Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Il-Kummissarju Kadri Simson twissi li l-pjani ta’ rkupru ekoloġiku se jirnexxu biss jekk il-bliet u r-reġjuni jkunu kompletament involuti  

Il-Kummissarju tal-UE għall-enerġija tiddiskuti t-triq ’il quddiem tat-tranżizzjoni tal-enerġija u l-Patt Ekoloġiku mal-mexxejja lokali u tappella lill-Istati Membri biex ikunu involuti bis-sħiħ fil-pjani għall-Irkupru u r-Reżiljenza

Ir-rwol tal-bliet u r-reġjuni fl-irkupru wara l-kriżi tal-COVID-19 u l-ħtieġa li dan isir xprun ewlieni biex titħaffef it-tranżizzjoni ekoloġika kienu l-fokus ta’ dibattitu ma’ Kadri Simson, Kummissarju tal-UE għall-Enerġija. Il-membri tal-Kummissjoni għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Enerġija tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni tennew il-ħtieġa li jiġu involuti l-awtoritajiet lokali u reġjonali fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta’ investimenti ta’ prijorità, inklużi l-Fond Next Generation EU u l-Faċilità tal-UE għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Il-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni għall-bini, il-bijodiversità, l-ekonomija ċirkolari, u l-adattament għall-klima kienu wkoll fuq l- aġenda .

Il-Kummissjoni ENVE ltaqgħet għall-ewwel darba wara l-ferjat tas-sajf b’sett ta’ fajls ta’ prijorità u żewġ għanijiet aħħarija. L-ewwel nett, sabiex jiġi żgurat li l-bliet u r-reġjuni jkunu fil-qalba tal-istrateġija ta’ rkupru tal-UE. It-tieni, sabiex jiġi ggarantit li l-pjani ta’ rkupru mill-COVID-19 jissarrfu fi proġetti ekoloġiċi u sostenibbli f’kull territorju.

Il-Kummissarju tal-UE għall-Enerġija Kadri Simson ingħaqdet f’dibattitu li ffoka fuq l-aspetti tal-enerġija tal-irkupru tal-UE, inkluż ir-rwol tas-sorsi rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika u t-trasport nadif biex l-irkupru ekoloġiku jimxi ’l quddiem.

J uan Espadas (ES/PSE) , Sindku ta’ Sevilja u President tal-ENVE, fetaħ id-dibattitu billi enfasizza li “r-rwol attiv tal-gvernijiet lokali u reġjonali fil-bini tal-istrateġija tat-tranżizzjoni tal-enerġija huwa kruċjali għall-UE. Aħna l-atturi politiċi li nafu l-aħjar ir-realtà tat-territorji tagħna u l-ħtiġijiet taċ-ċittadini tagħna. Aħna dawk li jistgħu jikkontribwixxu b’mod prattiku għall-għażla ta’ dawk il-proġetti ta’ investiment li jistgħu jirriflettu aħjar ir-realtà tal-istrateġija definita mill-Kummissjoni Ewropea”.

Il-Kummissarju tal-UE għall-Enerġija Kadri Simson iddikjarat li, “ Aħna qegħdin naħdmu mill-qrib mal-Kumitat tar-Reġjuni biex nittraduċu l-viżjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew f’realtà Ewropea fil-prattika. Ir-reġjuni huma msieħba kruċjali fl-implimentazzjoni tal-politiki tagħna dwar il-klima u l-enerġija u biex jinstabu soluzzjonijiet konkreti u prattiċi. L-inizjattiva li jmiss, Mewġa ta’ Rinnovazzjoni, pereżempju, kienet tkun impossibbli mingħajr l-involviment tal-bliet u r-reġjuni tagħna, li huma sidien ta’ bosta binjiet muniċipali u residenzjali”. Il-Kummissarju Simson irreferiet għad-djalogi f’diversi livelli dwar il-klima u l-enerġija bħala “ eżempju tajjeb għal kooperazzjoni ulterjuri bejn ir-reġjuni u l-Kummissjoni ”, u ssuġġeriet “ skambju dwar il-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni bħala l-pass li jmiss utli ” għal din l-inizjattiva tal-KtR.

