Għeżież viżitaturi,
Minħabba l-pandemija tal-COVID-19 u r-restrizzjonijiet sanitarji relatati, sfortunatament ma ninsabux f’pożizzjoni li nilqgħukom fil-bini tagħna.
Jekk tixtiequ torganizzaw żjara virtwali bl-użu ta’ għodda diġitali, jew jekk għandkom xi mistoqsijiet, jekk jogħġobkom toqogħdux lura milli tikkuntattjawna.
Il-Kumitat tar-Reġjuni (KtR) jorganizza żjarat ta' informazzjoni għall-membri tal-pubbliku li jkunu jixtiequ jsiru jafu dwar kif jopera l-KtR u dwar ir-rwol tar-reġjuni fit-tfassil tal-leġislazzjoni tal-Unjoni Ewropea.
Il-preżentazzjoni, li ssir minn uffiċjal tal-KtR, ġeneralment iddum siegħa u tinkludi introduzzjoni ġenerali dwar il-Kumitat. Iż-żjarat huma organizzati bejn id-9.30 a.m. u l-4.30 p.m. mit-Tnejn sal-Ħamis, u sas-2.30 p.m. nhar ta’ Ġimgħa.
It-talbiet għandhom jintbagħtu lis-Servizz tal-Viżitaturi xahrejn qabel u għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja:
in-numru ta' parteċipanti,
it-tip ta' grupp,
il-lingwi mitkellma,
l-età tal-parteċipanti,
id-dettalji ta' kuntatt tal-mexxej tal-grupp (isem, indirizz, numru tat-telefown, numru tal-faks u indirizz elettroniku).
Jekk jogħġbok uża l-formola "kwestjonarju" għat-talba tiegħek ( EN - DE - FR ).
Infakkruk li:
grupp irid ikollu mill-inqas 15-il parteċipant,
il-parteċipanti għandu jkollhom mill-inqas 14-il sena,
l-organizzazzjoni ta’ żjarat virtwali hija possibbli (webex)
Għal aktar informazzjoni, ikkuntattja lil:
European Committee of the Regions
rue Belliard 99-101
B-1040 Brussels
visitesCdR@cor.europa.eu
Visitors' Service (Klaus Hullmann)
Tel.: + 32 (0) 2 282 2124