Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Il-Kumitat tar-Reġjuni tal-UE jipposponi s-sessjoni plenarja ta’ Marzu biex jikkontribwixxi għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-pandemija tal-Coronavirus  
Stqarrija mill-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni ‎ Apostolos Tzitzikostas

“Wara deliberazzjoni bir-reqqa, iddeċidejt li nipposponi s- sessjoni plenarja tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni ppjanata għall-25 u s-26 ta’ Marzu, bħala kontribut għall-isforzi biex jiġi evitat u kkontrollat it-tixrid ulterjuri tal-pandemija tal-Coronavirus. Din l-azzjoni tirrifletti l-miżuri li diġà ġew implimentati minn ħafna awtoritajiet lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-UE. Din id-deċiżjoni diġà ġiet ikkomunikata lill-membri kollha tal-Kumitat tagħna, lill-persunal u lill-istituzzjonijiet u lill-imsieħba l-oħra tal-UE, li ninsabu f’kuntatt mill-qrib magħhom.

B’din id-deċiżjoni, jiena kkunsidrajt id-diversi talbiet li għamlu l-membri fejn esprimew it-tħassib tagħhom dwar saħħithom f’każ li jipparteċipaw fil-plenarja, kif ukoll ta’ dawk li ma setgħux jattendu minħabba restrizzjonijiet fis-seħħ f’pajjiżhom. Jiena analizzajt ukoll bir-reqqa l-aspetti tas-saħħa, politiċi, organizzattivi, finanzjarji, legali u interistituzzjonali rilevanti. L-analiżijiet kollha jwasslu għall-adozzjoni ta’ miżura ta’ prekawzjoni rigoruża. Is-saħħa taċ-ċittadini, tal-Membri u tal-persunal tagħna tiġi l-ewwel. Jeħtiġilna naġixxu b’mod kalm u b’mod responsabbli biex nipproteġuhom.

Huwa importanti li l-Membri tagħna jibqgħu fejn huma l-aktar meħtieġa f’dawn iż-żminijiet kritiċi. Bħala politiċi lokali u reġjonali eletti, ninsabu fuq quddiem nett fil-ġlieda kontra l-pandemija tal-Coronavirus fir-reġjuni, il-bliet u l-irħula tagħna. Aħna qed nagħtu bidu għal din il-ġlieda b’mod determinat, b’mod sod u b’kuraġġ u ninsab ċert li, bis-saħħa tal-isforzi tagħna, il-pandemija tal-Coronavirus se tiġi mrażżna u megħluba.

Id-demokrazija hija aktar b’saħħitha minn virus, u se nlaqqa’ mill-ġdid is-sessjoni plenarja tal-Kumitat tagħna mill-aktar fis possibbli, ladarba jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet ta’ saħħa, politiċi u organizzattivi meħtieġa”.

Kelliem tal-President:

Michele Cercone

Tel. +32 (0)498 98 23 49

Michele.Cercone@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-POLICIES-FOR-SUSTAINABLE-FOOD-SYSTEMS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-COMMITTEE-OF-REGION-POSTPONES-MARCH-PLENARY-SESSION-TO-CONTRIBUTE-TO-PREVENTING-AND-CONTROLLING-THE-CORONAVIRUS-PANDEMI.ASPX

Local and regional leaders want a stronger role and more coherence in EU policies for sustainable food systems
Local and regional leaders want a stronger role and more coherence in EU policies for sustainable food systems
25.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/LOCAL-LEADERS-URGE-EUROPEAN-COMMISSION-TO-CREATE-VULNERABILITY-SCOREBOARD.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-COMMITTEE-OF-REGION-POSTPONES-MARCH-PLENARY-SESSION-TO-CONTRIBUTE-TO-PREVENTING-AND-CONTROLLING-THE-CORONAVIRUS-PANDEMI.ASPX

Resilience: Local leaders urge the European Commission to create a vulnerability scoreboard to be better prepared to cope with crises
Resilience: Local leaders urge the European Commission to create a vulnerability scoreboard to be better prepared to cope with crises
31.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/ASBESTOS-FREE-EUROPE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-COMMITTEE-OF-REGION-POSTPONES-MARCH-PLENARY-SESSION-TO-CONTRIBUTE-TO-PREVENTING-AND-CONTROLLING-THE-CORONAVIRUS-PANDEMI.ASPX

Local leaders urge stricter rules and more funds to deliver an asbestos-free Europe
Local leaders urge stricter rules and more funds to deliver an asbestos-free Europe
16.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CARE-DORNER.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-COMMITTEE-OF-REGION-POSTPONES-MARCH-PLENARY-SESSION-TO-CONTRIBUTE-TO-PREVENTING-AND-CONTROLLING-THE-CORONAVIRUS-PANDEMI.ASPX

Care sector needs European strategy, CoR members argue
Care sector needs European strategy, CoR members argue
15.02.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUROPEAN-HEALTH-DATA-SPACE-.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-COMMITTEE-OF-REGION-POSTPONES-MARCH-PLENARY-SESSION-TO-CONTRIBUTE-TO-PREVENTING-AND-CONTROLLING-THE-CORONAVIRUS-PANDEMI.ASPX

An efficient European Health Data Space can save lives and must improve care quality for all citizens
An efficient European Health Data Space can save lives and must improve care quality for all citizens
09.02.2023