Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Il-koeżjoni u s-sħubija għandhom ikunu l-ixprun għall-irkupru Ewropew  

Il- #Cohesion Alliance – alleanza fl-UE kollha ta’ 12 000 firmatarju li titlob politika ta’ koeżjoni aktar b’saħħitha wara l-2020 – tilqa’ l-proposti riveduti tal-Kummissjoni Ewropea tal-baġit u l-Pjan ta’ Rkupru tal-UE għall-2021–2027, inkluża l-estensjoni tal-programmi ta’ koeżjoni attwali b’aktar flessibbiltà u finanzjament addizzjonali. Madankollu, l-Alleanza tħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jiżguraw l-involviment tal-bliet, il-muniċipalitajiet u r-reġjuni u jibqgħu jagħmlu enfasi qawwija fuq il-koeżjoni fil-miżuri kollha ta’ rkupru, immirati lejn il-bini mill-ġdid tal-ekonomija, it-trawwim tas-sostenibbiltà u t-tisħiħ tan-nisġa territorjali u soċjali tal-Unjoni tagħna, inkluż fil-proċess tas-Semestru Ewropew.

Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) tal-UE u l-Pjan ta’ Rkupru jridu jiffukaw fuq il-koeżjoni bħala valur fundamentali tal-Unjoni Ewropea, biex jiffaċċjaw sfidi kbar bħalma huma l-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali kif ukoll it-trasformazzjoni diġitali. Fil-kriżi attwali, il-bliet, il-muniċipalitajiet u r-reġjuni jeħtieġu l-appoġġ dirett ta’ politika ta’ koeżjoni b’saħħitha aktar minn qatt qabel biex jipprevjenu ż-żieda fl-inugwaljanzi territorjali u l-irkupru asimmetriku peress li l-Istati Membri għandhom mezzi finanzjarji differenti biex jindirizzaw l-isfidi ekonomiċi u soċjali attwali.

Il-#CohesionAlliance tilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea biex jiġi żgurat ir-rwol tal-politika ta’ koeżjoni bħala politika tal-UE b’saħħitha ta’ investiment fit-tul, kif ukoll l-investiment ta’ EUR 55 biljun (prezzijiet tal-2018) permezz ta’ REACT-EU biex jiġi pprovdut rispons effettiv għall-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi soċjali u ekonomiċi tagħha. L-estensjoni tal-Programmi Operattivi attwali se tippermetti implimentazzjoni rapida ta’ investiment kruċjali. Barra minn hekk, iż-żieda fil-flessibbiltà għat-trasferiment tar-riżorsi bejn il-fondi u t-twessigħ tal-kamp ta’ applikazzjoni biex jiġu appoġġjati s-servizzi tas-saħħa, it-turiżmu u s-setturi kulturali kif ukoll biex jiġi pprovdut kapital operattiv lill-SMEs se jgħinu lill-gvernijiet lokali u reġjonali jinvestu l-flus fejn huma l-aktar meħtieġa, dment li dan jirrispetta bis-sħiħ il-prinċipji ewlenin tal-koeżjoni.

Madankollu, l-Alleanza hija mħassba li jekk ma jitqisux il-ħtiġijiet diversi tar-reġjuni, il-bliet u l-muniċipalitajiet u mingħajr l-involviment qawwi tal-atturi lokali, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza – li hija l-aktar għodda b’saħħitha ta’ investiment tal-pjani ta’ rkupru tal-UE – tinsab fil-periklu ta’ falliment. Għalissa, il-biċċa l-kbira tal-miżuri huma diretti biss lejn l-Istati Membri, mingħajr ma hu ċċarat kemm se jkollhom sehem l-awtoritajiet lokali u reġjonali fir-reviżjoni tal-programmi u fl-infiq tar-riżorsi. Ir-rabta b’saħħitha tal-Faċilità għas-Semestru Ewropew u għar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi tista’ twassal għal ċentralizzazzjoni ulterjuri tal-pjani ta’ rkupru. L-Alleanza tħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE u dawk nazzjonali kollha – u b’mod partikolari lill-Kummissarju tal-UE għall-Koeżjoni u r-Riformi, Elisa Ferreira – biex jieħdu l-passi meħtieġa u jiżguraw li l-pjani nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza jikkonformaw mal-prinċipju tas-sħubija, iwieġbu għall-ħtiġijiet reali taċ-ċittadini u tan-negozji u jippermettu involviment aktar b’saħħtu u aktar strutturat tal-awtoritajiet lokali u reġjonali.

L-organizzazzjonijiet imsieħba tal-#CohesionAlliance ressqu l-prijoritajiet tagħhom f’ abbozz ta’ dikjarazzjoni ġdid li jafferma l-koeżjoni bħala valur fundamentali tal-Unjoni Ewropea u għan ewlieni għall-politiki u l-investiment kollha tagħha. L-imsieħba tal-Alleanza ta’ Koeżjoni 2.0 se jniedu d-dikjarazzjoni l-ġdida matul il-laqgħa li jmiss fil-bidu ta’ Ġunju.

Ikkuntattja lis-segretarjat:

CohesionAlliance@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/FUNDING-ZERO-UNEMPLOYMENT-PROJECTS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COHESION-AND-PARTNERSHIP-MUST-BE-THE-DRIVING-FORCE-FOR-EUROPEAN-RECOVERY.ASPX

Investing more on local projects is key to tackle long-term unemployment
Investing more on local projects is key to tackle long-term unemployment
25.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-LONG-TERM-BUDGET-MUST-BE-IMPROVED-TO-TACKLE-CURRENT-AND-FUTURE-CHALLENGES-AND-PROMOTE-COHESION.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COHESION-AND-PARTNERSHIP-MUST-BE-THE-DRIVING-FORCE-FOR-EUROPEAN-RECOVERY.ASPX

EU long-term budget must be improved to tackle current and future challenges and promote cohesion
EU long-term budget must be improved to tackle current and future challenges and promote cohesion
25.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUROPEAN-POLICIES-FIGHT-SOCIAL-TERRITORIAL-DISPARITIES-PROMOTE-COHESION.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COHESION-AND-PARTNERSHIP-MUST-BE-THE-DRIVING-FORCE-FOR-EUROPEAN-RECOVERY.ASPX

All European policies must fight social and territorial disparities and promote cohesion
All European policies must fight social and territorial disparities and promote cohesion
24.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/BETTER-PREPARE-FUTURE-CRISES-EXTREME-EVENTS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COHESION-AND-PARTNERSHIP-MUST-BE-THE-DRIVING-FORCE-FOR-EUROPEAN-RECOVERY.ASPX

Europe needs to better prepare local communities to deal with future crises and extreme events
Europe needs to better prepare local communities to deal with future crises and extreme events
24.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/155-PLENARY-ANNOUNCEMENT.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COHESION-AND-PARTNERSHIP-MUST-BE-THE-DRIVING-FORCE-FOR-EUROPEAN-RECOVERY.ASPX

On cities' and regions' agenda: Ukraine's reconstruction, crises management, EU budget
On cities' and regions' agenda: Ukraine's reconstruction, crises management, EU budget
23.05.2023