Il-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet  

event logo

​Dis-sena #EURegionsWeek se tilqa' għadd akbar ta' parteċipanti, li huma mistednin biex, mid-9 sat-12 ta' Ottubru 2023, jieħdu sehem f'sessjonijiet wiċċ imb 

wiċċ u jżuru wirjiet fis-sede tagħna fi Brussell.

Jekk tixtieq tkun parti mill-#EURegionsWeek żur is-sit web.

Nistennew bil-ħerqa li tipparteċipa fil-21 edizzjoni tal-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet!​

Erġa’ ara s-sessjonijiet tal-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet 2022!

Taqsimiet

X'j​iġri fil-​​​fatt?

Il-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet (#EURegionsWeek) hija l-akbar avveniment annwali ddedikat għall-politika reġjonali. Matul dan l-avveniment annwali fuq erbat ijiem, ir-reġjuni u l-bliet juru l-kapaċità tagħhom li joħolqu t-tkabbir u l-impjiegi, jimplimentaw il-politika ta' koeżjoni tal-Unjoni Ewropea, u jagħtu prova tal-importanza tal-livell lokali u reġjonali għal governanza Ewropea tajba.

Sa mill-ewwel edizzjoni tiegħu fl-2003, l-avveniment kiber u sar pjattaforma unika ta' komunikazzjoni u networking, li tlaqqa' flimkien reġjuni u bliet mill-Ewropa kollha, inklużi r-rappreżentanti politiċi, l-uffiċjali, l-esperti u l-akkademiċi tagħhom. Permezz ta' EURegionsWeek, twettqet ħafna ħidma biex tippromovi l-mod kif ir-reġjuni u l-bliet jużaw il-fondi tal-UE biex itejbu l-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini.

F'Ottubru, aktar minn 10 000 parteċipant – inklużi aktar minn 1 000 kelliem minn madwar l-Ewropa kollha u lil hinn minnha – se jieħdu sehem fi programm estensiv ta' konferenzi, wirjiet u avvenimenti ta' networking dwar l-iżvilupp reġjonali u lokali. Il-programm jiġi adattat kull sena skont il-kuntest speċifiku tal-aġenda tal-UE. Il-parteċipazzjoni fl-avveniment hija b'xejn.

Għaliex il-ħti​​eġa ta' ġimgħa għar-reġjuni u l-bliet?

Ir-reġjuni u l-bliet huma involuti fit-tfassil tal-biċċa l-kbira tal-politiki tal-UE. L-awtoritajiet pubbliċi sottonazzjonali fl-UE huma responsabbli għal terz tal-infiq pubbliku (EUR 2 100 biljun fis-sena) u żewġ terzi tal-investiment pubbliku (madwar EUR 200 biljun), fejn dawn tal-aħħar ta' spiss iridu jintużaw b'konformità mad-dispożizzjonijiet legali tal-UE.

Kif beda dan ​​l-avveniment?

Fl-2003, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali, stieden rappreżentanzi reġjonali u lokali għall-Unjoni Ewropea bbażati fi Brussell biex jiftħu l-bibien tagħhom fl-istess żmien, bħala parti minn kunċett komuni ta' “Jiem għall-Pubbliku". Matul is-snin, l-inizjattiva żviluppat f'avveniment annwali ewlieni li jinvolvi l-Kummissjoni Ewropea u partijiet interessati oħra. Fl-2016, ingħata l-isem ġdid “Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet", u ma baqħetx tintuża r-referenza għal “Jiem għall-Pubbliku". Dan sar biex tiġi evitata konfużjoni mal-avvenimenti annwali ta' “Bibien miftuħa / Jum għall-Pubbliku" organizzati kull sena fi Brussell f'Mejju mill-istituzzjonijiet kollha tal-UE b'rabta ma' Jum l-Ewropa, kif ukoll ma' avvenimenti simili organizzati mir-Rappreżentanzi tal-Kummissjoni fl-Istati Membri fl-istess okkażjoni.

Min huma l-organ​​izzaturi?

Il-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet hija koorganizzata mill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) u mid-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana tal-Kummissjoni Ewropea (DĠ REGIO). Kmieni fis-sena, ġeneralment f'Jannar, titnieda sejħa għal imsieħba. Wara s-sejħa, jintgħażlu msieħba mill-Ewropa kollha: reġjuni u bliet, l-iżjed imqassmin f'konsorzji b'temi kondiviżi (sħubijiet reġjonali), kumpaniji, istituzzjonijiet finanzjarji, assoċjazzjonijiet internazzjonali jew organizzazzjonijiet akkademiċi. L-imsieħba huma mitlubin jorganizzaw seminars dwar kwistjonijiet ta' interess komuni, ħafna drabi relatati mal-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u programmi oħrajn tal-UE.

Kif inhu strutturat il-​​programm?

