Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Ir-reġjuni u l-bliet tal-UE jwiegħdu li jappoġġjaw lis-Sindku Klitschko biex terġa’ tinbena l-Ukrajna  

Vitaliy Klitschko, President tal-Assoċjazzjoni tal-Bliet Ukreni u Sindku ta’ Kiev, ħa sehem fil-laqgħa tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni fi Praga biex juri l-apprezzament tiegħu għall-isforzi tal-Kumitat u l-Presidenza Ċeka tal-UE għar-rikostruzzjoni tal-Ukrajna.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni joffri l-appoġġ sħiħ u qawwi tiegħu għall-bliet u r-reġjuni Ukreni, qal il-President tiegħu, Vasco Cordeiro, fis-16 ta’ Settembru, fejn żied jgħid li r-reġjuni u l-bliet tal-UE ser ikomplu jappoġġjaw lill-awtoritajiet lokali u reġjonali Ukreni fit-tul.

Id-dikjarazzjonijiet saru waqt laqgħa tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni fi Praga, ospitata f’kooperazzjoni mal-Presidenza Ċeka tal-UE u li fiha pparteċipaw ukoll il-Viċi Prim Ministru Ċek Ivan Bartoš u s-Sindku ta’ Praga, Zdeněk Hřib, membru tal-KtR. Il-membri ddiskutew il-konsegwenzi tal-gwerra kontra l-Ukrajna għan-nies fl-Unjoni Ewropea, u anke kif Alleanza li għadha kif inħolqot tal-Bliet u r-Reġjuni għar-Rikostruzzjoni tal-Ukrajna tista’ tappoġġja lill-komunitajiet lokali tal-Ukrajna hekk kif jippruvaw jiffaċċjaw l-effetti tal-invażjoni tar-Russja.

Vasco Alves Cordeiro, President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, qal: “Huwa unur għall-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni li jilqa’ lil Vitaliy Klitschko, President tal-Assoċjazzjoni tal-Bliet Ukreni u Sindku ta’ Kiev. Ma nistax nissottolinja biżżejjed l-appoġġ sinċier, b’saħħtu u mingħajr kundizzjonijiet tagħna lir-rappreżentanti lokali u reġjonali tal-Ukrajna u lill-popolazzjoni kollha fil-ġlieda kontra t-tirannija u għall-valuri li lkoll naqsmu. Nagħtuh is-sħubija onorarja tal-Kumitat mhux bħala simbolu, iżda bħala dikjarazzjoni tal-impenn tagħna lejn ir-reġjuni u l-bliet Ukreni. Ninsabu grati lejn il-Presidenza Ċeka għall-appoġġ u t-tmexxija tagħhom fit-tiswir ta’ soluzzjonijiet Ewropej. Jeħtieġ li naħdmu b’mod rapidu biex niżguraw li x-xitwa ma tpoġġix f’riskju is-solidarjetà Ewropea. Ir-reġjuni u l-bliet qed jagħmlu l-parti tagħhom u r-rwol tagħhom għandu jiġi rikonoxxut”. Wara stedina mis-Sindku Klitschko u l-Ministru għall-Komunitajiet u t-Territorji tal-Ukrajna Oleksiy Chernyshov, il-President Cordeiro ħabbar li ser jivvjaġġa lejn Kiev biex juri solidarjetà.

F’isem il-Presidenza Ċeka tal-UE, Ivan Bartoš, Viċi Prim Ministru tar-Repubblika Ċeka, qal: “Huwa ovvju li l-aktar kwistjoni urġenti għall-Ewropa kollha hija l-kriżi tal-enerġija u l-impatti tal-gwerra fl-Ukrajna. Ninsab totalment konvint li l-uniku mod biex jirnexxielna noħorġu minn din is-sitwazzjoni huwa l-kooperazzjoni Ewropea mill-qrib fl-UE u ma’ pajjiżi terzi. Għalhekk għandi l-unur li nospita l-laqgħa tal-Bureau tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni bil-għan li nfittxu soluzzjonijiet possibbli kif niffaċċjaw l-isfidi komuni tagħna, peress li aħna msieħba. L-istabbiltà u l-prosperità mġedda – dawk huma l-għanijiet strateġiċi tagħna.”

Vitaliy Klitschko, President tal-Assoċjazzjoni tal-Bliet Ukreni u Sindku ta’ Kiev, qal: “Ninsabu grati ħafna lejn l-imsieħba u l-ħbieb kollha tagħna li qed jgħinu lill-Ukrajna. U huwa tajjeb li tifhmu: l-Ukrajna mhux qed tiġġieled biss għall-istat u l-libertà tagħha. Illum, qed niddefendu l-istabbiltà u l-paċi fl-Ewropa kollha. U dan qed jiswa ħafna. Fil-futur, il-kooperazzjoni tagħna magħkom għandha tkun aktar sistematika, aktar effettiva – b’mod partikolari, fl-assistenza biex jiġu rrestawrati il-bliet u l-irħula Ukreni, id-djar tar-residenti tagħhom, u l-infrastruttura.”

