Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
CoR MOOC 2018: Make the most of EU resources for your region and city  
Il-kors onlajn miftuħ massiv (MOOC) il-ġdid tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) se jkun online fil-15 ta’ Jannar 2018.
 
Il-KtR huwa l-ewwel korp tal-UE li se jkun żviluppa u wassal żewġ korsijiet onlajn miftuħin massivi dwar “Ir-reġjuni tal-UE, l-istituzzjonijiet tal-UE u t-tfassil ta’ politika” (2015) u “Il-baġit tal-UE u finanzjament għar-reġjuni u l-bliet” (2016), li laħqu iktar minn 15 000 parteċipant minn madwar id-dinja. Filwaqt li jibni fuq din l-esperjenza ta’ suċċess, il-KtR qed iniedi t-tielet MOOC li jiffoka fuq “Kif isir l-aħjar użu tar-riżorsi tal-UE għar-reġjuni u l-bliet”. Il-kors onlajn miftuħ massiv se jipprovdi informazzjoni rilevanti dwar il-preżent u l-futur tal-politiki u l-programmi tal-UE, kif ukoll għodod prattiċi u eżempji ta’ opportunitajiet ta’ finanzjament disponibbli fil-livell reġjonali u lokali.
 
Il-kors ser jkun disponibbli fuq Iversity, pjattaforma ta’ tagħlim onlajn, u se jinkludi skedi informattivi, infografika u filmati, dibattiti b’xandira diretta fuq l-internet b’domandi u tweġbiet mill-parteċipanti tal-kors. Barra minn hekk, dawk li se jsegwu l-kors se jkunu jistgħu jinteraġixxu permezz tal-ġurnali tat-tagħlim tagħhom fil-pjattaforma tal-kors. Matul l-ewwel sitt ġimgħat (mill-15 ta’ Jannar sat-23 ta’ Frar 2018), dawk li jsegwu l-kors se jiffokaw fuq tema waħda speċifika fil-ġimgħa u se jevalwaw il-progress tat-tagħlim tagħhom permezz ta’ assenjazzjonijiet u kwiżż kull ġimgħa. It-tul ta’ ħin ta’ studju se jkun ta’ madwar siegħa u nofs fil-ġimgħa. Il-materjal tal-kors se jibqa’ disponibbli fuq onljan għal sena.
 
Il-kors huwa maħluq flimkien ma’ diversi Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea – Politika Reġjonali u Urbana; Baġit; Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni; Agrikoltura u Żvilupp Rurali; Eurostat – kif ukoll il-Bank Ewropew tal-Investiment, Interreg Europe u URBACT.
 
Il-kors huwa bla ħlas, miftuħ għal kull min hu interessat fl-affarijiet tal-UE, u dawk reġjonali u lokali, u huwa aċċessibbli minn fuq kull apparat.

 

Jekk jogħġbok irreġistra hawnhttps://cor.iversity.org/​​
 

 


Contact:
Organizer: European Committee of the Regions
Ikkondividi :