Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Il-mexxejja reġjonali u lokali f’dibattu dwar l-investiment għal Ewropa intelliġenti u ekoloġika  

L-investiment tal-UE, ir-riforma tas-sistema tal-asil u s-60 anniversarju tat-Trattat ta’ Ruma fuq l-aġenda

tas-sessjoni plenarja tat-8 u d-9 ta’ Frar fi Brussell

Anqas minn ġimgħa wara li ħareġ ir-rapport dwar L-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija , fis-7 ta’ Frar il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) ser jorganizza konferenza ta’ livell għoli dwar kif jistgħu jinbnew bliet u reġjuni intelliġenti madwar l-UE. L-avveniment ser jinfetaħ mill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Maroš Šefčovič, il-President tal-KtR, Markku Markkula, u mill-President tal-Fondazzjoni għax-Xejriet Ekonomiċi, Jeremy Rifkin. Il-politikanti lokali u reġjonali ser jesponu l-istrateġiji u l-proġetti intelliġenti tagħhom li qed iseħħu madwar l-Ewropa. Din il-kwistjoni ser tkompli tiġi indirizzata fit-8 ta’ Frar matul is-sessjoni plenarja tal-KtR. Il-futur tal-Ewropa u l-kontribut tal-bliet u r-reġjuni biex terġa’ tinkiseb il-fiduċja taċ-ċittadini fl-UE ser jiġu diskussi wkoll matul il-plenarja tad-9 ta’ Frar, qabel is-60 anniversarju tat-Trattat ta’ Ruma.

Matul il-plenarja tat-8 ta’ Frar, il-membri ser jiddiskutu wkoll dwar il-prioritajiet tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-UE u l-kooperazzjoni bejn il-Kunsill u l-KtR fix-xhur li ġejjin, flimkien ma’ Ian Borg , Segretarju Parlamentari għall-Fondi tal-UE. Il-KtR se jippreżenta l-proposti tiegħu biex titnaqqas id-diskrepanza attwali fl-investiment permezz ta’ diskussjoni u adozzjoni ta’ Opinjoni abbozzata minn Markku Markkula . Il-Viċi President tal-Bank Ewropew tal-Investiment, Vazil Hudak , se jingħaqad mal-mexxejja lokali fid-dibattitu.

Il-politika tal-UE dwar l-asil

Il-KtR ser jadotta żewġ settijiet ta’ rakkomandazzjonijiet dwar Ir-riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil u dwar Qafas ta’ sħubija ma’ pajjiżi terzi dwar l-Aġenda Ewropea dwar il-migrazzjoni. L-Opinjoni dwar ir-riforma tal-asil ġiet abbozzata minn Vincenzo Bianco, Sindku tal-belt portwarja ta’ Katanja fi Sqallija, u tiffoka fuq l-istandards għall-akkoljenza u r-risistemazzjoni ta’ refuġjati u migranti, filwaqt li tagħti attenzjoni partikolari lill-minuri mhux akkumpanjati. Din tikkumplementa ir-Rapport tal-KtR preċedenti iffokat fuq il-mekkaniżmu ta’ risistemazzjoni tal-asil tal-UE. L-Opinjoni dwar is-sħubiji ta’ migrazzjoni tħejjiet minn Peter Bossman (SI/PSE), Sindku ta’ Piran.

Il-bdiewa żgħażagħ u l-futur tal-PAK

Il-Kummissarju Hogan ser jistieden lir-reġjuni biex jipparteċipaw fil- konsultazzjoni pubblika dwar #FutureofCAP matul l-intervent tiegħu waqt is-sessjoni plenarja. L-appoġġ lill-bdiewa żgħażagħ huwa prerekwiżit għall-preservazzjoni tal-agrikoltura fit-territorji kollha u biex tinżamm nisġa rurali ħajja. Fl-Opinjoni tiegħu dwar L-appoġġ għal bdiewa żgħażagħ Ewropej Arnold Hatch (UK/KRE), iqis li l-appoġġ għandu jingħata l-ewwel u qabel kollox lill-irziezet tal-familja abbażi tal-fatt li huma joħolqu valur miżjud u impjiegi, u jgħinu sabiex ġenerazzjonijiet ġodda ta’ bdiewa jidħlu fis-settur billi huwa iżjed faċli li tgħaddi lill-ġenerazzjoni ta’ wara dawk l-irziezet li huma vijabbli u ta’ daqs raġonevoli.

