Il-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokal 

L-Ambaxxaturi tal-Patt Klimatiku   

Il-Patt Ekoloġiku Ewropew huwa l-istrateġija l-ġdida għat-tkabbir bil-kompitu li jmexxi lill-UE lejn in-newtralità klimatika sal-2050. Il-Patt Ekoloġiku Ewropew jinvolvi bidliet kbar f'diversi setturi fil-livelli kollha: mill-klima għall-enerġija, mit-trasport għall-protezzjoni tal-bijodiversità, mill-agrikoltura għal ekonomija aktar ċirkolari. Kull belt u reġjun għalhekk għandu jkun parti minn din l-opportunità storika, billi jieħu sehem b'mod proattiv f'mekkaniżmi ta' governanza f'diversi livelli f'kooperazzjoni mal-gvernijiet nazzjonali u l-UE, mhux l-inqas mar-reġjuni ġirien madwar il-kontinent.
Taqsimiet

L-għanijiet tagħna​

Il- Patt Klimatiku Ewropew għandu rwol deċiżiv fl-implimentazzjoni sħiħa tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. Huwa jfittex li joħloq pjattaforma miftuħa u inklużiva li biha ċ-ċittadini u l-komunitajiet jiġu involuti f'azzjoni għall-klima u l-ambjent tagħna. Il-Patt Klimatiku se jiffoka fuq it-tixrid tal-għarfien u l-appoġġ tal-azzjoni, sabiex jgħaqqad u jiżviluppa b'mod kollettiv u jimplimenta soluzzjonijiet klimatiċi, kbar u żgħar.

Il-KtR qed jaħdem mal-Kummissjoni Ewropea biex il-Patt Klimatiku jkun suċċess. L-iskema tal- Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali hija inizjattiva ġdida tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni li għandha l-għan li tqiegħed il-bliet u r-reġjuni fil-qalba tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tiżgura li kemm l-istrateġija tal-UE għat-tkabbir sostenibbli kif ukoll il-pjani ta' rkupru mill-COVID‑19 jissarrfu f'finanzjament dirett għall-bliet u r-reġjuni u proġetti tanġibbli għal kull territorju. Il-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali huwa magħmul minn grupp ta' ħidma u għadd ta' attivitajiet ta' komunikazzjoni.

F'dan l-ambitu , il-KtR nieda sejħa għal Ambaxxaturi tal-Patt Klimatiku tal-KtR għall-membri biex jippromovu b'mod attiv il-Patt Ekoloġiku fl-oqsma tagħhom permezz ta' attivitajiet politiċi u l-aħjar prattiki. L-Ambaxxaturi se jipprovdu wkoll feedback perjodiku dwar l-effettività tal-politiki tal-UE fuq il-post u jippromovu l-integrazzjoni vertikali. Il-membri kollha tal-KtR jistgħu japplikaw hawnhekk biex isiru Ambaxxaturi tal-KtR għall-Patt Klimatiku.

Ladarba jintgħażlu, l-Ambaxxaturi tal-Patt Klimatiku tal-KtR se jingħaqdu man-network tal-Ambaxxaturi tal-Patt Klimatiku ġestit mill-Kummissjoni Ewropea, jiġu rikonoxxuti bħala Ambaxxaturi, jiksbu viżibbiltà għall-azzjoni klimatika tagħhom fuq is- sit web tal-Patt u jkollhom aċċess għal għodod ta' komunikazzjoni (Kit ta' komunikazzjoni tal-Patt ser ikun disponibbli fl-2021). Dawn se jsiru emissarji tal-klima, jitkellmu f'avvenimenti internazzjonali u jħeġġu lill-irħula, il-bliet u r-reġjuni biex isiru minn ta' quddiem fl-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew permezz tal-organizzazzjoni ta' Avvenimenti Satellitari tal-Patt Klimatiku fil-livell lokali. Huma se jirrapportaw ukoll lura lill-grupp ta' ħidma “Il-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali" dwar l-esperjenzi, l-aħjar prattiki u l-kwistjonijiet li josservaw fil-prattika.

Is-sejħa għall-Ambaxxaturi tal-Patt Klimatiku tal-KtR hija waħda mill-azzjonijiet ewlenin tal-KtR għall-Patt Klimatiku.

Il-KtR jappoġġja wkoll diversi inizjattivi mmirati lejn it-tisħiħ tal-potenzjal tal-membri tal-KtR, kif ukoll ta' awtoritajiet lokali u reġjonali oħrajn, biex ikunu minn ta' quddiem fi rwol ta' tmexxija lejn in-newtralità klimatika. Kull azzjoni klimatika, kull impenn favur il-klima, kull kisba klimatika hija kruċjali!

Jekk ikollok bżonn aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattjana!

Dokumenti

The CoR and the Green Deal

L-aħħar aħbarijiet

Avvenimenti

Avvenimenti futuri

Avvenimenti li saru fil-passat

Ikkondividi :
 
Back to top