Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Skont il-KtR, il-ftehim dwar il-baġit tal-UE jista’ jibdel il-kriżi f’opportunità – wasal iż-żmien li ninvestu riżorsi ġodda għas-servizz tan-nies u n-negozji tagħna fir-reġjuni, il-bliet u l-irħula  

Stqarrija minn Apostolos Tzitsikostas , President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u Gvernatur tar-Reġjun Grieg tal-Maċedonja Ċentrali, il-Greċja

“Nifraħ lill-Presidenza Ġermaniża tal-UE u lill-istituzzjonijiet tal-UE għall-ftehim storiku li ntlaħaq. Il-Ftehim jiftaħ era ġdida u jista’ jgħin biex il-kriżi tinbidel f’opportunitajiet ġodda. Bħala l-benefiċjarji ewlenin tal-fondi tal-UE, ir-reġjuni u l-bliet huma impenjati li b’mod urġenti jpoġġu dawn ir-riżorsi għas-servizz tan-nies u tan-negozji tagħna. L-Unjoni Ewropea qed turi solidarjetà u responsabbiltà, abbażi tar-rispett tal-istat tad-dritt, kif mitlub mill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni. Il-livelli kollha ta’ governanza – UE, nazzjonali, reġjonali u lokali – qegħdin jintalbu jingħaqdu flimkien biex l-investiment ta’ EUR 1,8 triljun isir realtà. L-irkupru jrid ikun ġust u bbażat fuq il-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali, irawwem bidla ekoloġika u diġitali u jagħti spinta lill-innovazzjoni. Dan huwa dak li ċ-ċittadini tagħna jistennew u dak li lkoll għandna bżonn niksbu biex inbiddlu l-isfidi f’opportunitajiet”.

Stqarrija minn Isabelle Boudineau , President tal-Kummissjoni tal-KtR għall-Politika ta’ Koeżjoni Territorjali u l-Baġit tal-UE (COTER) u Viċi President tar-Reġjun ta’ Nouvelle-Aquitaine, Franza

“Ir-rispett għall-istat tad-dritt mhuwiex negozjabbli. Ninsab konvinta li l-kompromess li ntlaħaq mill-Kunsill Ewropew mhux se jbiddel id-dispożizzjonijiet dwar l-istat tad-dritt. Il-bliet u r-reġjuni se jibbenefikaw mill-QFP il-ġdid biex jirkupraw mill-pandemija u jkomplu t-tranżizzjoni soċjalment ġusta u ekoloġika.”

Sfond:

Fl-10 ta’ Diċembru, is-27 kap ta’ stat u ta’ gvern tal-pajjiżi tal-UE laħqu ftehim dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) għall-2021 - 2027 u l-protezzjoni tal-baġit tal-UE f’każ ta’ nuqqasijiet relatati mal-istat tad-dritt. Sakemm jiġi approvat mill-Parlament Ewropew, il-ftehim se jagħti lill-Unjoni Ewropea baġit ta’ EUR 1 074,3 biljun għal seba’ snin u jippermetti l-implimentazzjoni ta’ Next Generation EU, l-istrument temporanju għall-irkupru ta’ EUR 750 biljun: total ta’ EUR 1,8 triljun. Huwa l-akbar pakkett li qatt ġie ffinanzjat mill-baġit tal-UE. 

Kelliem f’isem il-President:

Michele Cercone

Tel. +32 (0)498 98 23 49

Michele.Cercone@cor.europa.eu

Uffiċjal tal-istampa:

Matteo Miglietta

Tel. +32 470 895 382

matteo.miglietta@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/STRONG-COHESION-POLICY-UNITED-FAIRER-FUTURE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/AGREEMENT-ON-MFF.ASPX

Only a strong Cohesion Policy can ensure a united and fairer future to the EU
Only a strong Cohesion Policy can ensure a united and fairer future to the EU
16.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COTER-16-FEB-2023.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/AGREEMENT-ON-MFF.ASPX

President Vasco Alves Cordeiro and COTER Chair Emil Boc will lead the work to defend the future of cohesion policy for all European regions
President Vasco Alves Cordeiro and COTER Chair Emil Boc will lead the work to defend the future of cohesion policy for all European regions
16.02.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CITIES-AND-REGIONS-DEMAND-NEW-RESOURCES-EU-BUDGET.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/AGREEMENT-ON-MFF.ASPX

Cities and regions demand new revenue sources for the EU budget
Cities and regions demand new revenue sources for the EU budget
01.12.2022

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/SOCIAL-COHESION-RISKS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/AGREEMENT-ON-MFF.ASPX

Il-koeżjoni soċjali u ekonomika tkun tinsab f’riskju jekk it-territorji remoti jiġu traskurati mill-politiki tal-UE
Il-koeżjoni soċjali u ekonomika tkun tinsab f’riskju jekk it-territorji remoti jiġu traskurati mill-politiki tal-UE
01.12.2022

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COHESION-ALLIANCE-REACTION-TO-GAC-CONCLUSIONS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/AGREEMENT-ON-MFF.ASPX

Ir-reġjuni u l-bliet tal-UE jilqgħu l-impenn tal-Istati Membri li jżommu l-Politika ta’ Koeżjoni bħala pilastru ewlieni tal-Unjoni
Ir-reġjuni u l-bliet tal-UE jilqgħu l-impenn tal-Istati Membri li jżommu l-Politika ta’ Koeżjoni bħala pilastru ewlieni tal-Unjoni
22.11.2022