Il-Futur tal-Ewropa  



F'dawn l-aħħar snin, il-gvernijiet u l-parlamenti fil-livelli kollha involvew liċ-ċittadini aktar ta' spiss fit-teħid ta' deċiżjonijiet parteċipatorju biex jittejbu l-kwalità, it-trasparenza u s-sjieda tal-politiki fil-livell lokali, nazzjonali u tal-UE. Saru eluf ta' djalogi u konsultazzjonijiet taċ-ċittadini dwar “il-futur tal-Ewropa" mill-Istati Membri tal-UE u l-istituzzjonijiet tal-UE, li ħadu l-impenn li jkomplu dan l-eżerċizzju fis-snin li ġejjin.

Flimkien mal-istituzzjonijiet tal-UE, il-KtR qed jaħdem fuq il-futur tad-djalogi u l-konsultazzjonijiet taċ-ċittadini, sabiex ikollhom format aktar permanenti u strutturat, flimkien ma' mekkaniżmu ta' feedback, u l-għan biex il-livell lokali jiġi inkluż aħjar fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE. Bi tħejjija għal dan il-mudell ġdid, il-KtR organizza sensiela ta' seminars bejn April u Ġunju 2019 ma' esperti minn gvernijiet reġjonali u lokali, gruppi ta' riflessjoni u fondazzjonijiet, u kollegi mill-istituzzjonijiet tal-UE. L-eżitu ta’ dawn is-seminars ikkontribwixxa biex jinġabar kompendju ta’ fehmiet ta’ politiċi, prattikanti u akkademiċi reġjonali. Ikklikkja hawnhekk​ biex tniżżlu u tiskopri aktar dwar kif l-aħjar tinvolvi liċ-ċittadini.


************


Flickr
Contact
Directorate for communication
Local events team
eulocal@cor.europa.eu​​
Lunch Time Seminars
 
Materials
 
Future of Europe campaign
 
Online survey/Mobile App
 
Twitter #Eulocal #FutureofEurope