Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
COVID-19: Nappellaw lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri kollha għal pjan ta’ rkupru ambizzjuż għal Ewropa sostenibbli, reżiljenti u soċjalment ġusta, li ma tħalli lura l-ebda post u l-ebda persuna  

Dikjarazzjoni konġunta mill-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Bħala sindki, presidenti ta’ reġjuni u kunsillieri lokali u reġjonali ninsabu fuq quddiem nett fil-ġlieda kontra l-Coronavirus. In-natura mingħajr preċedent tal-ħasda mill-COVID-19 tirrikjedi miżuri immedjati u pjan ta’ rkupru soċjali u ekonomiku kuraġġuż għall-Unjoni Ewropea, mibnija fuq is-solidarjetà, is-sostenibbiltà, ir-reżiljenza u l-ġustizzja soċjali, f’konformità mal-Patt Ekoloġiku Ewropew u mal-aġenda għat-transizzjoni diġitali. Flimkien mal-livelli kollha tal-gvern madwar l-Ewropa, aħna nimpenjaw ruħna li nissieħbu fl-isforzi biex niġġieldu kontra l-pandemija, nipproteġu lin-nies tagħna u nikkontribwixxu għall-irkupru ekonomiku, soċjali u finanzjarju.

F’dawn iż-żminijiet diffiċli, il-prijorità tagħna bħala awtoritajiet reġjonali u lokali hija li nkomplu nipprovdu l-kura tas-saħħa u s-servizzi pubbliċi lill-komunitajiet tagħna, filwaqt li niżguraw li ħadd ma jitħalla lura. Qed nagħmlu l-isforzi kollha possibbli biex nappoġġjaw l-ekonomija lokali, insalvaw l-impjiegi, noħolqu opportunitajiet ġodda ta’ impjieg, ngħinu lill-kumpaniji kollha biex jissoktaw bin-negozji tagħhom u nipprovdu edukazzjoni ta’ kwalità. Il-ħidma tagħna fuq il-post tikkumplementa l-isforzi li qed isiru fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri, iżda jeħtieġ li jsir aktar, b’mod partikolari fir-rigward tas-solidarjetà lil hinn mill-fruntieri.

Għalhekk, huwa essenzjali għalina li jinħoloq Mekkaniżmu tal-UE għall-Emerġenzi tas-Saħħa bħala għodda ta’ sinerġija biex jiġu integrati u ssimplifikati r-riżorsi tal-UE, nazzjonali u reġjonali/lokali u b’hekk jiġi ffinanzjat ix-xiri ta’ tagħmir mediku u faċilitajiet mediċi, filwaqt li jissaħħu l-isforzi li l-Kummissjoni Ewropea diġà wettqet dwar il-kwistjoni. L-UE għandha wkoll tiffinanzja programm tas-saħħa u tal-isptarijiet reġjonali biex tivvaluta, taġġorna u timmonitorja l-kapaċità tas-sistemi tas-saħħa reġjonali fuq il-post u tinvesti biex tiżgura s-sostenibbiltà tal-kura tas-saħħa. Ċentru ġdid tal-UE għall-Koordinazzjoni tal-Pandemiji għandu jinvolvi direttament lir-reġjuni u l-bliet. Jeħtieġ tiġi stabbilita koordinazzjoni transfruntiera aktar effiċjenti biex iċ-ċittadini jiġu pprovduti servizzi tas-saħħa. Fil-futur, l-UE, l-Istati Membri kif ukoll il-bliet u r-reġjuni għandhom jivvalutaw modi kif jibbilanċjaw mill-ġdid il-kompetenzi tagħhom dwar is-saħħa f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.

Biex jiġi kkumpensat it-telf ta’ taxxa fuq id-dħul, għandhom jiġu żviluppati mekkaniżmi tal-UE li jippermettu li l-Gvernijiet Lokali u Reġjonali jkollhom aċċess dirett għall-iskema ta’ finanzjament. Il-komunitajiet reġjonali u lokali għandhom jiġu appoġġjati biex jiddisinjaw mill-ġdid is-servizzi pubbliċi biex jagħmluhom diġitali, sostenibbli u reżiljenti. L-UE għandha tipprovdi fondi ġodda u proċeduri simplifikati għal infrastruttura lokali sostenibbli, u tappoġġja lill-SMEs permezz ta’ fergħa post-pandemika fil-Fond InvestEU. Jeħtieġ jiġi stabbilit ukoll programm ta’ għajnuna ddedikat għall-intrapriżi żgħar li sofrew interruzzjonijiet fil-katina tal-provvista tal-ikel. Jenħtieġ li jiġi żviluppat pjan ta’ inklużjoni rurali biex tingħata spinta lill-innovazzjoni, 'l-intraprenditorija u 'l-konnettività fiż-żoni rurali.

Aħna nitolbu pjan ta’ rkupru ambizzjuż għal Ewropa sostenibbli, reżiljenti u soċjali li jibni ekonomija ċirkolari u inklużiva ġdida, li jattiva l-għodod kollha eżistenti biex jiżgura s-solidarjetà finanzjarja. Pjan li jiżviluppa strumenti finanzjarji b’finanzjament komuni u sorsi ta’ dħul ġodda, li jkunu kbar biżżejjed u b'maturità twila biex ikunu kompletament effiċjenti. Fil-qalba ta’ pjan ta’ rkupru bħal dan għandu jkun hemm Fond ta’ Rkupru tal-UE, konness mal-baġit tal-UE u bbażat fuq l-assigurazzjoni Ewropea tad-dejn. Il-Fond, li għandu jkun jammonta għal madwar EUR 500 biljun, għandu jippermetti investiment orjentat lejn il-futur. Il-baġit il-ġdid tal-UE għandu jkun is-sinsla tal-irkupru u għandu jiżdied b’mod konsiderevoli biex iservi bħala strument reali ta’ solidarjetà u koeżjoni. Huwa biss Qafas Finanzjarju Pluriennali ambizzjuż, li jippromovi investimenti baġitarji tal-UE f’livelli mingħajr preċedent, li jkun jista' jindirizza l-isfida ta' rkupru ġust u sostenibbli.