Apostolos Tzitzikostas, l-ewwel Viċi President tal-KtR u l-Gvernatur tal-Maċedonja Ċentrali, qal: “Ir-reġjuni u l-bliet fl-Ewropa ilhom jgħinu lil xulxin għal għexieren ta’ snin, min-naħa għall-oħra tal-fruntieri. Iżda qatt qabel forsi ma kien hemm ħtieġa daqshekk kbira u f’daqqa għas-solidarjetà. Nistgħu ngħinu lill-Ukrajna terġa’ tinbena minn isfel għal fuq.”

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni nieda Alleanza tal-Bliet u r-Reġjuni għar-Rikostruzzjoni tal-Ukrajna f’Ġunju, bi tweġiba għal talba mill-President Volodymyr Zelenskyy, u bl-appoġġ tal-Presidenti tal-Kunsill Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea. L-Assoċjazzjoni tal-Bliet Ukreni hija msieħba tal-Alleanza. L-Alleanza attirat appoġġ ġdid sinifikanti fis-16 ta’ Settembru, meta l-Patt ta’ Bliet Ħielsa – iffurmat fl-2020 mis-Sindki ta’ Praga, Bratislava, Budapest, u Varsavja – ingħaqad formalment mal-Alleanza.

L-Alleanza se tifforma parti minn pjattaforma emerġenti tal-UE li se tikkoordina l-isforzi ta’ rikostruzzjoni għall-Ukrajna, inkluż l-appoġġ għall-ħidma tal-amministrazzjonijiet lokali u reġjonali. Is-Sindku Klitschko kellu rwol kritiku biex jipprova jsarraf espressjonijiet ta’ rieda tajba mill-bliet u r-reġjuni madwar id-dinja f’appoġġ prattiku.

Is-Sindku Klitschko ilu jaħdem mal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni għal diversi snin, l-aktar reċenti permezz tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Kumitat dwar l-Ukrajna, u f’Marzu l-KtR ħatru bħala l-ewwel membru onorarju tiegħu. Iż-żjara tas-Sindku Klitschko fi Praga pprovdiet lill-Kumitat bl-ewwel opportunità tiegħu li jagħtih l-unur personalment.

Noti lill-edituri:

  • Konferenza stampa: disponibbli fuq talba minn Europe by Satellite
  • Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar L-għajnuna lill-Ukrajna u r-rikostruzzjoni tagħha (18 ta’ Mejju).
  • Stqarrija tal-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (18 ta’ Mejju), bi tweġiba għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar L-għajnuna lill-Ukrajna u r-rikostruzzjoni tagħha.
  • Stqarrija għall-istampa: “Il-bliet u r-reġjuni jniedu l-Alleanza għar-rikostruzzjoni tal-Ukrajna” (30 ta’ Ġunju).
  • Paġna webtal-Alleanza Ewropea tal-Bliet u r-Reġjuni għar-Rikostruzzjoni tal-Ukrajna

Persuni ta’ kuntatt:

Monica Tiberi, Kelliema għall-President, +32 479 51 74 43.

Andrew Gardner, Uffiċjal tal-istampa, +32 473 843 981.

Stephanie Paillet, appoġġ awdjoviżiv, +32 473 522 988.

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/WE-NEED-TO-BUILD-A-RESILIENT-AGRICULTURAL-SYSTEM-EU-REGIONAL-AND-LOCAL-LEADERS-URGE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/BUREAU-UKRAINE.ASPX

We need to build a resilient agricultural system, EU regional and local leaders urge
We need to build a resilient agricultural system, EU regional and local leaders urge
02.06.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/YOUNG-ELECTED-POLITICIAN-PROGRAMME-2023.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/BUREAU-UKRAINE.ASPX

Young people entrusted with the responsibilities of elected office in Europe's cities and regions deserve a voice in the policy making process as key players in building European democracy
Young people entrusted with the responsibilities of elected office in Europe's cities and regions deserve a voice in the policy making process as key players in building European democracy
31.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/LOCAL-AND-REGIONAL-AUTHORITIES-WILL-BE-KEY-TO-UKRAINE'S-RECONSTRUCTION.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/BUREAU-UKRAINE.ASPX

Local and regional authorities will be key to Ukraine's reconstruction
Local and regional authorities will be key to Ukraine's reconstruction
26.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/ZELENSKYY-PLENARY-MAY.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/BUREAU-UKRAINE.ASPX

President Zelenskyy to EU's cities and regions: "Thank you for your support!"
President Zelenskyy to EU's cities and regions: "Thank you for your support!"
25.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COR-UNICEF-JOIN-FORCES-SUPPORT-INCLUSION-CHILDREN-UKRAINE-.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/BUREAU-UKRAINE.ASPX

European Committee of the Regions and UNICEF join forces to support the inclusion of children from Ukraine
European Committee of the Regions and UNICEF join forces to support the inclusion of children from Ukraine
24.05.2023