Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Ir-reġjuni u l-bliet tal-UE jilqgħu l-impenn tal-Istati Membri li jżommu l-Politika ta’ Koeżjoni bħala pilastru ewlieni tal-Unjoni  

Il-membri ta’ #CohesionAlliance – il-koalizzjoni madwar l-UE kollha ta’ 12 000 firmatarjuli jirrakkomandaw politika ta’ koeżjoni aktar b’saħħitha jirreaġixxu għall-Konklużjonijiet dwar il-Politika ta’ Koeżjoni adottati llum mill-Kunsill Affarijiet Ġenerali tal-UE.

#CohesionAlliance tilqa’ l-konklużjonijiet adottati mill-Kunsill Affarijiet Ġenerali, li jenfasizzaw l-importanza tal-koeżjoni bħala prinċipju, politika, objettiv u pilastru tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li jisħqu li l-koeżjoni hija politika fit-tul li għandha tkompli tkun ta’ benefiċċju għar-reġjuni kollha tal-UE. Għalkemm għenet biex jittaffew l-effetti tal-kriżijiet reċenti, bħall-pandemija tal-COVID-19 u l-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna, il-politika ta’ koeżjoni trid tibqa’ l-aktar politika fit-tul importanti tal-UE biex jitnaqqsu d-disparitajiet fost it-territorji.

L-Alleanza hija lesta taħdem mal-Kummissjoni Ewropea u mal-Istati Membri biex tkompli tiddefinixxi l-prinċipju “la tagħmilx ħsara lill-koeżjoni”, li għandu jilqa’ kontra l-ħolqien ta’ inugwaljanzi ġodda fl-Ewropa. It-tisħiħ tal-koeżjoni bħala valur ġenerali tal-Unjoni Ewropea huwa aktar urġenti minn qatt qabel.

#CohesionAlliance tilqa’ r-rikonoxximent li l-politika ta’ koeżjoni għandha tkompli tkun ibbażata fuq ġestjoni kondiviża u ftehimiet ta’ sħubija bejn l-awtoritajiet Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali, bl-involviment tal-partijiet ikkonċernati lokali. Barra minn hekk, l-Alleanza tagħmel enfasi fuq l-appell tal-Ministri kontra l-multiplikazzjoni u l-frammentazzjoni tal-istrumenti ta’ finanzjament biex jiġi evitat ir-riskju ta’ duplikazzjoni mal-politika ta’ koeżjoni. Is-sejħa ttenni t-talba inkluża fid-dikjarazzjoni l-ġdida adottata mill-membri ta’ #CohesionAlliance f’Ottubru.

Il-koalizzjoni li tkopri l-UE kollha tfakkar fl-impenn tagħha għal semplifikazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni fil-futur, u għat-titjib tal-effettività u l-eżiti pożittivi tagħha għaċ-ċittadini Ewropej. L-imsieħba huma mobilizzati għall-implimentazzjoni effiċjenti tal-pjani ta’ investiment 2021-2027, u huma lesti li jikkontribwixxu għad-dibattitu dwar il-futur tal-politika ta’ koeżjoni.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, Vasco Alves Cordeiro, qal: “Hemm bżonn insaħħu u nirrinforzaw il-prinċipji ewlenin tal-politika ta’ koezjoni bħala politika fit-tul u strutturali li titħaddem fi sħubija mar-reġjuni u l-bliet, filwaqt li nħejju għall-aġġornament tal-politika biex issir aktar effiċjenti u aktar sempliċi fir-riżultati li tagħti/biex tiġi implimentata? fil-bliet u r-reġjuni tal-Ewropa. Jeħtieġ li nisiltu tagħlimiet mill-modi li bihom il-politika ta’ koeżjoni indirizzat il-kriżi reċenti li għaddiet minnha l-Ewropa biex nadattawha għall-futur. Nilqa’ l-impenn tal-Istati Membri llum biex itejbu l-koordinazzjoni tal-fondi tal-UE mmirati lejn il-koeżjoni tal-Ewropa. Flimkien, bħala parti mill-Alleanza għall-Koeżjoni ġdida, se jirnexxielna nsaħħu l-politika ta’ koeżjoni li twassal għal progress u benesseri għaċ-ċittadini kollha fl-Ewropa”.

Kuntatt:

CohesionAlliance@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/REGIONAL-COMPETITIVENESS-INDEX-2022.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COHESION-ALLIANCE-REACTION-TO-GAC-CONCLUSIONS.ASPX

Regional Competitiveness Index 2022: Europe needs strong investment on cohesion to tackle territorial competitive gaps
Regional Competitiveness Index 2022: Europe needs strong investment on cohesion to tackle territorial competitive gaps
28.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/HG18-EUROPEAN-INNOVATION-DAYS-SILICON-VALLEY.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COHESION-ALLIANCE-REACTION-TO-GAC-CONCLUSIONS.ASPX

Local and regional leaders on board for the first European Innovation Days in Silicon Valley
Local and regional leaders on board for the first European Innovation Days in Silicon Valley
21.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/DIGITAL-SKILLS-CONNECTIVITY-SMART-VILLAGES.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COHESION-ALLIANCE-REACTION-TO-GAC-CONCLUSIONS.ASPX

Digital skills and connectivity are key to making rural villages 'smart' and attractive
Digital skills and connectivity are key to making rural villages 'smart' and attractive
16.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/STRONG-COHESION-POLICY-UNITED-FAIRER-FUTURE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COHESION-ALLIANCE-REACTION-TO-GAC-CONCLUSIONS.ASPX

Only a strong Cohesion Policy can ensure a united and fairer future to the EU
Only a strong Cohesion Policy can ensure a united and fairer future to the EU
16.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/DEPOPULATION-AND-BRAIN-DRAIN.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COHESION-ALLIANCE-REACTION-TO-GAC-CONCLUSIONS.ASPX

Depopulation and brain drain: It's time to act, local leaders say
Depopulation and brain drain: It's time to act, local leaders say
15.03.2023