Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Il-baġit tal-UE u l-pjani ta’ rkupru taħt skrutinju fil-plenarja tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni  

Il-Kummissarji Ewropej għall-baġit, is-suq intern, il-ġestjoni tal-kriżijiet, u d-demokrazija u d-demografija ser jindirizzaw l-assemblea matul l-ewwel sessjoni plenarja ibrida tal-Kumitat.

Johannes Hahn, il-Kummissarju Ewropew għall-Baġit tal-UE, ser jiddiskuti l-pjan ta’ rkupru tal-Unjoni Ewropea u l-baġit fit-tul emerġenti mal-mexxejja lokali u reġjonali fit-2 ta’ Lulju, waqt sessjoni plenarja tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni msawra mill-problemi ekonomiċi u tas-saħħa maħluqa mill-pandemija. Tliet Kummissarji Ewropej oħra ser jiddiskutu wkoll ir-reazzjonijiet politiċi u strateġiċi tal-UE għall-kriżi: Dubravka Šuica, il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, ser tindirizza kwistjonijiet relatati mad-demokrazija u d-demografija, il-Kummissarju Thierry Breton ser iwieġeb għall-mistoqsijiet dwar is-suq intern, u l-Kummissarju Janez Lenarčič ser jirrevedi wħud mill-azzjonijiet tal-UE għall-ġestjoni tal-kriżijiet.

Il-mexxejja lokali u reġjonali ser jivvotaw fuq riżoluzzjoni dwar il-baġit fit-tul tal-UE (il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) għall-2021-27) u l-Pjan ta’ Investiment għal Ewropa Sostenibbli, li huwa l-pilastru tal-investiment tal-Patt Ekoloġiku żviluppat mill-Kummissjoni Ewropea biex jiggwida lill-UE lejn newtralità karbonika sal-2050.

Il-membri tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR), li għandu sitt gruppi politiċi, ser jiddeċiedu wkoll dwar il-prijoritajiet politiċi tal-assemblea għall-2020-25. Meta ġie elett bħala President tal-Kumitat fi Frar, Apostolos Tzitzikostas (EL/PPE), il-Gvernatur tar-Reġjun tal-Maċedonja Ċentrali, qal li huwa kien ser jippromovi demokrazija Ewropea “modernizzata”, sforzi biex ikun hemm reazzjoni għat-“trasformazzjonijiet profondi” li jirriżultaw mir-“rivoluzzjonijiet ekoloġiċi, diġitali u demografiċi attwali”, u l-politiki tal-UE – bħall-politika ta’ koeżjoni – li l-impatt tagħhom għandu “l-akbar rilevanza reġjonali u lokali”.

Il-Patt Ekoloġiku – u l-ħtieġa li jitqiegħed fil-qalba tal-pjani ta’ rkupru għall-ekonomiji lokali u reġjonali – ser ikun is-suġġett ta’ dibattitu separat.

Il-membri tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni ser jivvotaw ukoll fuq tmien rapporti li jinkludu rakkomandazzjonijiet minn gvernijiet lokali u reġjonali lill-istituzzjonijiet tal-UE li jieħdu d-deċiżjonijiet. Bosta mill-Opinjonijiet oriġinarjament kienu skedati għall-adozzjoni f’Mejju f’sessjoni plenarja li ġiet ikkanċellata minħabba l-lockdown mifrux mal-UE kollha.

Fid-dawl tal-limitazzjonijiet relatati mas-saħħa, għadd limitat biss ta’ membri ser ikun jista’ jattendi fiżikament. Il-membri l-oħrajn ser jipparteċipaw online. Il-bidla għal format ibridu ser tinvolvi wkoll bidla fil-votazzjoni elettronika. Is-sessjoni plenarja ser tkun mifruxa fuq tlett ijiem, pjuttost milli fuq jumejn bħas-soltu.

Is-sessjoni plenarja ser tkun ippreċeduta, fid-29 ta’ Ġunju, minn laqgħa tal-Bureau tal-KtR, li fiha t-tliet presidenzi li jmiss tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ser jippreżentaw l-aġenda komuni tagħhom. L-Ambaxxatur Michael Clauss ser jirrappreżenta lill-Ġermanja, li ser ikollha l-Presidenza b’rotazzjoni fit-tieni nofs tal-2020, l-Ambaxxatur Nuno Brito ser jistabbilixxi l-prijoritajiet tal-Portugall għal Jannar-Lulju 2021, filwaqt li l-Ambaxxatur Iztok Jarc ser jiddiskuti l-għanijiet tas-Slovenja matul il-presidenza ta’ sitt xhur tagħha fit-tieni nofs tal-2021.

