News  
ExtentedCQWP
Il-kriżi ta’ COVID-19 għamlet il-ħtieġa għall-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa ssir aktar urġenti
Il-kriżi ta’ COVID-19 għamlet il-ħtieġa għall-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa ssir aktar urġenti
25.06.2020 | Citizenship;EU communication policy;EU Treaties;Fundamental rights and rule of law;Future of Europe;Judicial cooperation;Multi-level governance and devolution;Public administration;REFIT and better law-making;Resolutions E.C. Workprogram;Subsidiarity and proportionality;Internal market;Long-term strategy for investment, growth and jobs (renewed Europe 2020);Industrial policy;Financial markets;Urban policy;Cohesion policy reform;European Structural and Investment Funds;Multi-annual financial framework (MFF);
Il-membri tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni ddiskutew mas-Sinjura Gabriele Bischoff, Membru tal-Parlament Ewropew u Viċi President tal-Kumitat tal-Parlament Ewropew għall-Affarijiet Kostituzzjonali (AFCO) fil-Kummissjoni tal-KtR għaċ-Ċittadinanza, il-Governanza u l-Affarijiet Istituzzjonali u Esterni (CIVEX) dwar it-triq ’il quddiem għall-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa. Għall-mexxejja lokali u reġjonali, il-kriżi attwali tagħmilha aktar urġenti li l-Unjoni Ewropea taħdem fuq kif tista’ ssir aktar effettiva, demokratika u eqreb lejn iċ-ċittadini. Il-KtR jilqa’ b’sodisfazzjon il-pożizzjoni tal-Kunsill li ħarġet fl-24 ta’ Ġunju bħala pass importanti biex nimxu ’l quddiem, peress li din tiftaħ it-triq għan-negozjati dwar il-governanza, il-kontenut u l-istruttura tal-Konferenza. Iżda l-Kumitat iħeġġeġ ukoll li l-ħidma tibda hekk kif is-sitwazzjoni pandemika tippermetti. Is-Sinjura Bischoff tenniet li l-mexxejja lokali u reġjonali għandhom jaqdu rwol importanti f’dan il-proċess. 
Informazzjoni relatata