Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Koeżjoni, kompetittività, konverġenza: Il-Prim Ministru tal-Portugall jitlob għal riżorsi u investiment reġjonali akbar għall-Ewropa  

Il-Prim Ministru tal-Portugall, is-Sur Antonio Costa, ingħaqad ma’ mijiet ta’ mexxejja lokali u reġjonali f’diskussjoni dwar il-futur tal-Ewropa. Waqt id-dibattitu li sar mal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR), il-Prim Ministru qal li l-Ewropa trid tibdel ir-rotta b’mod urġenti sabiex twieġeb għall-kompetizzjoni globali billi jiġu indirizzati d-disparitajiet reġjonali, jiżdiedu l-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri għall-baġit tal-UE, biex jissaħħaħ l-investiment reġjonali u jiġu involuti l-livelli kollha ta’ gvern.

Il-Prim Ministru qal li l-UE għandha tagħti prijorità lill-koeżjoni u l-konverġenza soċjali bejn ir-reġjuni u l-bliet. Il-Prim Ministru Costa, eks membru tal-KtR, talab għal żieda fil-baġit tal-UE, fejn qal li 1 % tal-ING ma kienx biżżejjed: "F'dinja globalizzata, l-Ewropa teħtieġ aktar koeżjoni u ekonomija aktar kompetittiva. Biex nirrispondu għal sfidi ġodda, m’għandniex indgħajfu l-pedamenti tal-Unjoni tagħna, bħall-Politika Agrikola Komuni jew il-Politika ta’ Koeżjoni. Ambizzjoni għandna, u politiki għandna wkoll. Jekk irridu Unjoni aktar b’saħħitha li tkun aktar reżiljenti għall-kriżijiet u aktar preparata għal sfidi ġodda, irid ikollna Unjoni b’aktar riżorsi.”

Waqt id-dibattitu li sar waqt is-seduta plenarja tal-KtR, il-President tiegħu, Karl-Heinz Lambertz, qabel, u qal: "Aħna kollha għandna r-responsabbiltà li npoġġu l-Ewropa fit-triq ta’ tkabbir ekonomiku bbilanċjat. Il-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali huma d-DNA tal-Unjoni tagħna, iżda għandna bżonn aktar investiment reġjonali u rurali. Il-baġit tal-UE li jmiss se jsawwar fejn se tmur l-Ewropa sussegwentement, u huwa għalhekk li l-Istati Membri għandhom issaħħu, u mhux inaqqsu, il-mezzi finanzjarji tar-reġjuni u l-bliet biex jinħolqu l-impjiegi u japprofondixxu l-integrazzjoni Ewropea.”

Mal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, flimkien ma’ assoċjazzjonijiet territorjali favur investiment reġjonali tal-UE għall-baġit li jmiss tal-UE permezz tal-#CohesionAlliance fl-UE kollha, il-Prim Ministru Costa ressaq ir-raġunijiet favur politika ta’ koeżjoni b’saħħitha. “Bil-politika ta’ koeżjoni, l-Ewropa laħqet kull raħal, kull belt kbira jew żgħira u kull triq Ewropea,” huwa qal. “Din hija r-raġuni għaliex il-koeżjoni ma tistax u m’għandhiex tkun il-varjabbli ta’ aġġustament għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss.”

Matul id-dibattitu, il-membri tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni – l-Assemblea tal-UE ta’ mexxejja lokali u reġjonali – esprimew l-appoġġ għall-viżjoni tal-Prim Ministru. Huma qalu li rrikonoxxew il-ħtieġa li tiġġedded l-ekonomija tal-Ewropa billi tissaħħaħ il-koeżjoni territorjali, l-infrastruttura u s-sostenibbiltà ambjentali. Dan, huma qablu, jeħtieġ li l-UE tagħti attenzjoni akbar lir-rwol u l-impatt tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, li huma responsabbli mhux biss għall-ekonomiji reġjonali, iżda wkoll biex ileħħnu t-tħassib tal-votanti u biex jgħaqqdu l-komunitajiet wara l-politiki tal-UE.

