Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Iċ-ċerimonja ta’ premjazzjoni tal-Ġimgħa Ewropea għat-Tnaqqis tal-Iskart li se ssir fil-25 ta’ Ġunju 2020  

16-il proġett minn 10 pajjiżi differenti qed jikkompetu għal premju f’ħames kategoriji u għal Premju Speċjali Ewropew

Iċ-ċerimonja ta’ premjazzjoni annwali tal- Ġimgħa Ewropea għat-Tnaqqis tal-Iskart (EWWR) se ssir online fil-25 ta’Ġunju bejn is-2 u l-4 p.m. Nistednuk tikklikkja hawnhekk biex tirreġistra. L-avveniment se jibda b’dikjarazzjoni ta’ Virginijus Sinkevičius, Kummissarju Ewropew għall-Ambjent, l-Oċeani u s-Sajd. Din is-sena r-rappreżentant tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni fil-ġurija hija l-Viċi Sindku ta’ Budapest Kata TÜTTŐ . Ikklikkja hawn biex issir taf min huma s-16-il finalist.

Minn 80 nomina mressqa mill-koordinaturi nazzjonali u reġjonali tal-EWWR minn madwar l-Ewropa kollha u lil hinn, ġew magħżula 16-il azzjoni minn ġurija magħmula minn sitt esperti u prattikanti ambjentali li jaħdmu b’aspetti differenti ta’ sostenibbiltà ambjentali. Fosthom hemm il-membru tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u l-Viċi Sindku ta’ Budapest, Kata TÜTTŐ.

Is-16-il finalist ġejjin minn 10 pajjiżi differenti: il-Greċja, il-Belġju, il-Kroazja, Spanja, il-Ġermanja, Franza, Monaco, l-Italja, In-Netherlands u t-Turkija. Dawn huma l- kategoriji tal-premjazzjoni :

  • l-amministrazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet pubbliċi;
  • in-negozji;
  • l-NGOs/l-assoċjazzjonijiet;
  • iċ-ċittadini;
  • l-istabbilimenti edukattivi.

Il-ġurija għażlet ukoll ir-rebbieħ tal-Premju Speċjali Ewropew, li jippremja dik l-azzjoni li tirrappreżenta bl-aħjar mod l-ispirtu Ewropew ta’ kooperazzjoni għall-prevenzjoni tal-iskart.

L-għażla tal-ġurija hija bbażata fuq il- kriterji li ġejjin:

  • komunikazzjoni u viżibbiltà;
  • il-kwalità tal-kontenut;
  • l-oriġinalità;
  • l-impatt tal-azzjoni.

Ikklikkja hawn biex issir taf min huma s-16-il finalist.

Iċ-ċerimonja ta’ premjazzjoni (EWWR) tiġi organizzata biex tippremja dawk l-azzjonijiet li jiddistingwu ruħhom l-aktar fit-tnaqqis tal-iskart matul kull edizzjoni tal-EWWR. F’Novembru 2019 ġew organizzati ’l fuq minn 16 500 azzjoni matul il-11-il edizzjoni tal-EWWR.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jappoġġja l-Ġimgħa Ewropea għat-Tnaqqis tal-Iskart u huwa membru tal-kumitat ta’ tmexxija tagħha.

Aktar informazzjoni dwar il-premjazzjoni tal-Ġimgħa Ewropea għat-Tnaqqis tal-Iskart tinstab hawnhekk .

Kuntatti:

Giulia Marrazzo // Tel: +32 2 234 65 04 // gm@acrplus.org

David Crous // Tel.: +32 (0) 470 88 10 37 // david.crous@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/WE-NEED-TO-BUILD-A-RESILIENT-AGRICULTURAL-SYSTEM-EU-REGIONAL-AND-LOCAL-LEADERS-URGE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/-EUROPEAN-WEEK-OF-WASTE-REDUCTION-AWARDS-CEREMONY-COMING-UP-25-JUNE-2020--.ASPX

We need to build a resilient agricultural system, EU regional and local leaders urge
We need to build a resilient agricultural system, EU regional and local leaders urge
02.06.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/GREEN-DEAL-GOING-LOCAL-WORKING-GROUP-ON-MULTIGOVERNANCE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/-EUROPEAN-WEEK-OF-WASTE-REDUCTION-AWARDS-CEREMONY-COMING-UP-25-JUNE-2020--.ASPX

Multilevel governance is key to EU's climate ambitions
Multilevel governance is key to EU's climate ambitions
31.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-POLICIES-FOR-SUSTAINABLE-FOOD-SYSTEMS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/-EUROPEAN-WEEK-OF-WASTE-REDUCTION-AWARDS-CEREMONY-COMING-UP-25-JUNE-2020--.ASPX

Local and regional leaders want a stronger role and more coherence in EU policies for sustainable food systems
Local and regional leaders want a stronger role and more coherence in EU policies for sustainable food systems
25.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-LONG-TERM-BUDGET-MUST-BE-IMPROVED-TO-TACKLE-CURRENT-AND-FUTURE-CHALLENGES-AND-PROMOTE-COHESION.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/-EUROPEAN-WEEK-OF-WASTE-REDUCTION-AWARDS-CEREMONY-COMING-UP-25-JUNE-2020--.ASPX

EU long-term budget must be improved to tackle current and future challenges and promote cohesion
EU long-term budget must be improved to tackle current and future challenges and promote cohesion
25.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/BETTER-PREPARE-FUTURE-CRISES-EXTREME-EVENTS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/-EUROPEAN-WEEK-OF-WASTE-REDUCTION-AWARDS-CEREMONY-COMING-UP-25-JUNE-2020--.ASPX

Europe needs to better prepare local communities to deal with future crises and extreme events
Europe needs to better prepare local communities to deal with future crises and extreme events
24.05.2023