Avvenimenti  
Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) huwa l-post fi Brussell fejn jiltaqgħu r-reġjuni u l-bliet tal-Ewropa. Nilqgħu madwar 50 000 viżitatur fis-sena, li jipparteċipaw fl-avvenimenti prinċipali għall-esperti tal-KtR jew f'waħda mill-mitejn konferenza ospitati u organizzati mir-reġjuni, il-bliet jew l-assoċjazzjonijiet.