Reġjun Intraprenditorjali Ewropew (EER) 

Ir-Reġjun Intraprenditorjali Ewropew (EER) huwa proġett li jidentifika u jippremja lil dawk ir-reġjuni u l-bliet tal-UE li juru strateġija ta' politika intraprenditorjali mill-aqwa u innovattiva, irrispettivament mid-daqs, il-ġid jew il-kompetenzi tagħhom. Ir-reġjuni u l-bliet bl-iżjed pjan ta' viżjoni kredibbli, li jħares 'il quddiem u li huwa promettenti jingħataw it-tikketta "Reġjun Intraprenditorjali Ewropew" (EER) għal sena speċifika.

Taqsimiet

​​Dwar

It-tikketta tal-EER twaqqfet bi sħubija mal-Kummissjoni Ewropea u hija appoġġjata minn partijiet interessati fil-livell tal-UE, bħal SME United, Eurochambres, Social Economy Europe u EURADA. Hija miftuħa għal kwalunkwe organizzazzjoni li hija lesta li tikkontribwixxi għall-għanijiet tagħha.

Premju EER 2021-2022 

Il-Premju EER għall-2021-2022 ingħata lil dawn ir-reġjuni:

  • Il-Muniċipalità ta’ Castelo Branco (il-Portugall)
  • Il-Muniċipalità ta’ Gabrovo (il-Bulgarija)
  • Ir-Reġjun ta’ Helsinki-Uusimaa (il-Finlandja)
  • Il-Komunità ta’ Madrid (Spanja)
  • Provence-Alpes-Côte d’Azur (Franza)
  • Il-Provinċja ta’ Silesia (il-Polonja)

Premju EER – Kif tapplika

Eleġibbiltà

  • Miftuħ għat-territorji tal-Istati Membri kollha tal-UE, inklużi l-komunitajiet u l-bliet kif ukoll it-territorji transfruntiera b’personalità ġuridika bħar-REKT u l-Ewroreġjuni
  • B’kompetenzi fuq livell politiku (mhux neċessarjament leġiżlattivi)
  • Kapaċi jimplimentaw viżjoni intraprenditorjali globali
  • Irrispettivament mid-daqs, il-ġid jew il-kompetenzi speċifiċi tagħhom
  • Miftuħ għal territorji li diġà rnexxew u għal dawk li jimpenjaw ruħhom biex jimplimentaw il-bidliet meħtieġa

B’mod partikolari, inħeġġu lir-reġjuni transfruntiera japplikaw.

Dokumenti meħtieġa

  • Formola tal-applikazzjoni
  • Skeda informattiva dwar it-territorju li qed japplika
  • Deskrizzjoni ġenerali tal-viżjoni politika tar-reġjun
  • Deskrizzjoni tal-mekkaniżmu ta' governanza previst biex tiġi żgurata implimentazzjoni effiċjenti tal-azzjonijiet tal-EER
  • Pjan ta’ azzjoni
  • Pjan ta’ komunikazzjoni
  • Dikjarazzjoni ta' impenn politiku li turi li l-istrateġija tal-EER tat-territorju hija approvata mit-tmexxija politika tiegħu (eż. l-assemblea reġjonali, il-gvern reġjonali jew korpi politiċi awtorizzati oħrajn)

Proċedura tal-applikazzjoni

Il-ġurija li tieħu d-deċiżjoni tikkunsidra

  • il-baġit, l-isfidi strutturali jew territorjali speċifiċi u l-punt tat-tluq ekonomiku ta' kull applikant
  • il-preżentazzjoni ġenerali tal-pjan ta’ viżjoni tal-kandidat tal-EER

Għal aktar informazzjoni dwar kif tapplika, jekk jogħġbok ikkonsulta t-taqsima tad-dokumenti hawn taħt.

Ġurija

Il-ġurija hija magħmula minn tnax-il membru (esperti fil-qasam u politiċi) u hija magħmula minn rappreżentanti ta’ dawn li ġejjin:

Reġjuni EER

Lista tar-Reġjuni Intraprenditorjali Ewropej mill-2011 ’il hawn:

  • 2011 : Brandenburg (il-Ġermanja), il-Kontea ta’ Kerry (l-Irlanda) u r-Reġjun ta' Murcia (Spanja)
  • 2012 : il-Katalonja (Spanja), Helsinki-Uusimaa (il-Finlandja) u Trnava (ir-Repubblika Slovakka)
  • 2013 : Nord-Pas de Calais (Franza), id-Danimarka tan-Nofsinhar u Steiermark (l-Awstrija)
  • 2014 : ir-Reġjun Fjamming (il-Belġju), il-Marche (l-Italja) u l-Brabant tat-Tramuntana (in-Netherlands)
  • 2015 : Lisbona (il-Portugall), l-Irlanda ta' Fuq (ir-Renju Unit) u l-Komunità ta’ Valenzja (Spanja)
  • 2016 : Glasgow (ir-Renju Unit), il-Lombardia (l-Italja) u Małopolskie (il-Polonja)
  • 2017 : Extremadura (Spanja), l-Awstrija t’Isfel (l-Awstrija), il-Greċja tal-Punent (il-Greċja)
  • 2018 : il-Maċedonja Ċentrali (il-Greċja), Île-de-France (Franza) u r-Reġjun tat-Tramuntana u tal-Punent (l-Irlanda)
  • 2019 : l-Asturji (Spanja), Gelderland (in-Netherlands), it-Tessalija (il-Greċja)
  • 2020 : Gdansk u Pomorskie (il-Polonja), Gothenburg (l-Iżvezja), Navarra (Spanja)
  • 2021-2022 : il-Muniċipalità ta’ Castelo Branco (il-Portugall), il-Muniċipalità ta’ Gabrovo (il-Bulgarija), ir-Reġjun ta’ Helsinki-Uusimaa (il-Finlandja), il-Komunità ta’ Madrid (Spanja), Provence-Alpes-Côte d’Azur (Franza), il-Provinċja ta’ Silesia (il-Polonja)

Dokumenti

L-aħħar aħbarijiet

Multimedia

Entrepreneurial societies make resilient regions - European Entrepreneurial Region 2021

 

Ara aktar

  • Entrepreneurial societies make resilient regions - European Entrepreneurial Region 2021
    Entrepreneurial societies make resilient regions - European Entrepreneurial Region 2021
  • Gelderland, EER 2019
    Gelderland, EER 2019
  • Northern and Western Region of Ireland, EER 2018
    Northern and Western Region of Ireland, EER 2018
  • Central Macedonia Region, EER 2018
    Central Macedonia Region, EER 2018

Segwina

Kuntatt

Piotr Zajaczkowski, Kumitat tar-Reġjuni
Tel: +32 (0)2/282.24.01 eer-cdr@cor.europa.eu 
Share:
Back to top