Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Il-#CohesionAlliance tibda konsultazzjoni dwar dikjarazzjoni ġdida  

Politika ta’ koeżjoni b’saħħitha għal Ewropa koeżiva, sostenibbli u reżiljenti

Fl-okkażjoni ta’ Jum l-Ewropa fid-9 ta’ Mejju, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) u l-organizzazzjonijiet imsieħba tal-#CohesionAlliance nedew konsultazzjoni konġunta dwar dikjarazzjoni mġedda b’reazzjoni għall-isfidi li ġabet magħha l-kriżi tal-COVID-19. L-organizzazzjonijiet, l-istituzzjonijiet u l-individwi interessati jistgħu jagħtu l-kontribut tagħhom għall-konsultazzjonijiet sat-30 ta’ Mejju 2020.

Il-#CohesionAlliance hija koalizzjoni li tiġbor fiha ’l fuq minn 12 000 firmatarju, li tappella għal politika ta’ koeżjoni msaħħa tal-UE fi ħdan il-Qafas Finanzjarju Pluriennali wara l-2020. Wara t-tifqigħa tal-Coronavirus u l-aħħar żvilupp tal-kriżi soċjali u ekonomika kkawżata mill-pandemija, l-imsieħba tal-Alleanza jemmnu li, fil-preżent, is-solidarjetà u l-azzjoni koordinata fil-livell tal-UE huma meħtieġa aktar minn qatt qabel ħalli jkun żgurat li ma jiżdidux id-differenzi bejn il-komunitajiet li huma ekonomikament aktar żviluppati u dawk anqas żviluppati, u li l-ebda ċittadin jew reġjun fl-Ewropa ma jitħalla jibqa’ lura.

Għalhekk, l-Alleanza tal-Koeżjoni qed tieħu pass ieħor ’il quddiem biex tiżgura li l-koeżjoni tkun objettiv ewlieni għall-politiki u l-investimenti kollha tal-UE u tkun element kruċjali fil-pjan ta’ rkupru tal-UE. Dan jirrikjedi l-involviment tal-atturi reġjonali u lokali fid-deċiżjonijiet ewlenin u attenzjoni akbar għall-ħtiġijiet tar-reġjuni, il-bliet u l-irħula, fl-azzjonijiet kollha tal-UE.

“Se nirkupraw ilkoll aktar malajr billi ninvestu fin-nies u l-postijiet kollha tal-Ewropa. L-appoġġ lil dawk il-komunitajiet l-aktar fil-bżonn, l-indirizzar tad-disparitajiet u l-aċċellerazzjoni tat-tkabbir ekoloġiku sostenibbli mhumiex biss kwistjoni ta’ ġustizzja u ekwità, iżda ta’ pragmatiżmu ekonomiku. Biex niksbu dan, l-Ewropa teħtieġ politika ta’ koeżjoni b’saħħitha u l-involviment tal-atturi lokali bħala l-imsieħba reali fil-pjani ta’ rkupru kollha tagħha. Din hija r-raġuni għaliex, bħala msieħba tal-#CohesionAlliance, iddeċidejna li nġeddu l-impenn tagħna u nibdew naħdmu fuq dikjarazzjoni ġdida. Irridu naffermaw mill-ġdid il-valur tal-koeżjoni fix-xenarju ta’ wara l-pandemija, u ngħinu biex nibnu sħubija ġdida fost l-atturi tal-UE, nazzjonali, reġjonali u lokali” , qal il-President tal-KtR Apostolos Tzitzikostas .

L-organizzazzjonijiet imsieħba tal-Alleanza tal-Koeżjoni ressqu abbozz ta’ proposta għal dikjarazzjoni ġdida u jistiednu lill-organizzazzjonijiet, l-istituzzjonijiet, l-individwi u l-firmatarji kollha interessati biex jibagħtu l-kummenti, l-ideat u s-suġġerimenti tagħhom.