Dibattiti:

  • It-Tlieta, 30 ta’ Ġunju (3 p.m.- 4 p.m.): Il-ġestjoni tal-kriżi tal-COVID-19 u l-pjan ta’ rkupru, ma’ Janez Lenarčič , Kummissarju għall-Ġestjoni tal-Kriżijiet
  • It-Tlieta, 30 ta’ Ġunju (4 p.m. - 4.30 p.m.): Il-Patt Ekoloġiku fil-qalba tal-irkupru lokali u reġjonali mill-COVID-19
  • L-Erbgħa, 1 ta’ Lulju (12.15 p.m. – 1.30 p.m.): Id-demografija, ma’ Dubravka Šuica , Kummissarju għad-Demokrazija u d-Demografija
  • Il-Ħamis, 2 ta’ Lulju (10.15 a.m. - 12 p.m.): Il-QFP futur fid-dawl tal-irkupru mill-kriżi tal-COVID-19, ma’ Johannes Hahn , Kummissarju għall-Baġit u l-Amministrazzjoni
  • Il-Ħamis, 2 ta’ Lulju (12.45 p.m. - 2.15 p.m.): L-aspetti ekonomiċi tal-irkupru mill-COVID-19, ma’ Thierry Breton , Kummissarju għas-Suq Intern

Opinjonijiet :

Informazzjoni prattika:

Post: Parlament Ewropew – Bini Paul Henri Spaak, Emiċiklu.

Data: it-Tlieta, 30 ta’ Ġunju – il-Ħamis, 2 ta’ Lulju 2020.

Materjal ta’ sfond: L- aġenda u d- dokumenti tal-plenarja.

Persuna ta’ kuntatt:

PresseCdr@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CP94---ENVE-MALAGA-COP28-STATEMENT.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-BUDGET-AND-RECOVERY-PLANS-UNDER-SCRUTINY-AT-EUROPEAN-COMMITTEE-OF-THE-REGIONS-PLENARY.ASPX

Local and regional governments across the world join forces ahead of COP28 to strengthen their leadership in climate action
Local and regional governments across the world join forces ahead of COP28 to strengthen their leadership in climate action
29.09.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/HL47---INTERVIEW-KLISOVIC.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-BUDGET-AND-RECOVERY-PLANS-UNDER-SCRUTINY-AT-EUROPEAN-COMMITTEE-OF-THE-REGIONS-PLENARY.ASPX

Making the Green Deal accessible and affordable for all is the real challenge, says CoR rapporteur Joško Klisović
Making the Green Deal accessible and affordable for all is the real challenge, says CoR rapporteur Joško Klisović
29.09.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/PRESIDENT-CORDEIRO-CALLS-FOR-A-EUROPEAN-PARTNERSHIP-PACT.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-BUDGET-AND-RECOVERY-PLANS-UNDER-SCRUTINY-AT-EUROPEAN-COMMITTEE-OF-THE-REGIONS-PLENARY.ASPX

President Cordeiro calls for a European Partnership Pact to make Cohesion Policy simpler and more flexible in the future
President Cordeiro calls for a European Partnership Pact to make Cohesion Policy simpler and more flexible in the future
29.09.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/ENVE-COMMISSION-IN-MALAGA.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-BUDGET-AND-RECOVERY-PLANS-UNDER-SCRUTINY-AT-EUROPEAN-COMMITTEE-OF-THE-REGIONS-PLENARY.ASPX

ENVE in Málaga debates on green hydrogen, governance of Green Deal and its impact on coastal areas
ENVE in Málaga debates on green hydrogen, governance of Green Deal and its impact on coastal areas
28.09.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COTER-MEETING-26-SEPT-2023.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-BUDGET-AND-RECOVERY-PLANS-UNDER-SCRUTINY-AT-EUROPEAN-COMMITTEE-OF-THE-REGIONS-PLENARY.ASPX

Europe needs a stronger and reformed Cohesion Policy to be fit for the future, regions and cities say
Europe needs a stronger and reformed Cohesion Policy to be fit for the future, regions and cities say
26.09.2023