Enrico Rossi (IT/PSE) , President tar-Reġjun tat-Toskana u r-relatur tal-KtR għall-Opinjoni dwar il-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni, tkellem matul id-dibattitu: “Il-kriżi tal-COVID-19 uriet li l-awtoritajiet pubbliċi jeħtiġilhom jinvestu aktar fl-akkomodazzjoni soċjali, fl-isptarijiet, fid-djar tal-kura, fl-iskejjel, u fiċ-ċentri ta’ kura matul il-jum, u fir-riġenerazzjoni urbana, filwaqt li joħolqu aktar sigurtà u standards tal-għajxien aħjar għall-bliet tagħna. Il-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni tagħtina l-opportunità li nagħmlu l-bliet u r-reġjuni tagħna aktar ekoloġiċi u aktar sostenibbli, niġġeneraw 4 miljun impjieg u nibnu UE newtrali għall-klima sal-2050”. Il-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni hija inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea mistennija din il-ħarifa u maħsuba biex tappoġġja fażi ġdida ta’ rinnovazzjoni fis-settur tal-bini. Il-binjiet huma responsabbli għal 40 % tal-emissjonijiet tas-CO 2 fl-UE.

Il-membri tal-Kummissjoni ENVE adottaw żewġ abbozzi ta’ Opinjonijiet:

  • Pjan ta’ Azzjoni Ġdid għal Ekonomija Ċirkolari Ir-relatur Tjisse STELPSTRA (NL/KRE) , Membru tal-Kunsill tal-Provinċja ta’ Drenthe, sostna li: “ Ma nistgħux nippermettu aktar skużi. Wasal iż-żmien li naċċelleraw l-ekonomija ċirkolari u nistabbilixxu għanijiet konkreti. Il-kriżi tal-COVID-19 uriet biċ-ċar ħafna l-vulnerabbiltà u d-dipendenza tagħna mill-materja prima. Ma rridux nitkellmu aktar dwar l-iskart; l-użu mill-ġdid għandu jsir l-istandard! Għal dan l-għan neħtieġu b’mod urġenti politika Ewropea fil-qasam tal-materja prima. Mhux biss biex jinkiseb għarfien dwar il-flussi tal-materjali, iżda wkoll biex jiġi żgurat li r-reġjuni kollha jkollhom aċċess ġust għall-materja prima li hija skarsa iżda indispensabbli”. L-Opinjoni se tiġi adottata matul is-sessjoni plenarja ta’ Ottubru 2020. Hawnhekk tista’ taqra l-aħħar intervista tagħna ma’ Tjisse Stelpstra.

Il-membri ddiskutew il-prijoritajiet tal-Presidenza Ġermaniża ma’ Nina Alsen, il-Ministeru Federali għall-Ambjent, il-Konservazzjoni tan-Natura, u s-Sikurezza Nukleari.

Il-membri kellhom skambju ta’ fehmiet dwar l-Opinjonijiet li ġejjin:

Il-Kummissjoni ENVE ħatret lil Gunārs ANSIŅŠ (LV/RE) , Viċi Sindku ta’ Liepāja, relatur ta’ Opinjoni futura dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Integrazzjoni tas-Sistema tal-Enerġija.

Informazzjoni addizzjonali:

Bit-titolu, “Kif l-awtoritajiet lokali u reġjonali jużaw l-ekonomija ċirkolari bħala faċilitatur ta’ rkupru sostenibbli?” , il-KtR u l-Kummissjoni Ewropea organizzaw is- 16-il laqgħa tal-Pjattaforma Teknika għall-Kooperazzjoni dwar l-Ambjent nhar it-Tlieta, 8 ta’ Settembru. Il-membri tal-KtR, l-uffiċjali tal-UE u l-partijiet interessati ewlenin qasmu l-għarfien dwar l-għodod eżistenti – u l-lakuni, biex l-ekonomija ċirkolari titmexxa ’l quddiem fil-livell lokali u reġjonali. Il- Pjattaforma Teknika , li tnediet fl-2012, hija forum stabbilit mill-Kummissjoni għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Enerġija tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) u d-DĠ ENV bil-għan li jitrawwem id-djalogu dwar il-problemi u s-soluzzjonijiet lokali u reġjonali fl-applikazzjoni tal-liġi ambjentali tal-UE. Il-laqgħa li jmiss tal-Pjattaforma Teknika se ssir fit- 22 ta’ Ottubru 2020 matul il-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet u t-tnedija tal-Ftehim dwar il-Bliet Ekoloġiċi .

Ipparteċipa fil- Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali: sejħa għall-aħjar prattiki Id-data tal-għeluq hija l-21 ta’ Settembru .

Ikklikkja hawn biex tirreġistra għall-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet 2020.

Kuntatt:

David Crous

david.crous@cor.europa.eu

Ikkondividi :