Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
In-nomini issa huma miftuħa għall-ewwel edizzjoni tal-Premju “Sindku Paweł Adamowicz”  

Il-premju se jingħata kull sena lil mexxej ta’ belt, mexxej ċiviku jew organizzazzjoni li taħdem fil-livelli lokali jew reġjonali għall-promozzjoni tal-libertà u s-solidarjetà, l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, flimkien man-Network Internazzjonali tal-Bliet ta’ Rifuġju (ICORN) u l-Belt ta’ Gdańsk, qed jiftħu n-nomini għall-edizzjoni tal-2021 tal-Premju “Sindku Paweł Adamowicz” għall-kuraġġ u l-eċċellenza fil-promozzjoni tal-libertà, is-solidarjetà u l-ugwaljanza.

Il-persuni jew l-organizzazzjonijiet nominati issa jistgħu jinħatru għall-edizzjoni tal-2021 tal-Premju “Sindku Paweł Adamowicz”, li se jingħata kull sena lil mexxej ta’ belt, mexxej ċiviku jew organizzazzjoni li taħdem fil-livelli lokali jew reġjonali, abbażi tal-eżempju tas-Sindku Adamowicz fil-promozzjoni tal-libertà u s-solidarjetà, l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni. Il-premju huwa att ta’ omaġġ għall-eks Sindku ta’ Gdańsk, li nqatel b’daqqiet ta’ sikkina fit-13 ta’ Jannar 2019 u li l-qtil tiegħu kien preċedut minn żieda fid-diskors ta’ mibegħda dirett lejh. Il-Premju jappoġġja lil dawk li jiġġieldu l-intolleranza, id-diskors ta’ mibegħda u l-ksenofobija.

Il-persuni jew l-organizzazzjonijiet nominati għall-Premju jistgħu jiġu proposti minn 15-il membru tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, il-bliet jew ir-reġjuni membri tal-ICORN, kif ukoll organizzazzjonijiet internazzjonali mistiedna b’involviment qawwi u għarfien espert rilevanti fl-oqsma tal-Premju. Il-persuni jew l-organizzazzjonijiet nominati għall-Premju jistgħu jiġu minn jew ikunu attivi fi kwalunkwe pajjiż fid-dinja. In-nomini għandhom jitressqu sa 23:59 (ħin ta’ Brussell) tal-15 ta’ Settembru 2021. Iċ-ċerimonja tal-għoti tal-premju se ssir f’Diċembru.

Apostolos Tzitzikostas , President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u Gvernatur tar-Reġjun tal-Maċedonja Ċentrali, qal li: “ L-Unjoni Ewropea hija bbażata fuq valuri demokratiċi li għandhom jiġu difiżi u promossi fl-eqreb livell għaċ-ċittadini fir-reġjuni, il-bliet u l-irħula tagħhom . Wieħed minn dawn il-valuri huwa l-libertà tal-espressjoni. Dan il-premju huwa att ta’ omaġġ u jirrappreżenta sinjal qawwi ta’ tama għar-rappreżentanti eletti, l-uffiċjali u ċ-ċittadini ordinarji kollha li, minkejja r-riskji, jgħixu biex id-demokrazija tkun effettiva fil-livell lokali billi jappoġġjaw komunitajiet aħjar u aktar miftuħa. Aħna nagħtu ġieħ lil dawk li ta’ kuljum jittrasformaw posthom f’postijiet aħjar, kif għamel is-Sindku Adamowicz fi Gdańsk. Aħna qed infittxu mexxejja lokali ispirati u kuraġġużi li jagħmlu d-demokrazija fil-livell lokali aktar b’saħħitha, jagħmlu s-soċjetà post miftuħ, u l-istituzzjonijiet postijiet li juru rispett u li jkunu akkoljenti u ġusti”.

Magdalena Adamowicz , Membru tal-Parlament Ewropew u l-armla ta’ Paweł Adamowicz, qalet: “It-tajjeb huwa silenzjuż, il-ħażen storbjuż. B’mod partikolari llum, fost l-istorbju tal-ksenofobija, l-omofobija, ir-radikaliżmu, in-nazzjonaliżmu u d-diskors ta’ mibegħda kullimkien, il-kompitu tagħna għandu jkun li nsibu lil dawk kollha li jagħmlu l-ġid u nżommuhom bħala eżempju. Dan huwa l-għan tal-Premju “Sindku Paweł Adamowicz”. Inħeġġiġkom minn qiegħ qalbi: agħtu ħarsa madwarkom u nnominaw għall-premju lil dawk kollha li jaġixxu għal nies oħra: għad-dinjità, l-ugwaljanza, is-sikurezza tagħhom. It-tajjeb huwa silenzjuż, iżda ejjew ngħollu leħinna kemm jista’ jkun dwar dawk li jagħmlu l-ġid!”.

Is-Sindku ta’ Gdańsk, Aleksandra Dulkiewicz , qalet : “Il-proġett tal-Premju “Sindku Paweł Adamowicz” huwa inizjattiva konġunta tal-ICORN, il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Belt ta’ Gdańsk. Huwa pass importanti lejn it-tisħiħ tal-idea tal-integrazzjoni soċjali, il-parteċipazzjoni ċivika, il-promozzjoni ta’ opportunitajiet indaqs, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet ċivili. Il-patrun ta’ dan il-premju importanti kien involut b’mod appassjonat fil-ġlieda kontra l-preġudizzju, il-ksenofobija u l-vjolenza fil-ħajja pubblika. Nemmnu sinċerament li b’ħajjithom u l-valuri li jgħożżu, ir-rebbieħa ta’ dan il-Premju se jsibu posthom b’mod kreattiv fl-ideali tal-libertà u s-solidarjetà li tant huma għeżież għall-belt mnejn ġie Paweł Adamowicz”.