Il-programm jitfassal fuq slogan ewlieni u għadd ta' temi sekondarji. Is-sessjonijiet jiġu organizzati minn tliet kategoriji ta' msieħba: 1) reġjuni jew bliet; 2) imsieħba istituzzjonali tal-UE; u 3) kumpaniji, istituzzjonijiet finanzjarji u assoċjazzjonijiet lokali u Ewropej. ​

Min jattendi l-Ġ​​imgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet?

L-udjenza hija interessata b'mod speċifiku fil-politika reġjonali u urbana, u għalhekk tkun magħmula l-iżjed minn uffiċjali fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u dak tal-UE. Il-parteċipant tipiku huwa minn amministrazzjoni reġjonali jew lokali.

X'inhu l-impatt tal-Ġim​​għa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet?

L-impatt tal-avveniment ġie evalwat b'mod sistematiku mill-bidu nett. Il-parteċipanti enfasizzaw b'mod partikolari s-siwi tal-informazzjoni miksuba mill-istituzzjonijiet tal-UE b'rabta mal-ġestjoni professjonali tagħhom tal-fondi tal-UE, u n-networking ma' kollegi minn pajjiżi oħrajn. L-importanza ta' dan l-avveniment toħroġ ukoll mill-fatt li għandu impatt sostanzjali fil-midja. Għal numru ta' snin issa, 'il fuq minn 300 ġurnalist mill-Ewropa kollha, involuti fil-qasam tal-mezzi tax-xandir stampati, ir-radju, it-televiżjoni u l-midja online jiġu Brussell biex ikopru dan l-avveniment.

Kif tapplika bħala ​​​msieħeb?

L-applikazzjonijiet ġeneralment jiftħu fl-aħħar ta' Jannar ta' kull sena. Ara s-sit web tal-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet, fit-taqsima tal-imsieħba, għal aktar informazzjoni dwar kif tapplika.

Kif tapplika bħ​​ala parteċipant?

Ara s-sit web tal-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet għal aktar informazzjoni dwar kif tirreġistra bħala parteċipant fl-avveniment, ir-reġistrazzjonijiet jiftħu fis-sajf.

Kif tinkiteb għall-b​ullettin?

Inkiteb biex tirċievi l-bullettin tal-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet.​


Avvenimenti li saru fil-passat

Avvenimenti li saru fil-passat​​

Podcasts

Episode 5: EU stands with refugees

 

​Since February 2022, over seven million refugees left the Ukrainian territory, with a large amount finding shelter in Poland. How do Polish cities manage to integrate those citizens? Does the initial solidarity of the local population lasts? Being the Mayor of Łódź since 2010, Hanna Zdanowska, this episode's guest, explains the dynamics, the current state of affairs and talks about the benefits of having more people living in the city.​

Ara aktar

  • Episode 5: EU stands with refugees
    Episode 5: EU stands with refugees
  • Episode 4: Voices of You(th)
    Episode 4: Voices of You(th)
  • Episode 3: The EU's geography of discontent
    Episode 3: The EU's geography of discontent
  • "Local Solutions - Rural Depopulation w/ Angela Gimeno, Stefania Crotta & Enda Stenson"
    "Local Solutions - Rural Depopulation w/ Angela Gimeno, Stefania Crotta & Enda Stenson"
  • Episode 2: Green EUtopia VS Energy Crisis (07/11/2022)
    Episode 2: Green EUtopia VS Energy Crisis (07/11/2022)
  • Episode 1: Cohesion Policy - Put the money where EU’s mouth is (26/10/2022)
    Episode 1: Cohesion Policy - Put the money where EU’s mouth is (26/10/2022)

Multimedia

Opening Session

 

Ara aktar

  • Opening Session
    Opening Session
  • Europe's cohesion: building together the future of the EU
    Europe's cohesion: building together the future of the EU
  • Europe's cohesion: making the EU deliver for people
    Europe's cohesion: making the EU deliver for people
  • Europe's cohesion: a key for social progress
    Europe's cohesion: a key for social progress
  • Good morning regions: episode #1
    Good morning regions: episode #1
  • Good morning regions: episode #2
    Good morning regions: episode #2
  • Good morning regions: episode #3
    Good morning regions: episode #3
  • Good morning regions: episode #4
    Good morning regions: episode #4
  • EU Regions Week - Be part of it - Register!
    EU Regions Week - Be part of it - Register!
  • Framing the Circular Economy as an EU recovery opportunity
    Framing the Circular Economy as an EU recovery opportunity
  • Cohesion & Recovery to improve citizens daily lives
    Cohesion & Recovery to improve citizens daily lives
  • A summer street programme to give back the streets to citizens
    A summer street programme to give back the streets to citizens
  • Improving public health services in cross-border territories
    Improving public health services in cross-border territories
  • How green cities lead the way to European recovery?
    How green cities lead the way to European recovery?
  • Putting citizens first: EU cities & regions boosting digital solutions in recovery
    Putting citizens first: EU cities & regions boosting digital solutions in recovery

Segwina

Kuntatt

Ikkondividi:
 
Back to top