Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Merħba fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni  

​Il-Mandat il-Ġdid

Il-membri u s-sostituti tal-KtR jinħatru għal ħames snin, li huwa t-tul ta’ mandat tal-KtR. Il-mandat li jmiss jibda fis-26 ta’ Jannar 2020 u jasal fi tmiemu fil-25 ta’ Jannar 2025. Fil-bidu ta’ mandat ġdid jiġu maħtura l-membri kollha tal-KtR u jiġu stabbiliti mill-ġdid il-korpi kollha, inkluż il-Bureau, il-kummissjonijiet, il-gruppi ta’ ħidma u l-gruppi interreġjonali. Il-President il-ġdid, l-ewwel viċi president ġdid u l-Bureau l-ġdid jiġu eletti mill-membri li jiltaqgħu għall-ewwel sessjoni plenarja.

Il-KtR fil-qosor

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni huwa l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti lokali u reġjonali. Sa mill-1994, il-missjoni tiegħu kienet li jirrappreżenta u jippromovi l-interessi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-qafas tal-proċess Ewropew tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Mis-sede tiegħu fi Brussell, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni ta kontribut sabiex tkun żgurata għaqda dejjem aktar mill-qrib bejn il-pajjiżi u t-territorji Ewropej, fejn id-deċiżjonijiet jittieħdu kemm jista' jkun qrib iċ-ċittadini Ewropej, b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.

Ir-rwol tal-membri tal-KtR

Il-membri tal-KtR jiltaqgħu f’sessjoni plenarja fi Brussell sabiex jiddiskutu u jadottaw opinjonijiet, rapporti u riżoluzzjonijiet. Għall-plenarja jiġu mistiedna MEPs, Kummissarji Ewropej, membri tal-Kunsill u rappreżentanti tal-presidenza tal-UE sabiex jiddiskutu kwistjonijiet ta’ importanza partikolari għar-reġjuni u l-bliet.

Il-membri jipparteċipaw fil-ħidma tal-kummissjonijiet tematiċi tal-KtR, u jistgħu jinħatru bħala relaturi biex jabbozzaw l-opinjonijiet.

 

Il-138 Sessjoni Plenarja

Is-sessjoni plenarja ta’ Frar 2020 se tkun is-sessjoni inawgurali għas-seba’ mandat tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u se tiġi organizzata b’mod differenti minn sessjoni plenarja ordinarja.

L-ewwel parti, tat-Tlieta waranofsinhar, 11 ta’ Frar, se tkun iddedikata għall-installazzjoni formali tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) u għall-adozzjoni tal-aġenda u r-regoli elettorali.

Wara, il-laqgħa tiġi aġġornata ħalli l-gruppi politiċi u d-delegazzjonijiet nazzjonali jkollhom laqgħat ta’ tħejjija.

Is-sessjoni plenarja ta’ filgħodu tal-Erbgħa 12 ta’ Frar se tkun iddedikata għall-elezzjonijiet tal-president, l-ewwel viċi president, il-viċi presidenti l-oħra u l-membri l-oħra tal-Bureau.

Wara l-laqgħa inizjali tal-Bureau l-ġdid tal-KtR, is-sessjoni plenarja se tkompli fis-2.30 p.m. biex ikollha diversi diskussjonijiet politiċi, inkluż dibattitu dwar il-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa bil-parteċipazzjoni tas-Sinjura Dubravka Šuica, Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli għad-Demokrazija u d-Demografija. L-Assemblea Plenarja se tiddiskuti wkoll u tivvota dwar ir-riżoluzzjonijiet u l-opinjonijiet elenkati hawn taħt.

L-istabbiliment tal-kummissjonijiet il-ġodda se jsi​r nhar il-Ħamis filgħodu, 13 ta’ Frar.


Contact:
Contact Person: Registry
Organizer: Registry

Related Press Releases

Related Press Releases
Ikkondividi :
 
Informazzjoni relatata