L-impatt tal-Covid-19 u l-miżuri ta’ reazzjoni
Il-pandemija COVID-19 affettwat b’mod drammatiku d-dinja u l-mod kif ngħixu b’telf serju u b’konsegwenzi sostanzjali fuq kull aspett tal-eżistenza ta’ kuljum tagħna. Il-Kummissjoni għall-Politika ta’ Koeżjoni Territorjali u l-Baġit tal-UE (COTER) fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni ser tħejji bullettini regolari dwar l-oqsma ta’ politika fil-mandati tagħha li jirriflettu riċerka, artikli u diskussjonijiet reċenti dwar l-impatt soċjoekonomiku tal-pandemija fl-Ewropa u dwar l-azzjonijiet u l-miżuri ta’ reazzjoni differenti ppjanati u implimentati fil-livell tal-UE, nazzjonali, reġjonali u lokali.
Ideat u kontributi għandhom jintbagħtu lil coter@cor.europa.eu.