Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) għandu 329 membru li jirrappreżentaw l-awtoritajiet lokali u reġjonali minn kull wieħed mis-27 Stat Membru tal-UE. Huma jiltaqgħu f’sessjoni plenarja fi Brussell bejn 5 u 6 darbiet fis-sena biex jiddiskutu l-prijoritajiet politiċi u jadottaw opinjonijiet dwar il-leġislazzjoni tal-UE.
Il-membri jridu jkunu eletti b’mod demokratiku u/jew ikollhom mandat politiku f’pajjiżhom. Kull gvern nazzjonali jipproponi r-rappreżentanti reġjonali u lokali tiegħu (membri u sostituti) – delegazzjonijiet nazzjonali – li jeħtieġ li jiġu approvati mill-Kunsill tal-UE.
F’April 2019, il-Bureau adotta strateġija bil-għan li l-parteċipazzjoni tal-membri tal-KtR jkollha bilanċ bejn il-ġeneri.
Il-membri ma jirċievu l-ebda remunerazzjoni mill-KtR. Madankollu,
fil-kuntest tal-laqgħat tal-KtR jew missjonijiet debitament approvati,
il-membri jiġu rimborżati għall-ispiża reali tal-biljetti tat-trasport
tagħhom u jirċievu indennizzi biex ikopru l-ispejjeż kollha tagħhom matul
il-vjaġġ u fil-post tal-laqgħa. Aktar informazzjoni tinstab hawn
.
Il-membri tal-KtR jiġu raggruppati skont l-affiljazzjoni politika tagħhom –
– u l-oqsma ta’ interess – il-kummissjonijiet.