Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
“Il-baġit tal-UE qed jirriskja li jkun ta’ falliment għan-nies u rigal lill-populiżmu” jwissi l-President tal-KtR, Apostolos Tzitzikostas  

​Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) jitlob li jiġu ppreservati l-fondi għall-isptarijiet, l-iskejjel, it-trasport lokali, l-ambjent, l-universitajiet u n-negozji ż-żgħar.

“F’isem il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, qed inniedi appell biex jiġi evitat li jitnaqqas l-investiment li jgħin biex itejjeb il-ħajja tan-nies fil-bliet u r-reġjuni” qal il-President tal-KtR, Apostolos Tzitzikostas , jumejn qabel is-Summit Ewropew Speċjali dwar il-baġit tal-UE.

“Għandna nkomplu ninvestu l-flus tal-kontribwenti fil-komunitajiet lokali, peress li dan huwa ta’ benefiċċju kemm għall-pagaturi netti tal-baġit tal-UE kif ukoll għall-benefiċjarji netti. Jekk jitnaqqsu l-fondi tal-UE għall-isptarijiet u l-iskejjel, it-trasport lokali, l-ambjent, l-universitajiet u n-negozji ż-żgħar, dan ikun ta’ falliment għan-nies u rigal lill-populiżmu” żied jgħid il-President tal-KtR.

“Għall-maġġoranza tal-Istati Membri tagħna, il-finanzjament tal-UE għall-koeżjoni, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali jammonta għal madwar 50% tal-investiment pubbliku kollu. Din mhijiex biss solidarjetà tal-UE fil-prattika, iżda spinta għat-tkabbir ekonomiku, il-ħolqien tal-impjiegi u s-suq uniku, li hija ta’ benefiċċju għalina lkoll", kompla l-President Tzitzikostas.

“Ninsab imħasseb ħafna dwar ir-riskji li jiġu pperikolati dawk il-politiki li jqarrbu ’l-Ewropa lejn iċ-ċittadini, u liċ-ċittadini lejn l-Ewropa. Aħna konxji mill-impatt finanzjarju tal-Brexit, iżda l-ispejjeż ma għandhomx jiġġarrbu mill-bliet u r-reġjuni. Mhijiex kwistjoni ta’ flus, dan huwa investiment għall-futur tal-poplu tagħna", temm jgħid.

Il-Viċi President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, Vasco Alves Cordeiro, ikkummenta wkoll fid-dawl tas-Summit.

“L-aħħar proposta tal-QFP tolqot ħażin il-politika ta’ koeżjoni bi tnaqqis ta’ 12% meta mqabbel mal-qafas attwali, b’rati ta’ kofinanzjament li għadhom inqas minn dawk tal-perjodu attwali. Deċiżjoni li jitnaqqas l-appoġġ għall-iżvilupp reġjonali, b’mod partikolari permezz tal-politika ta’ koeżjoni, mhux ser tqarreb lill-UE lejn iċ-ċittadini tagħha.  Ir-reġjuni u l-bliet mhux se jkunu jistgħu jagħmlu aktar għaċ-ċittadini tagħhom u għall-UE b’inqas appoġġ mill-UE. Jeħtieġ li qabel kollox l-UE tqis l-inugwaljanzi li dejjem qed jiżdiedu. Dan il-QFP huwa l-unika opportunità għall-mexxejja tal-UE biex jiggwidaw lill-UE fit-triq lejn ugwaljanza sostenibbli u tranżizzjoni ġusta li ma tħalli lura l-ebda żona u l-ebda persuna. Falliment ikun ta’ theddida għall-kredibilità tal-proġett tal-Unjoni Ewropea. Wasal iż-żmien li l-Istati Membri tal-UE jallokaw il-flus fejn verament hemm bżonnhom.”

Kuntatt:

pressecdr@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/DIGITAL-SKILLS-CONNECTIVITY-SMART-VILLAGES.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-BUDGET-RISKS-BEING-A-FAILURE-FOR-PEOPLE-AND-A-GIFT-TO-POPULISM-WARNS-COR-PRESIDENT-APOSTOLOS-TZITZIKOSTAS-.ASPX

Digital skills and connectivity are key to making rural villages 'smart' and attractive
Digital skills and connectivity are key to making rural villages 'smart' and attractive
16.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/ASBESTOS-FREE-EUROPE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-BUDGET-RISKS-BEING-A-FAILURE-FOR-PEOPLE-AND-A-GIFT-TO-POPULISM-WARNS-COR-PRESIDENT-APOSTOLOS-TZITZIKOSTAS-.ASPX

Local leaders urge stricter rules and more funds to deliver an asbestos-free Europe
Local leaders urge stricter rules and more funds to deliver an asbestos-free Europe
16.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/STRONG-COHESION-POLICY-UNITED-FAIRER-FUTURE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-BUDGET-RISKS-BEING-A-FAILURE-FOR-PEOPLE-AND-A-GIFT-TO-POPULISM-WARNS-COR-PRESIDENT-APOSTOLOS-TZITZIKOSTAS-.ASPX

Only a strong Cohesion Policy can ensure a united and fairer future to the EU
Only a strong Cohesion Policy can ensure a united and fairer future to the EU
16.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CLEAR-RULES-DATA-SHARING-FAIR-SHORT-TERM-RENTAL.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-BUDGET-RISKS-BEING-A-FAILURE-FOR-PEOPLE-AND-A-GIFT-TO-POPULISM-WARNS-COR-PRESIDENT-APOSTOLOS-TZITZIKOSTAS-.ASPX

Tourism: clear rules and data sharing are the only way to ensure a fair short-term rental market in Europe
Tourism: clear rules and data sharing are the only way to ensure a fair short-term rental market in Europe
15.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CP30-THE-DANGER-OF-A-TALENT-TRAP.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-BUDGET-RISKS-BEING-A-FAILURE-FOR-PEOPLE-AND-A-GIFT-TO-POPULISM-WARNS-COR-PRESIDENT-APOSTOLOS-TZITZIKOSTAS-.ASPX

EU's regions: the danger of a talent trap
EU's regions: the danger of a talent trap
13.03.2023