Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Konsultazzjoni bil-miktub tal-partijiet interessati: Unjoni ta’ Ugwaljanza: Strateġija dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2020-2025  

_____________

 

Relatur: Concepción Andreu Rodríguez (ES/PSE)

President tal-Komunità Awtonoma ta’ La Rioja

_____________

 

Kuntest ġenerali

Fil-5 ta' Marzu 2020, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat l-Istrateġija tagħha ta' ugwaljanza bejn is-sessi fl-Ewropa.

L-għan tal-Istrateġija huwa li tinbena Ewropa li tiggarantixxi l-ugwaljanza bejn is-sessi, fejn il-vjolenza sessista, id-diskriminazzjoni sesswali u l-inugwaljanzi strutturali bejn in-nisa u l-irġiel ikunu xi ħaġa tal-passat.

L-Istrateġija tirreferi wkoll għall-kuntest ta' din is-sena, il-25 anniversarju minn mindu ġiet adottata d-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing kif ukoll għall-Għanijiet ta Żvilupp Sostenibbli, b'mod speċjali l-Għan Nru 5.

Waqt il-laqgħa tagħha tad-9 ta' Lulju 2020, il-Kummissjoni SEDEC ser tadotta l-abbozz ta' opinjoni dwar “Unjoni ta' Ugwaljanza: Strateġija dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2020-2025", li r-relatur tagħha hija Concepción Andreu Rodríguez (ES/PSE).

L-għan prinċipali tal-Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni ser ikun li jiġu definiti l-opportunitajiet u l-isfidi li jiffaċċjaw l-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-UE permezz tal-miżuri politiċi previsti fl-Istrateġija Ewropea.

L-Istrateġija la tirrikonoxxi u lanqas ssemmi r-rwol taċ-ċittadini u r-reġjuni bħala awturi prinċipali fil-miżuri relatati mal-ugwaljanza bejn is-sessi; għalhekk, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni għandu jinsisti li l-gvernijiet lokali u reġjonali jiġu rikonoxxuti bħala msieħba strateġiċi fit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-Istrateġija, peress li minħabba l-kompetenzi tagħhom, dawn diġà jiżvolġu ħidma importanti fir-rigward tal-ugwaljanza bejn is-sessi.


L-għanijiet tal-konsultazzjoni

Bil-għan li jitqiesu l-pożizzjonijiet differenti u tiġi arrikkita l-Opinjoni, waqt li tiġi inkluża l-perspettiva reġjonali, lokali u dik tal-assoċjazzjonijiet u organizzazzjonijiet li jaħdmu fil-qasam tal-ġeneru, ir-relatur tixtieq, flimkien miegħek, tindirizza numru ta' kwistjonijiet permezz ta' konsultazzjoni bil-miktub li għandha titwettaq bl-appoġġ tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni.  

Il-konsultazzjoni tiffoka fuq il-mistoqsijiet li ġejjin li s-Sinjura Andreu Rodríguez tixtieqek twieġeb billi tibgħat messaġġ lil sedec@cor.europa.eu qabel it-22 ta' Mejju 2020.

  • Taħseb li l-Istrateġija tal-Kummissjoni Ewropea tinkludi l-prijoritajiet tematiċi ewlenin tal-politiki tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi matul il-ħames snin li ġejjin? Jekk le, liema prijoritajiet tematiċi ġodda żżid kieku?
  • Liema huma l-istrutturi, il-mezzi u l-forom ta' kooperazzjoni biex tiġi integrata id-dimensjoi tal-ġeneru fil-politiki kollha? Liema taħseb li jistgħu jiġu żviluppati mill-awtoritajiet lokali u reġjonali? Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni kif jista' jipparteċipa f'din il-kooperazzjoni?
  • Taħseb li l-Istrateġija għandha tkun aktar relatata mill-qrib ma' wħud mill-prijoritajiet tematiċi l-oħra stabbiliti mill-Kummissjoni attwali, bħall-Aġenda Diġitali u l-Patt Ekoloġiku Ewropew? Kif nistgħu niżguraw li l-ugwaljanza bejn is-sessi tiġi integrata b'mod aktar b'saħħtu fl-istrateġiji u l-proċessi ta' politika importanti għall-futur tal-UE, inklużi l-politiki ekonomiċi u baġitarji?
  • Taħseb li huwa neċessarju li jiġu applikati metodoloġiji ta' valutazzjoni tal-impatt f'termini ta' ġeneru fil-QFP 2021-2027, fis-Semestru Ewropew u fil-baġits annwali nazzjonali, reġjonali u lokali? Taħseb li l-indikaturi proposti fl-Istrateġija huma utli u suffiċjenti?
  • Taħseb li l-pandemija tal-COVID ser ikollha impatt partikolari fuq id-dimensjoni tal-ġeneru (it-telexogħol u l-kura, il-kura tas-saħħa, eċċ.)? Jekk iva, liema huma l-oqsma li ser jintlaqtu?
  • Taħseb li huwa meħtieġ li jiġu enfasizzati xi punti, miżuri, indikaturi, prattiki tajba jew proposti fir-rigward tal-ġeneru?
  • Kif għandu jkun l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-pjattaformi u l-istrumenti previsti fl-Istrateġija, bħat-Task Force għall-Ugwaljanza, il-Programm ta' Tagħlim Reċiproku jew il-Pjattaforma ta' Karti dwar id-Diversità?

_____________



Contact:
Contact Person: Valeria Satta
Organizer: SEDEC Secretariat
Ikkondividi :
 
Informazzjoni relatata
Test għall-konsultazzjonijiet bil-miktub mal-partijiet interessati: Unjoni ta Ugwaljanza: Strateġija dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2020-2025
Avvenimenti relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/EVENTS/PAGES/WORLD-CHILDREN-DAY-PROTECTING-EMPOWERING-MIGRANT-REFUGEE-CHILDREN.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/EVENTS/PAGES/SEDEC-WSC-UNION-EQUALITY.ASPX

World Children’s Day: the role of local authorities in protecting and empowering migrant and refugee children
World Children’s Day: the role of local authorities in protecting and empowering migrant and refugee children

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/EVENTS/PAGES/18TH-SEDEC-COMMISSION-MEETING.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/EVENTS/PAGES/SEDEC-WSC-UNION-EQUALITY.ASPX

18th SEDEC commission meeting (mandate VII)
18th SEDEC commission meeting (mandate VII)

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/EVENTS/PAGES/STAKEHOLDER-CONSULTATION-STOPPING-GENDER-BASED-VIOLENCE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/EVENTS/PAGES/SEDEC-WSC-UNION-EQUALITY.ASPX

Open stakeholder consultation on CoR opinion on stopping gender-based violence – cities and regions leading the way
Open stakeholder consultation on CoR opinion on stopping gender-based violence – cities and regions leading the way

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/EVENTS/PAGES/OPENING-CONFERENCE-FOSTERING-WOMEN-LEADERSHIP-CHANGING-WORLD.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/EVENTS/PAGES/SEDEC-WSC-UNION-EQUALITY.ASPX

Opening of the Committee of the Regions Conference "From local to global: fostering women's leadership in a changing world"
Opening of the Committee of the Regions Conference "From local to global: fostering women's leadership in a changing world"

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/EVENTS/PAGES/RISE-OF-WOMEN-IN-CULTURE-IN-WESTERN-BALKANS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/EVENTS/PAGES/SEDEC-WSC-UNION-EQUALITY.ASPX

„Rise of Women in culture in the Western Balkans“
„Rise of Women in culture in the Western Balkans“