Ir-Reġjun Intraprenditorjali Ewropew (EER) huwa
proġett li jidentifika u jippremja lil dawk ir-reġjuni tal-UE li juru strateġija ta' politika intraprenditorjali mill-aqwa u innovattiva, irrispettivament mid-daqs, ġid jew kompetenzi tagħhom. Ir-reġjuni bil-pjan ta' viżjoni l-iżjed kredibbli, li jħares 'il quddiem u li huwa promettenti
jingħataw it-tikketta "Reġjun Intraprenditorjali Ewropew" (EER) għal sena speċifika.
Il-Premju tar-Reġjun Intraprenditorjali Ewropew għall-2020 ingħata lil dawn ir-reġjuni:
SME United,
Eurochambres u
Social Economy Europe. Hija tibqa’ miftuħa għal kwalunkwe organizzazzjoni li hija lesta li tikkontribwixxi għall-għanijiet tagħha.
Il-premju tar-Reġjun Intraprenditorjali Ewropew 2019 ingħata lil dawn ir-reġjuni:
Gdansk u r-Reġjun ta’ Pomorskie (il-Polonja),
ir-Reġjun Intraprenditorjali ta’ Gothenburg (l-Iżvezja) u
r-Reġjun ta’ Navarra (Spanja).
Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar ir-reġjuni li ġew ippremjati
fl-istqarrija għall-istampa.
Kif tapplika
Eleġibbiltà
- Miftuħ għat-territorji u għall-Istati Membri kollha tal-UE, inklużi komunitajiet u bliet kif ukoll territorji transkonfinali b'personalità ġuridika bħal REKT u Ewroreġjuni
- Pussess ta' kompetenzi fuq livell politiku (mhux neċessarjament leġislattivi)
- Kapaċità li jimplimentaw viżjoni intraprenditorjali globali
- Irrispettivament mid-daqs, il-ġid jew il-kompetenzi speċifiċi tagħhom
- Miftuħ għal territorji li diġà huma ta' suċċess u għal dawk li jinsabu impenjati biex jimplimentaw il-bidliet meħtieġa
Ir-reġjunijiet transkonfinali huma mħeġġa b'mod partikolari biex jippreżentaw l-applikazzjonijiet
Dokumenti meħtieġa
- Formola tal-applikazzjoni
- Skeda informattiva dwar it-territorju tal-applikant
- Deskrizzjoni tal-viżjoni politika tar-reġjun
- Deskrizzjoni tal-mekkaniżmu ta' governanza previst biex tiġi żgurata implimentazzjoni effiċjenti tal-azzjonijiet tal-EER
- Pjan ta' azzjoni
- Pjan ta' komunikazzjoni
- Dikjarazzjoni ta' impenn politiku li turi li l-istrateġija tal-EER tat-territorju hija approvata mit-tmexxija politika tiegħu (eż. l-assemblea reġjonali, il-gvern reġjonali jew korpi politiċi awtorizzati oħrajn)
Proċedura ta' applikazzjoni
Il-ġurija tad-deċiżjoni tikkunsidra
- Il-baġit, l-isfidi strutturali jew territorjali speċifiċi u l-punt tat-tluq ekonomiku ta' kull applikant
- Il-preżentazzjoni ġenerali tal-Pjan ta' Viżjoni tal-kandidat tal-EER
Għal aktar informazzjoni dwar kif tapplika, jekk jogħġbok ikkonsulta t-taqsima tad-dokumenti hawn taħt.
Dokumenti (Il-proċess EER 2021-2022)
Ġurija tal-EER
Il-Ġurija hija magħmula minn tnax-il membru (esperti fil-qasam u politiċi) u hija magħmula minn rappreżentanti ta' dawn li ġejjin:
Kuntatt:
Is-Sur Piotr Zajaczkowski
Kumitat tar-Reġjuni
Tel: +32 (0)2/282.24.01
eer-cdr@cor.europa.eu