Elezzjonijiet Ewropej 2019 

european elections

​​The European elections concern us all. The ninth elections will be taking place between 23 and 26 May 2019, when 426 million EU citizens will again have their chance to elect the 751 members of the European Parliament (EP).

Taqsimiet

L-elezzjonijiet Ewropej jikkonċernawna lkoll. Id-disa' elezzjoni se ssir bejn it-23 u s-26 ta' Mejju 2019, meta 426 miljun ċittadin tal-UE se jerġa' jkollhom iċ-ċans tagħhom li jeleġġu 751 membru tal-Parlament Ewropew (PE).

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) u r-rappreżentanti eletti lokalment u reġjonalment tiegħu qed jaħdmu flimkien mal-Parlament Ewropew biex titqajjem kuxjenza dwar għaliex l-elezzjonijiet huma importanti u jkomplu jħeġġu ċittadini tal-UE biex jivvutaw.

Il-membri tal-KtR jirrappreżentaw mhux biss il-bliet u r-reġjuni tagħhom fi Brussell, iżda wkoll tal-Unjoni Ewropea lura f'pajjiżhom — huma ambaxxaturi tal-UE. Għalihom u għal kull ċittadin, fassalna għadd żgħir ta' sorsi uffiċjali li jista' jkun utli fil-promozzjoni tal-elezzjonijiet.

L-informazzjoni f'din il-paġna se tiġi aġġornata u l-utenti huma mistiedna jibagħtu suġġerimenti għal sorsi addizzjonali.

 

Informazzjoni ġenerali dwar l-elezzjonijiet tal-2019 u l-Parlament Ewropew (PE)

Punti ta' informazzjoni fil-pajjiż jew ir-reġjun tiegħek

Ikkondividi :
 
Back to top