Mezz kif jiġu sfruttati r-riżorsi meħtieġa, u jiġu ggarantiti l-effett ta’ ngranaġġ u l-mobilizzazzjoni ta’ aktar investiment pubbliku u privat, huwa billi tissaħħaħ il-kapaċità ta’ investiment tal-baġit tal-UE billi, tal-inqas b’mod temporanju, jitneħħa l-livell massimu tal-baġit tal-UE lil hinn mill-Introjtu Nazzjonali Gross attwali tal-UE ta’ 1,2 %, u billi jiġu kkunsidrati riżorsi proprji ġodda. Il-baġit tal-UE jeħtieġ tabilħaqq jiġi msaħħaħ biex jippermetti investimenti u garanziji addizzjonali, biex jappoġġja lill-gvernijiet nazzjonali, ir-reġjuni u l-bliet biex jerġgħu jniedu l-ekonomija u jiggarantixxu tranżizzjoni ġusta. Politika ta’ koeżjoni msaħħa mmirata biex tnaqqas l-inugwaljanzi u ttejjeb ir-reżiljenza tal-Istati Membri, ir-reġjuni, il-bliet u l-irħula madwar l-Ewropa hija fundamentali. 

Il-miżuri ġodda kollha, u l-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss, jeħtieġ li jqisu l-esperjenza konkreta tal-awtoritajiet reġjonali u lokali u jappoġġjawhom biex jipprovdu l-kura soċjali u s-servizzi essenzjali kollha għaċ-ċittadini. Terz tal-infiq tas-servizz pubbliku, u żewġ terzi tal-investiment pubbliku kollu fl-UE jsiru mill-awtoritajiet lokali u reġjonali: huma ser ikunu indispensabbli għall-bini mill-ġdid tal-ekonomiji tagħna, għall-implimentazzjoni tat-transizzjoni ekoloġika u l-innovazzjoni soċjali, sabiex l-ebda post u l-ebda persuna ma jitħallew lura, u għandhom ikunu fuq quddiem fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-pjani ta’ rkupru.

*Il-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni:

Apostolos Tzitsikostas , President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u Gvernatur tar-Reġjun tal-Maċedonja Ċentrali, il-Greċja

Vasco Ilídio Alves Cordeiro , L-Ewwel Viċi President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u President tal-Gvern Reġjonali tal-Azores, il-Portugall

Olgierd Geblewicz , President tal-Grupp PPE fi ħdan il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u President tar-Reġjun ta’ Westpomerania, il-Polonja

Christophe Rouillon , President tal-Grupp PSE fi ħdan il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u Sindku ta' Coulaines, Franza

François Decoster , President tal-Grupp Renew Europe fi ħdan il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u Sindku ta’ St Omer, Franza

Władysław Ortyl , President tal-Grupp KRE fi ħdan il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u President tar-Reġjun ta’ Podkarpackie , il-Polonja

Kieran McCarthy , President tal-Grupp AE fi ħdan il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u Membru tal-Kunsill tal-Belt ta’ Cork, l-Irlanda

Satu Haapanen , Kopresident tal-Grupp tal-Ħodor fi ħdan il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u Kunsillier tal-Belt ta’ Oulu, il-Finlandja

Kelliem f’isem il-President:

Michele Cercone

Tel. +32 (0)498 98 23 49

Michele.Cercone@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/HG18-EUROPEAN-INNOVATION-DAYS-SILICON-VALLEY.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COVID-19-WE-CALL-FOR-AN-AMBITIOUS-RECOVERY-PLAN-.ASPX

Local and regional leaders on board for the first European Innovation Days in Silicon Valley
Local and regional leaders on board for the first European Innovation Days in Silicon Valley
21.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/DIGITAL-SKILLS-CONNECTIVITY-SMART-VILLAGES.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COVID-19-WE-CALL-FOR-AN-AMBITIOUS-RECOVERY-PLAN-.ASPX

Digital skills and connectivity are key to making rural villages 'smart' and attractive
Digital skills and connectivity are key to making rural villages 'smart' and attractive
16.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/ASBESTOS-FREE-EUROPE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COVID-19-WE-CALL-FOR-AN-AMBITIOUS-RECOVERY-PLAN-.ASPX

Local leaders urge stricter rules and more funds to deliver an asbestos-free Europe
Local leaders urge stricter rules and more funds to deliver an asbestos-free Europe
16.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/STRONG-COHESION-POLICY-UNITED-FAIRER-FUTURE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COVID-19-WE-CALL-FOR-AN-AMBITIOUS-RECOVERY-PLAN-.ASPX

Only a strong Cohesion Policy can ensure a united and fairer future to the EU
Only a strong Cohesion Policy can ensure a united and fairer future to the EU
16.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/DEPOPULATION-AND-BRAIN-DRAIN.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COVID-19-WE-CALL-FOR-AN-AMBITIOUS-RECOVERY-PLAN-.ASPX

Depopulation and brain drain: It's time to act, local leaders say
Depopulation and brain drain: It's time to act, local leaders say
15.03.2023