Ċentru tad-Dokumentazzjoni  

Iċ-Ċentru tad-Dokumentazzjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) hu l-post fejn għandek tkun jekk qed tfittex informazzjoni dwar l-Ewropa mill-perspettiva taċ-ċittadini.

Taqsimiet

Is-servizzi tagħna

  • Aċċess faċli għall-għodda riċerkali online tal-librerija, Good Reading for You (GOORFY), b'
    • eluf ta' kotba u kotba elettroniċi, rivisti u gazzetti jew f'format elettroniku jew stampati;
    • l-aktar bażijiet ta' data avvanzati b'aġġornamenti fil-pront dwar l-UE u l-affarijiet lokali u barranin.
  • Spazju multimedjali kkulurit, kbir u bit-tagħmir kollu meħtieġ għad-dispożizzjoni tiegħek, li joffri PCs, tablets, konnessjoni tal-WIFI, faċilitajiet ta' Skype u stampaturi
  • Librar li lest jgħinek fit-tfittxija tiegħek għall-informazzjoni
  • Avvenimenti u dibattiti organizzati mil-librerija.

Għal min?

  • Kull min hu interessat fl-affarijiet tal-UE mill-perspettiva lokali, minn speċjalisti u riċerkaturi sa studenti universitarji
  • Il-membri tal-KtR u l-KESE (Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew), uffiċċji reġjonali, il-persunal tal-UE u t-trainees. 

Viżitaturi esterni, madankollu, jistgħu biss jikkonsultaw ix-xogħlijiet fuq il-post, għaliex mhumiex intitolati li jissellfu l-pubblikazzjonijiet. Iridu wkoll jikkuntattjaw lil-librerija l-ewwel qabel iż-żjara.

 ​

  

Informazzjoni prattika
Ibgħatilna email (nieħdu pjaċir nisimgħu mingħandek!)
Tel: +32 (0) 2 546 81 95

Ħinijiet ta' ftuħ
Mit-Tnejn sal-Ħamis: mid-9.00 san-12.30 u mis-13.30 sal-17:00
Il-Ġimgħa: mid-9:00-12:30

Indirizz
101 Rue Belliard - l-ewwel sular
B-1040 Brussell

Trasport pubbliku
Metro: Maelbeek jew Schuman (linji 1 u 5). Waqfa tal-karozza tal-linja: Parc Léopold.

Kuntatt

+32 (0) 2 546 81 95
Ikkondividi :
 
Back to top