Id-Direttur Eżekuttiv tal-ICORN, Helge Lunde qal: “Il-bliet huma rifuġji sikuri biss meta n-nies ikollhom il-kuraġġ li jirrispettaw id-drittijiet tal-oħrajn. Fid-dinja politika kontemporanja, huma l-bliet li saru simboli ta’ solidarjetà u fiduċja, ta’ koabitazzjoni u kollaborazzjoni, kif saret Gdańsk taħt it-tmexxija tas-Sindku mibki tagħha, Paweł Adamowicz”.

Sfond:

Paweł Adamowicz ġie ferut b’sikkina fit-13 ta’ Jannar 2019 waqt li kien qed jitkellem f’avveniment ta’ karità. Huwa miet l-għada kaġun tal-feriti li ġarrab. Kellu 53 sena. Il-qtil tiegħu kien preċedut minn żieda fid-diskors ta’ mibegħda fil-konfront tiegħu. Mewtu qajmet dibattitu dwar il-kontribut tad-deġenerazzjoni tad-diskors pubbliku għall-vjolenza, l-estremiżmu, il-propaganda u l-intolleranza.

Is-Sur Adamowicz kien impenjat li jippromovi l-valuri fundamentali tal-UE, u kien membru attiv tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni. Fl-2016, is-Sindku Adamowicz nieda l-“Mudell għall-Integrazzjoni tal-Immigranti” ta’ Gdańsk, wara li ltaqa’ mal-Papa Franġisku. Serva bħala mudell li ispira bliet Pollakki oħra.

Aktar tagħrif:

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, bħala l-assemblea politika tal-politiċi lokali u reġjonali fl-UE u fuq l-inizjattiva tad-delegazzjoni Pollakka, adotta unanimament riżoluzzjoni fis-7 ta’ Frar 2019 li tikkundanna d-diskors ta’ mibegħda u t-theddid ta’ kull tip kontra l-mexxejja politiċi.

In- Network Internazzjonali tal-Bliet ta’ Rifuġju (ICORN) huwa organizzazzjoni internazzjonali ta’ 75 belt u reġjun fl-Ewropa u lil hinn minnha, u joffri kenn lil kittieba u artisti ppersegwitati, jippromovi l-libertà tal-espressjoni, jiddefendi l-valuri demokratiċi u jippromovi s-solidarjetà internazzjonali. Aktar minn 250 kittieb u artist ġew offruti residenza f’belt tal-ICORN. F’ambjent sikur, huma jkomplu jaqdu rwol vitali, kemm biex jenfasizzaw il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertà tal-espressjoni fil-pajjiż fejn jgħixu, kif ukoll biex jappoġġjaw lill-kollegi fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom. Fuq inizjattiva tas-Sindku Pawel Adamowicz, il-Belt ta’ Gdańsk ingħaqdet mal-ICORN fit-30 ta’ Awwissu 2017.

Il-Premju “Sindku Paweł Adamowicz” – sit web : #AdamowiczAward

Ir-regoli u r-regolamenti tal-premju, il-kriterji tal-eliġibbiltà, il-kriterji tal-għażla

Persuna ta’ kuntatt:

Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Wioletta Wojewodzka

Tel. +32 (0)2 282 2289

Mob: +32 (0)473 843 986

wioletta.wojewodzka@cor.europa.eu

Belt ta’ Gdańsk

Maciej Buczkowski

Tel.: + 48 58 323 62 84

maciej.buczkowski@gdansk.gda.pl

Network Internazzjonali tal-Bliet ta’ Rifuġju

Helge Lunde

Tel.: + 47 51 50 71 25

helge@icorn.org

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/MICHAłOWO-HONOURED-WITH-MAYOR-PAWEł-ADAMOWICZ-AWARD.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/ADAMOWICZ-LAUNCHING.ASPX

Il-Muniċipalità ta’ Michałowo u ċ-ċittadini tagħha ġew onorati bil-Premju “Sindku Paweł Adamowicz” għall-għajnuna tagħhom lir-refuġjati fil-fruntiera mal-Belarussja
Il-Muniċipalità ta’ Michałowo u ċ-ċittadini tagħha ġew onorati bil-Premju “Sindku Paweł Adamowicz” għall-għajnuna tagħhom lir-refuġjati fil-fruntiera mal-Belarussja
08.02.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/PLENARY-ANNOUNCEMENT-FEBRUARY-2023.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/ADAMOWICZ-LAUNCHING.ASPX

Energy and digital transitions in focus at meeting of EU local and regional leaders
Energy and digital transitions in focus at meeting of EU local and regional leaders
03.02.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CIVEX-1-FEBRUARY-2023.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/ADAMOWICZ-LAUNCHING.ASPX

Eastern Partnership and media freedom opinions win early backing
Eastern Partnership and media freedom opinions win early backing
01.02.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/MPAA-2023.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/ADAMOWICZ-LAUNCHING.ASPX

Michałowo wins Mayor Paweł Adamowicz Award for helping refugees on the border with Belarus
Michałowo wins Mayor Paweł Adamowicz Award for helping refugees on the border with Belarus
13.01.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUROPEAN-CAPITALS-INCLUSION-DIVERSITY-AWARD.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/ADAMOWICZ-LAUNCHING.ASPX

European Capitals of Inclusion and Diversity Award: Submissions are now open
European Capitals of Inclusion and Diversity Award: Submissions are now open
09.12.2022