Id-dikjarazzjoni finali se tissawwar skont l-eżitu tal-konsultazzjoni u l-proposti li jmiss għal Qafas Finanzjarju Pluriennali għal wara l-2020 u l-Pjan ta’ Rkupru tal-UE allinjat mill-Kummissjoni Ewropea. Id-dikjarazzjoni se titnieda mill-imsieħba tal-Alleanza tal-Koeżjoni fl-okkażjoni ta’ laqgħa ġdida tal-Alleanza tagħna sal-bidu ta’ Ġunju.

Tista’ ssib l-abbozz ta’ proposta bil-lingwi kollha fuq il- paġna web tal-#CohesionAlliance . Jekk jogħġbok ibgħat il-kontribut tiegħek sat-30 ta’ Mejju 2020 permezz tal-posta elettronika lil: cohesionalliance@cor.europa.eu

Sfond:

F’Ottubru 2017, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni nieda l-#CohesionAlliance fi sħubija mal-assoċjazzjonijiet ewlenin tar-reġjuni u l-bliet – l-Assoċjazzjoni ta’ Reġjuni mal-Fruntieri Ewropej , l-Assemblea tar-Reġjuni Ewropej (AER), il-Konferenza tal-Assembleji Leġislattivi Reġjonali tal-Unjoni Ewropea (CALRE), il-Kunsill tal-Muniċipalitajiet u r-Reġjuni Ewropej (CEMR), il-Konferenza tar-Reġjuni Periferiċi Marittimi tal-Ewropa u EUROCITIES – biex ikun hemm sensibilizzazzjoni dwar ir-rwol vitali tal-politika ta’ koeżjoni. Sa mit-tnedija tagħha, id-dikjarazzjoni tal-Alleanza ġiet iffirmata minn iktar minn 12 000 firmatarju, 121 reġjun, 135 belt u kontea, 50 assoċjazzjoni tal-gvernijiet reġjonali u lokali, 40 Membru tal-Parlament Ewropew u 35 assoċjazzjoni settorjali tal-UE.

Id-dikjarazzjoni hija disponibbli bil-lingwi kollha:

BG - HR - CS - DA - NL - EN - ET - FI - FR - DE - EL - HU - IT - LV - LT - MT - PL - PT - RO - SK - SL - ES - SV

Kuntatt:

Carmen Schmidle

Tel. +32 (0)494 735787

carmen.schmidle@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/REGIONAL-COMPETITIVENESS-INDEX-2022.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COHESION-ALLIANCE-STARTS-CONSULTATION-ON-NEW-DECLARATION.ASPX

Regional Competitiveness Index 2022: Europe needs strong investment on cohesion to tackle territorial competitive gaps
Regional Competitiveness Index 2022: Europe needs strong investment on cohesion to tackle territorial competitive gaps
28.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/HG18-EUROPEAN-INNOVATION-DAYS-SILICON-VALLEY.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COHESION-ALLIANCE-STARTS-CONSULTATION-ON-NEW-DECLARATION.ASPX

Local and regional leaders on board for the first European Innovation Days in Silicon Valley
Local and regional leaders on board for the first European Innovation Days in Silicon Valley
21.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/DIGITAL-SKILLS-CONNECTIVITY-SMART-VILLAGES.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COHESION-ALLIANCE-STARTS-CONSULTATION-ON-NEW-DECLARATION.ASPX

Digital skills and connectivity are key to making rural villages 'smart' and attractive
Digital skills and connectivity are key to making rural villages 'smart' and attractive
16.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/ASBESTOS-FREE-EUROPE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COHESION-ALLIANCE-STARTS-CONSULTATION-ON-NEW-DECLARATION.ASPX

Local leaders urge stricter rules and more funds to deliver an asbestos-free Europe
Local leaders urge stricter rules and more funds to deliver an asbestos-free Europe
16.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/STRONG-COHESION-POLICY-UNITED-FAIRER-FUTURE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COHESION-ALLIANCE-STARTS-CONSULTATION-ON-NEW-DECLARATION.ASPX

Only a strong Cohesion Policy can ensure a united and fairer future to the EU
Only a strong Cohesion Policy can ensure a united and fairer future to the EU
16.03.2023