Il-Prim Ministru Portugiż żied ukoll li kien hemm urġenza biex titlesta l-Unjoni Monetarja Ewropea: "Id-dgħjufijiet strutturali taż-żona tal-Euro għadhom mhux solvuti. Sakemm l-Unjoni Ekonomika u Monetarja għadha mhux kompluta, ir-riskju ta’ kriżijiet ulterjuri jibqa’. Huwa għalhekk li jien ilni nippromovi l-ħolqien ta’ baġit taż-żona tal-euro bbażat fuq ir-riżorsi proprji.”

***

Nota lill-edituri:

Id-dibattitu jikkontribwixxi għall-inizjattiva Nirriflettu dwar l-Ewropa tal-Kumitat fejn il-membri tiegħu qed jorganizzaw mijiet ta’ dibattiti taċ-ċittadini madwar l-Ewropa li l-kontenut tagħhom se jakkumula f’rapport li għandu jiġi ppreżentat lill-Kunsill Ewropew aktar tard din is-sena.

Sabiex jippreżenta l-każ għal politika ta’ koeżjoni b’saħħitha għar-reġjuni u l-bliet kollha wara l-2020, il-Kumitat, flimkien mal-assoċjazzjonijiet territorjali ewlenin tal-UE, nedew #CohesionAlliance: moviment “grassroots” miftuħ għal kull min jemmen li l-politika ta’ koeżjoni tal-UE trid tkompli tkun pilastru tal-futur tal-UE. Minn meta tnediet f’Ottubru tas-sena l-oħra, l-Alleanza kompliet tattira firmatarji ġodda kuljum, inklużi l-awtoritajiet reġjonali u lokali, MEPs, l-assoċjazzjonijiet tan-negozji, l-akkademja, it-trejdjunjins u l-gruppi ta’ riflessjoni

Id-dibattitu jista’ jiġi segwit mill-ġdid fuq EbS. Ir-ritratti huma disponibbli biex jitniżżlu b’xejn.

Kuntatt:
Andrew Gardner

Tel. +32 473 843 981
andrew.gardner@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Informazzjoni relatata
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CP90-REACTION-SOTEU.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COHESION-COMPETITIVENESS.ASPX

State of the EU: involving the local and regional level will make Europe stronger, fairer and more democratic
State of the EU: involving the local and regional level will make Europe stronger, fairer and more democratic
13.09.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/PRESIDENT-CORDEIRO-PRESIDENT-VON-DER-LEYEN.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COHESION-COMPETITIVENESS.ASPX

President Cordeiro discusses with President von der Leyen EU's top priorities to strengthen cooperation and voice the needs of regions and cities
President Cordeiro discusses with President von der Leyen EU's top priorities to strengthen cooperation and voice the needs of regions and cities
05.07.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/PRESIDENT-CORDEIRO-MEETS-COMMISSION-PRESIDENT-VON-DER-LEYEN-AHEAD-OF-PLENARY.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COHESION-COMPETITIVENESS.ASPX

President Cordeiro meets Commission President von der Leyen ahead of plenary debates on EU budget, green transition, and entrepreneurship
President Cordeiro meets Commission President von der Leyen ahead of plenary debates on EU budget, green transition, and entrepreneurship
03.07.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/SIBIU-REGIONS-CITIES-NEW-JOURNEY-SHAPING-THE-FUTURE-OF-COHESION-POLICY.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COHESION-COMPETITIVENESS.ASPX

In Sibiu, regions and cities start the journey to shaping the future of Cohesion Policy
In Sibiu, regions and cities start the journey to shaping the future of Cohesion Policy
23.06.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/FUNDING-ZERO-UNEMPLOYMENT-PROJECTS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COHESION-COMPETITIVENESS.ASPX

Investing more on local projects is key to tackle long-term unemployment
Investing more on local projects is key to tackle long-term unemployment
25.05.2023