Is-60 anniversarju tat-Trattat ta' Ruma: 200 żgħażugħ jiltaqgħu fil-plenarja tal-KtR

Fi żmien meta l-UE qed tiffaċċja l-ikbar kriżi ta’ fiduċja fl-istorja tagħha, iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ din is-sena tal-25 Anniversarju tat-Trattat ta’ Maastricht, li stabbilixxa l-Kumitat tar-Reġjuni, u tas-60 anniversarju tat-Trattat ta’ Ruma li waqqaf l-UE għandhom jitqiesu bħala opportunità biex nirriflettu dwar l-Ewropa u nippromovu involviment akbar taċ-ċittadini fit-tfassil ta’ triq ġdida għall-Unjoni. Il-KtR ser jiddibatti l-kwistjoni flimkien ma’ delegazzjoni ta’ ċittadini żgħażagħ Ewropej li ser jieħdu sehem attiv fid-diskussjonijiet. Il-membri tal-KtR huma mistennija jadottaw riżoluzzjoni li tistabbilixxi l-kontribut tagħhom għall-eżerċizzju ta’ riflessjoni politika usa’ dwar il-futur tal-UE, li jinkludi t-tnedija ta’ proċess estensiv ta’ konsultazzjoni maċ-ċittadini dwar “Nirriflettu dwar l-Ewropa” madwar l-UE.

Opinjonijiet u dokumenti oħra li għandhom jiġu adottati:

Il-konnessjonijiet neqsin fit-trasport fir-reġjuni tal-fruntiera

Ir-riġenerazzjoni tal-bliet portwarji u ż-żoni tal-portijiet

Politika tal-Unjoni dwar l-Artiku

Il-kapaċità fiskali u l-istabbilizzaturi awtomatiċi fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja

Lejn strateġija tal-UE dwar ir-relazzjonijiet kulturali internazzjonali

Ir-reviżjoni tal-pakkett tat-telekom

Id-dritt tal-awtur fis-Suq Uniku Diġitali

Il-ħtieġa għal strateġija tal-UE dwar kwistjonijiet relatati mal-alkoħol u kif ħa naslu għaliha

Sistema effettiva għall-ġestjoni tal-ilma: approċċ għal soluzzjonijiet innovattivi

Lejn strateġija ġdida tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima – approċċ integrat

Evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE)

Riżoluzzjoni dwar l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2017

Informazzjoni prattika:

Post: L-Emiċiklu tal-Parlament Ewropew – bini Paul Henri Spaak, 60 rue Wiertz, Brussell

Ħin: 8 ta' Frar, 3 p m.-9 p.m.; 9 ta' Frar, 9 a.m.-1 p.m.

Ara k-agenda & d-dokumenti tal-plenarja

Il-plenarja se tixxandar dirett fuq l-internet fuq is-sit web tal-KtR.

Programm tal-midja tal-plenarja

Segwina fuq: @EU_CoR, #CoRplenary

Kuntatt:

Pierluigi Boda (IT, EN)

Tel: +32 2 282 2461

Mobile: +32 473 85 17 43

pierluigi.boda@cor.europa.eu

David Crous Duran (ES, FR)

Tel: +32 2 282 2409

Mobile: +32 476 87 99 29

david.crous@cor.europa.eu

Andrew Gardner (EN, SK)

Tel: +32 2 282 2429

Mobile: +32 473 843 981

andrew.gardner@cor.europa.eu

Lauri Ouvinen (FI, SV, FR)

Tel: +32 2 282 2063

Mobile: +32 473 53 68 87

lauri.ouvinen@cor.europa.eu

Carmen Schmidle (DE, EN)

Tel: +32 2 282 2366

Mobile: +32 494 73 57 87

carmen.schmidle@cor.europa.eu

Wioletta Wojewodzka (PL, FR)

Tel: +32 2 282 2289

Mobile: +32 475 84 39 86

wioletta.wojewodzka@cor.europa.eu

Nathalie Vandelle (FR,EN)

Tel: +32 2 282 2289

Mobile: +32 473 860 530

Nathalie.Vandelle@cor.europa.eu

Servizzi awdjoviżivi

Tel: +32 2 282 2532

Mobile: +32 473 52 29 88

stephanie.paillet@cor.europa.eu

Servizzi tal-fotografija

Tel: +32 2 282 2045

Photocor@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Informazzjoni relatata