Il-Futur tal-Ewropa 2020 

F'dawn l-aħħar snin, il-gvernijiet u l-parlamenti fil-livelli kollha involvew liċ-ċittadini aktar ta' spiss fit-teħid ta' deċiżjonijiet parteċipatorju biex jittejbu l-kwalità, it-trasparenza u s-sjieda tal-politiki fil-livell lokali, nazzjonali u tal-UE. Saru eluf ta' djalogi u konsultazzjonijiet taċ-ċittadini dwar “il-futur tal-Ewropa" mill-Istati Membri tal-UE u l-istituzzjonijiet tal-UE, li ħadu l-impenn li jkomplu dan l-eżerċizzju fis-snin li ġejjin.
Taqsimiet

L-għanijiet tagħna

Flimkien mal-istituzzjonijiet tal-UE, il-KtR qed jaħdem fuq il-futur tad-djalogi u l-konsultazzjonijiet taċ-ċittadini, sabiex ikollhom format aktar permanenti u strutturat, flimkien ma' mekkaniżmu ta' feedback, u l-għan biex il-livell lokali jiġi inkluż aħjar fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE. Bi tħejjija għal dan il-mudell ġdid, il-KtR organizza sensiela ta' seminars bejn April u Ġunju 2019 ma' esperti minn gvernijiet reġjonali u lokali, gruppi ta' riflessjoni u fondazzjonijiet, u kollegi mill-istituzzjonijiet tal-UE. L-eżitu ta' dawn is-seminars ikkontribwixxa biex jinġabar kompendju ta' fehmiet ta' politiċi, prattikanti u akkademiċi reġjonali. Ikklikkja hawnhekk  biex tniżżlu u tiskopri aktar dwar kif l-aħjar tinvolvi liċ-ċittadini.

L-aħħar aħbarijiet

Multimedia

It's about the future of Europe. Let's talk!

 

Ara aktar

  • It's about the future of Europe. Let's talk!
    It's about the future of Europe. Let's talk!
  • Future of Europe campaign - in a nutshell
    Future of Europe campaign - in a nutshell

Segwina

Kuntatt

Direttorat għall-Komunikazzjoni Tim tal-avvenimenti lokali
Ikkondividi:
 
Back to top