Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Azzjoni dwar il-klima: ‎ il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u l-Under2 Coalition ‎ jiffirmaw Pjan ta’ Azzjoni  

Il-Pjan ta’ Azzjoni konġunt 2021-2022 li ġie ffirmat illum mill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) u l-Under2 Coalition se jsaħħaħ il-kooperazzjoni għall-promozzjoni tal-azzjoni dwar il-klima fil-livell reġjonali, iżid it-trasparenza u l-iżvelar tad-data dwar il-klima, u jsaħħaħ il-governanza f’diversi livelli fi ħdan il-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima u l-Patt Ekoloġiku Ewropew. Għan ewlieni huwa li jiġi żgurat li l-irkupru mill-COVID-19 jimbotta l-aġenda dwar il-klima ’l quddiem b’reżiljenza ambjentali, ekonomika u soċjali akbar ħalli jiġu indirizzati aħjar kriżijiet futuri.

Il- KtR – l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti lokali u reġjonali – iffirma pjan ta’ azzjoni ġdid mal- Under2 Coalition , grupp globali ta’ ’l fuq minn 220 gvern li jinsabu impenjati li jżommu ż-żieda tat-temperatura globali ferm taħt iż-2°C, bi sforzi biex jilħqu 1,5°C.

Il-ftehim ta’ sħubija l-ġdid jikkonsolida u jsaħħaħ il-kooperazzjoni biex jippromovi azzjoni dwar il-klima aktar ambizzjuża fil-livell reġjonali, u se jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni b’suċċess tal-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima u tal-Patt Ekoloġiku Ewropew permezz ta’ governanza effettiva f’diversi livelli.

Apostolos Tzitzikostas , Kap tar-reġjun Grieg tal-Maċedonja Ċentrali u President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, stqarr: “ L-iffirmar ta’ dan il-Pjan ta’ Azzjoni jsaħħaħ is-sħubija li ilha teżisti bejn il-KtR u l-Under2 Coalition . Dan jipprovdi l-qafas ġust biex napprofondixxu l-kooperazzjoni tagħna biex immexxu ’l quddiem l-aġenda globali dwar il-klima filwaqt li nappoġġjaw reġjuni ambizzjużi biex niksbu n-newtralità klimatika. Flimkien, nistgħu niddefendu aħjar il-governanza f’diversi livelli bħala l-mod biex inwettqu l-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima u l-Patt Ekoloġiku Ewropew f’kull territorju, u nagħtu lir-reġjuni vuċi aktar b’saħħitha fil-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima tal-2021 (COP26) fi Glasgow Novembru li ġej.”

Franz Untersteller , Ministru għall-Ambjent, il-Protezzjoni Klimatika u s-Settur tal-Enerġija ta’ Baden-Württemberg u Ambaxxatur Globali tal-Under2 Coalition, qal: “ B’aktar minn 220 membru fid-dinja, l-Under2 Coalition issa hija waħda mill-akbar u l-aktar alleanzi importanti għall-protezzjoni klimatika fid-dinja. Parti konsiderevoli mill-membri tagħna ġejjin mill-UE. Għalhekk, nilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Under2 Coalition u l-Kumitat tar-Reġjuni laħqu ftehim dwar l-objettivi u l-attivitajiet konġunti. Flimkien, se nżidu l-viżibbiltà u l-effettività tal-livell sottonazzjonali fil-qasam tal-protezzjoni klimatika, kemm globalment kif ukoll fl-UE.”

Juan Espadas (ES/PSE), Sindku ta’ Sivilja u President tal-Kummissjoni ENVE tal-KtR u l-Grupp ta’ Ħidma dwar il- Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali tal-KtR, iddikjara: “ Il-ħidma mill-qrib mal-Under2 Coalition se jkollha impatt kbir għall-membri tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni. Ninsab konvint li moviment globali tal-gvernijiet lokali u reġjonali huwa essenzjali biex titwettaq azzjoni dwar il-klima u tinkiseb tranżizzjoni sostenibbli. Dan il-Pjan ta’ Azzjoni se jgħinna nsaħħu r-rwol tal-gvernijiet lokali u noħolqu governanza f’diversi livelli li tkun effettiva, b’mod partikolari fid-dawl tal-COP26.”

