Dwar
It-tikketta tal-EER twaqqfet bi sħubija mal-Kummissjoni Ewropea u hija appoġġjata minn partijiet interessati fil-livell tal-UE, bħal SME United, Eurochambres, Social Economy Europe u EURADA. Hija miftuħa għal kwalunkwe organizzazzjoni li hija lesta li tikkontribwixxi għall-għanijiet tagħha.
Sa mill-ħolqien tagħha fl-2010 'l hawn, it-tikketta EER ingħatat lil 39 reġjun u belt minn 17-il Stat Membru tal-UE.
It-tikketta EER għall-2023 ingħata lil dawn ir-reġjuni:
- Barċellona (Spanja)
- Penela (il-Portugall)
- Vorpommern (il-Polonja)
Premju EER – Kif tapplika
Eleġibbiltà
- Miftuħ għat-territorji tal-Istati Membri kollha tal-UE, inklużi l-komunitajiet u l-bliet kif ukoll it-territorji transfruntiera b’personalità ġuridika bħar-REKT u l-Ewroreġjuni
- B’kompetenzi fuq livell politiku (mhux neċessarjament leġiżlattivi)
- Kapaċi jimplimentaw viżjoni intraprenditorjali globali
- Irrispettivament mid-daqs, il-ġid jew il-kompetenzi speċifiċi tagħhom
- Miftuħ għal territorji li diġà rnexxew u għal dawk li jimpenjaw ruħhom biex jimplimentaw il-bidliet meħtieġa
B’mod partikolari, inħeġġu lir-reġjuni transfruntiera japplikaw.
Dokumenti meħtieġa
- Formola ta' applikazzjoni, li tikkonsisti minn:
- Skeda informattiva dwar it-territorju li qed japplika
- Deskrizzjoni ġenerali tal-viżjoni politika tar-reġjun
- Deskrizzjoni tal-mekkaniżmu ta' governanza previst biex tiġi żgurata implimentazzjoni effiċjenti tal-azzjonijiet tal-EER
- Pjan ta’ azzjoni
- Pjan ta’ komunikazzjoni
- Dikjarazzjoni ta' impenn politiku li turi li l-istrateġija tal-EER tat-territorju hija approvata mit-tmexxija politika tiegħu (eż. l-assemblea reġjonali, il-gvern reġjonali jew korpi politiċi awtorizzati oħrajn)
Proċedura tal-applikazzjoni
Il-ġurija li tieħu d-deċiżjoni tikkunsidra
- il-baġit, l-isfidi strutturali jew territorjali speċifiċi u l-punt tat-tluq ekonomiku ta' kull applikant
- il-preżentazzjoni ġenerali tal-pjan ta’ viżjoni tal-kandidat tal-EER
Għal aktar informazzjoni dwar kif tapplika, jekk jogħġbok ikkonsulta t-taqsima tad-dokumenti hawn taħt.
Ġurija tal-EER
Il-ġurija hija magħmula minn tnax-il membru (esperti fil-qasam u politiċi) u hija magħmula minn rappreżentanti ta’ dawn li ġejjin:
Reġjuni EER
Lista tar-Reġjuni Intraprenditorjali Ewropej mill-2011 ’il hawn:
- 2011 : Brandenburg (il-Ġermanja), il-Kontea ta’ Kerry (l-Irlanda) u r-Reġjun ta' Murcia (Spanja)
- 2012 : il-Katalonja (Spanja), Helsinki-Uusimaa (il-Finlandja) u Trnava (ir-Repubblika Slovakka)
- 2013 : Nord-Pas de Calais (Franza), id-Danimarka tan-Nofsinhar u Steiermark (l-Awstrija)
- 2014 : ir-Reġjun Fjamming (il-Belġju), il-Marche (l-Italja) u l-Brabant tat-Tramuntana (in-Netherlands)
- 2015 : Lisbona (il-Portugall), l-Irlanda ta' Fuq (ir-Renju Unit) u l-Komunità ta’ Valenzja (Spanja)
- 2016 : Glasgow (ir-Renju Unit), il-Lombardia (l-Italja) u Małopolskie (il-Polonja)
- 2017 : Extremadura (Spanja), l-Awstrija t’Isfel (l-Awstrija), il-Greċja tal-Punent (il-Greċja)
- 2018 : il-Maċedonja Ċentrali (il-Greċja), Île-de-France (Franza) u r-Reġjun tat-Tramuntana u tal-Punent (l-Irlanda)
- 2019 : l-Asturji (Spanja), Gelderland (in-Netherlands), it-Tessalija (il-Greċja)
- 2020 : Gdansk u Pomorskie (il-Polonja), Gothenburg (l-Iżvezja), Navarra (Spanja)
- 2021-2022 : il-Muniċipalità ta’ Castelo Branco (il-Portugall), il-Muniċipalità ta’ Gabrovo (il-Bulgarija), ir-Reġjun ta’ Helsinki-Uusimaa (il-Finlandja), il-Komunità ta’ Madrid (Spanja), Provence-Alpes-Côte d’Azur (Franza), il-Provinċja ta’ Silesia (il-Polonja)
- 2023: Barċellona (Spanja), Penela (il-Portugall), Vorpommern (il-Polonja)