eTranslation 

Sistema ta’ traduzzjoni online affidabbli tal-UE għas-servizz tiegħek   

Għandek bżonn tittraduċi minnufih xi testi u dokumenti? Tixtieq ikollok aċċess għal għodda għat-traduzzjoni Ewropea mingħajr periklu u sigura, u li jkollok ħarsa ġenerali tat-traduzzjonijiet tiegħek kull ħin u kullimkien?

Issa hemm soluzzjoni sempliċi ħafna: għodda għat-traduzzjoni awtomatika. It-traduzzjoni awtomatika tuża software jew network newrali artifiċjali minflok tradutturi biex tittraduċi test jew dokumenti minn lingwa għal oħra.​


Taqsimiet

It-traduzzjoni awtomatika hija għodda online tajba u utli ħafna li tgħinek tifhem il-kontenut ta’ test kull ħin u kullimkien. Madankollu, kun af li għalkemm din it-teknoloġija għamlet passi kbar matul is-snin, ir-riżultati li tagħti huma biss traduzzjoni mhux ipproċessata, li l-kwalità u l-preċiżjoni tagħha jistgħu jvarjaw skont it-tip ta’ test u l-par tal-lingwi.

Diġà hemm diversi soluzzjonijiet bħal dawn fis-suq. Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni għażel l-eTranslation – l-applikazzjoni adattata għall-UE – u jużaha b’suċċess biex joffri traduzzjoni awtomatika tal-Aħbarijiet u l-Avvenimenti meta ma tkun disponibbli l-ebda traduzzjoni uffiċjali.

Kompli aqra biex issir taf kif tista’ tuża l-eTranslation b’mod faċli u sikur fix-xogħol tiegħek ta’ kuljum.

eTranslation: x’inhi ?

eTranslation hija għodda għat-traduzzjoni awtomatika newrali kompletament mingħajr ħlas, faċli biex tintuża u sigura, li għandha l-għan li tqarreb l-informazzjoni relatata mal-UE lejn in-nies fil-lingwa preferuta tagħhom. Permezz tagħha, tista’ tittraduċi awtomatikament testi u dokumenti sħaħ fi ftit klikks biss. U dan f’kull waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE kif ukoll f’xi lingwi oħra.

L-applikazzjoni eTranslation, li ġiet żviluppata mill-Kummissjoni Ewropea, tirrappreżenta waħda mill-applikazzjonijiet tat-traduzzjoni awtomatika l-aktar preċiżi u effiċjenti fis-suq. F’Awwissu 2021, kien hemm kważi 90 proġett konnessi b’mod attiv mal-eTranslation, u dan in-numru qiegħed dejjem jiżdied.

​​​​​​​Kif taħdem?

Id-dettalji tekniċi tal-applikazzjoni huma kumplessi ħafna, iżda l-użu tagħha huwa pjuttost dirett u sempliċi ħafna.

Kulma għandek bżonn hu:

U issa tista’ tibda tittraduċi.

Jekk m’għandekx EU Login, tista’ toħloq wieħed fuq il-paġna web iddedikata tal-EU Login u tista’ ntiżżel l-app tal-EU Login mill-App Store u Google Play.

Min ser jużaha?​

Kull min għandu profil tal-EU Login jista’ juża l-eTranslation. L-applikazzjoni hija r-riżultat tal-isforzi tal-Kummissjoni Ewropea li riedet tikkomunika aħjar il-ħidma tagħha lin-nies tal-UE billi toffri kontenut fil-lingwi preferuti tagħhom.

Barra minn hekk, is-sistema hija disponibbli wkoll għall-impjegati ta’ amministrazzjonijiet pubbliċi oħra fl-UE. Għal aktar informazzjoni żur il-paġna web Machine translation for public administrations (Traduzzjoni awtomatika għall-amministrazzjonijiet pubbliċi).

Kemm tiswa?​

​L-użu tal-eTranslation huwa kompletament mingħajr ħlas.

Fejn u meta nista’ nużaha?

eTranslation hija għodda online disponibbli l-ħin kollu.

Kif nista’ nibda?​

  1. EU Login 
    EU Login

    Oħloq kont ġdid jew uża wieħed eżistenti​

  2. man in front of screen 
    ​Profil tal-eTran​slation​

    Oħloq il-profil tiegħek billi tuża l-istess indirizz elettroniku bħal ​dak tal-kont tal-EU Login

  3. laptop and flags 
    Regional and Local Authorities

    Agħżel dan it-tip ta’ utent fil-paġna ta’ merħba

  4. documents 
    Ibda t-traduzzjonijiet tiegħek

    Ittraduċi testi sempliċi jew dokumenti sħaħ

Dikjarazzjoni ta’ ċaħda tar-responsabbiltà

L-informazzjoni f’din il-paġna hija għall-informazzjoni biss u l-KtR ma jiggarantixxix il-kwalità u l-preċiżjoni tat-traduzzjonijiet miksuba permezz tal-eTranslation. Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok ikkonsulta l-Politika lingwistika u l-Avviż legali tagħna.




Ikkondividi :
 
Back to top