biljun f’netwerks tat-trasport u l-enerġija, u EUR 11 biljun f’azzjonijiet – bħall-effiċjenza enerġetika – sabiex tiġi appoġġata ekonomija b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju. Il-kontribuzzjoni tal-Fondi ta’ Koeżjoni Ewropea biex jintlaħqu l-objettivi maqbula dwar il-klima f’Pariġi fl-2015 kienet is-suġġett ta’ studju tal-Parlament Ewropew fl-2017.

Ir-ritratti huma disponibbli fuqFlickr.

Kuntatt:

Andrew Gardner

Tel. +32 473 843 981

andrew.gardner@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CP94---ENVE-MALAGA-COP28-STATEMENT.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-BUDGET-LOCAL-CLIMATE-ACTION-WILL-SUFFER-IF-EU-REGIONAL-INVESTMENT-IS-CUT.ASPX

Local and regional governments across the world join forces ahead of COP28 to strengthen their leadership in climate action
Local and regional governments across the world join forces ahead of COP28 to strengthen their leadership in climate action
29.09.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/HL47---INTERVIEW-KLISOVIC.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-BUDGET-LOCAL-CLIMATE-ACTION-WILL-SUFFER-IF-EU-REGIONAL-INVESTMENT-IS-CUT.ASPX

Making the Green Deal accessible and affordable for all is the real challenge, says CoR rapporteur Joško Klisović
Making the Green Deal accessible and affordable for all is the real challenge, says CoR rapporteur Joško Klisović
29.09.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/ENVE-COMMISSION-IN-MALAGA.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-BUDGET-LOCAL-CLIMATE-ACTION-WILL-SUFFER-IF-EU-REGIONAL-INVESTMENT-IS-CUT.ASPX

ENVE in Málaga debates on green hydrogen, governance of Green Deal and its impact on coastal areas
ENVE in Málaga debates on green hydrogen, governance of Green Deal and its impact on coastal areas
28.09.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/GREEN-DEAL-FUNDING-ALERT-AUGUST-2023.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-BUDGET-LOCAL-CLIMATE-ACTION-WILL-SUFFER-IF-EU-REGIONAL-INVESTMENT-IS-CUT.ASPX

Green Deal Funding Alert - August 2023
Green Deal Funding Alert - August 2023
31.08.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/REDUCE-POLLUTION-SAVE-LIVES-ENVIRONMENT.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-BUDGET-LOCAL-CLIMATE-ACTION-WILL-SUFFER-IF-EU-REGIONAL-INVESTMENT-IS-CUT.ASPX

Ambitious targets to reduce pollution will save lives and environment but regions and cities need support to deliver
Ambitious targets to reduce pollution will save lives and environment but regions and cities need support to deliver
06.07.2023