Semma leħnek dwar il-ġejjieni tal-Ewropa: skopri l-kampanja “Nirriflettu dwar l-Ewropa”
“Nirriflettu dwar l-Ewropa” kienet inizjattiva tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) li tipprovdi
pjattaforma għall-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fid-dibattitu li għaddej bħalissa dwar il-ġejjieni talEwropa.
Permezz ta’ stħarriġ onlajn apposta u aktar minn 210 dibattitu lokali madwar l-UE, organizzati bilkoperazzjoni mal-imsieħba lokali u reġjonali, il-KtR ta liċ-ċittadini l-opportunitajiet biex jaqsmu lfehmiet u l-proposti tagħhom dwar kif l-UE għandha tevolvi matul l-għaxar snin li ġejjin.
Il-kontributi miġbura kkontribwixxew għall-Opinjoni tal-KtR dwar “Nirriflettu dwar l-Ewropa: leħen lawtoritajiet reġjonali u lokali sabiex terġa’ tinkiseb il-fiduċja fl-Unjoni Ewropea”, li ġiet adottata
f’Ottubru 2018, bi tħejjija għat-tnedija tal-kampanja għall-elezzjonijiet Ewropej tal-2019.
Matul April 2018, ġie ppubblikat l-ewwel rapport dwar il-kampanja li jagħti sommarju tal-kontributi
mogħtija miċ-ċittadini matul id-dibattiti lokali u permezz tal-istħarriġ onlajn. Ir-Rapport Finali talkampanja ġie ppubblikat f’Ottubru 2018.
Matul l-2018, il-kampanja “Nirriflettu dwar l-Ewropa” kompliet tappoġġja avvenimenti lokali
organizzati fuq l-inizjattiva ta’ membri tal-KtR, tar-reġjuni, tal-bliet u tal-assoċjazzjonijiet nazzjonali
u reġjonali tagħhom, u fi sħubija ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE. Id-dibattiti politiċi f’dan il-kuntest
setgħu wkoll jinbdew mill-parlamenti reġjonali jew mill-kunsilli lokali.
Ingħaqad mal-inizjattiva #eulocal biex tgħin issawwar il-ġejjieni tal-proġett Ewropew.
Ikkuntattjana għal iżjed tagħrif jew jekk tixtieq taqsam l-ideat u l-proposti tiegħek!