Il-KtR u l-Under2 Coalition huma impenjati li jaħdmu flimkien abbażi tat-tliet objettivi kondiviżi li ġejjin:

  • L-għoti ta’ appoġġ reċiproku u l-kooperazzjoni fir-rigward tal-attivitajiet ta’ interess komuni b’rabta mal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima;
  • Il-promozzjoni, fil-livell tal-gvernijiet reġjonali, tal-kunċett tat-trasparenza u d-divulgazzjoni annwali tal-miri u d-data dwar il-klima;
  • It-trawwim tal-parteċipazzjoni tal-gvernijiet reġjonali f’attivitajiet ikkunsidrati bħala prijorità, pereżempju b’appoġġ għall-implimentazzjoni rapida ta’ komponenti ewlenin tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u proġetti li jgħinu lill-gvernijiet reġjonali jiżviluppaw “perkors” lejn it-tnaqqis tal-emissjonijiet bil-għan li tinkiseb in-newtralità klimatika.

Il-Pjan ta’ Azzjoni jiddefinixxi oqsma speċifiċi ta’ kooperazzjoni, inkluż irkupru ekoloġiku mill-COVID-19, filwaqt li jiżgura tranżizzjoni ġusta u jżid it-trasparenza klimatika. Is-sħubija l-ġdida tinkludi wkoll il-promozzjoni konġunta tal-klima, il-komunikazzjoni u l-attivitajiet f’avvenimenti internazzjonali bħall- Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet li jmiss (11-14 ta’ Ottubru 2021) u s- summit dwar il-klima tal-COP26 tan-NU fi Glasgow (1-12 ta’ Novembru 2021).

Sfond

L- Under2 Coalition hija grupp ta’ gvernijiet statali u reġjonali ambizzjużi minn madwar id-dinja impenjati biex iżommu ż-żidiet fit-temperatura globali ferm taħt iż-2°C. Il-koalizzjoni hija magħmula minn aktar minn 220 gvern minn madwar id-dinja, li jaħdmu fuq id-divulgazzjoni annwali tad-data u t-trasparenza dwar il-klima, l-adozzjoni tal-politiki reġjonali u l-iżvilupp ta’ perkorsi għall-2050. Bi 43 gvern reġjonali u 12-il Stat Membru tal-UE li taw l-approvazzjoni tagħhom, l-Ewropa hija l-akbar kostitwent tal-Under2 Coalition. Il-koalizzjoni tirrappreżenta popolazzjoni ta’ 182 miljun u PDG ta’ USD 7,4 triljun li huwa ekwivalenti għal 35 % u 36 % tal-popolazzjoni u l-ekonomija tal-UE, rispettivament. Il-Grupp dwar il-Klima huwa s-Segretarjat għall-Under2 Coalition u jaħdem mal-gvernijiet biex jaċċellera l-azzjoni dwar il-klima. Il-mandat tal-Ministru Franz Untersteller jiskadi f’Mejju ta’ din is-sena, iżda se jkompli jappoġġja lill-Under2 Coalition bħala Ambaxxatur Globali għas-sentejn li ġejjin. Fir-rwol il-ġdid tiegħu dan se jkun responsabbli biex jirrappreżenta lill-Under2 Coalition esternament flimkien mal-Eks Gvernatur ta’ California Jerry Brown u se jippromovi azzjoni sottonazzjonali dwar il-klima.

Persuni ta’ kuntatt:

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/WE-NEED-TO-BUILD-A-RESILIENT-AGRICULTURAL-SYSTEM-EU-REGIONAL-AND-LOCAL-LEADERS-URGE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COR-UNDER2-COALITION-SIGN-ACTION-PLAN.ASPX

We need to build a resilient agricultural system, EU regional and local leaders urge
We need to build a resilient agricultural system, EU regional and local leaders urge
02.06.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/GREEN-DEAL-GOING-LOCAL-WORKING-GROUP-ON-MULTIGOVERNANCE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COR-UNDER2-COALITION-SIGN-ACTION-PLAN.ASPX

Multilevel governance is key to EU's climate ambitions
Multilevel governance is key to EU's climate ambitions
31.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/BETTER-PREPARE-FUTURE-CRISES-EXTREME-EVENTS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COR-UNDER2-COALITION-SIGN-ACTION-PLAN.ASPX

Europe needs to better prepare local communities to deal with future crises and extreme events
Europe needs to better prepare local communities to deal with future crises and extreme events
24.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/155-PLENARY-ANNOUNCEMENT.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COR-UNDER2-COALITION-SIGN-ACTION-PLAN.ASPX

On cities' and regions' agenda: Ukraine's reconstruction, crises management, EU budget
On cities' and regions' agenda: Ukraine's reconstruction, crises management, EU budget
23.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-TARGETS-FOR-WASTEWATER-TREATMENT-AND-AIR-QUALITY.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COR-UNDER2-COALITION-SIGN-ACTION-PLAN.ASPX

Regions and cities need support to comply with ambitious EU targets for wastewater treatment and air quality
Regions and cities need support to comply with ambitious EU targets for wastewater treatment and air quality
11.05.2023