Network Ewropew ta’ Kunsillieri Reġjonali u Lokali tal-UE 

summit
© European Union

​​Fl-Unjoni Ewropea hemm aktar minn miljun politiku elett fir-reġjuni u l-bliet. Huma jittrattaw il-liġijiet Ewropej, il-programmi ta' finanzjament u jipparteċipaw f'dibattiti fuq bażi ta' kuljum. In-Network huwa bbażat fuq l-esperjenza ta' suċċess ta' politiċi nazzjonali u lokali responsabbli għall-affarijiet Ewropej, pereżempju fl-Awstrija, fi Franza u fil-Ġermanja.

Applika biex tissieħeb fin-network

Taqsimiet


Min għandu japplika u kif?

In-Network huwa mmirat lejn politiċi reġjonali u lokali li huma rappreżentanti eletti fi gvern, parlament jew assemblea ta' reġjun, belt, belt żgħira, provinċja, muniċipalità jew villaġġ. Huma u japplikaw biex jissieħbu fin-Network, il-politiċi jikkonfermaw li ġew eletti fl-assemblea rispettiva tagħhom biex jirrappreżentaw lill-kostitwenza tagħhom. Politiku wieħed jew aktar mill-istess assemblea jistgħu jingħataw it-titlu ta' “Membru tan-Network tal-KtR ta' Kunsillieri Reġjonali u Lokali tal-UE" għat-tul tal-mandat tagħhom.

In-Network huwa proġett volontarju u minn isfel għal fuq. Ma hemm l-ebda proċess ta' għażla: il-politiċi kollha li jirreġistraw isiru parti min-Network.

​X'joffri n-Network?

Il-KtR joffri lill-membri tan-Network:

  • informazzjoni speċifika permezz ta' bullettini, briefings, paġna web iddedikata fuq is-sit web tal-KtR u l-grupp privat fuq il-pjattaforma Futurium “Kunsillieri tal-UE fi ħdan il-KtR" maħsub bħala l-forum ewlieni ta' informazzjoni u avvenimenti;
  • stediniet għal avvenimenti tal-KtR, links għal dibattiti politiċi fi ħdan il-KtR;
  • skambji u networking ma' membri/sostituti tal-KtR u Kunsillieri oħra tal-UE.

In-Network ma joffrix appoġġ finanzjarju mill-KtR.

​Kif jistgħu l-Kunsilliera tal-UE jaħdmu flimkien mal-KtR?

Huma jistgħu jikkontribwixxu b'mod attiv fl-attivitajiet tal-KtR, pereżempju billi jorganizzaw avvenimenti relatati mal-UE fil-kunsilli lokali u reġjonali tagħhom, jorganizzaw dibattiti maċ-ċittadini, jipparteċipaw f'konsultazzjonijiet u fi stħarriġiet tal-KtR u f'avvenimenti bħall-Ġimgħa Ewropea annwali tar-Reġjuni u l-Bliet jew is-Summits Ewropej regolari tal-KtR. Barra minn hekk, il-membri tan-Network jistgħu jikkuntattjaw lill-amministrazzjoni tal-KtR bil-lingwa tagħhom stess biex jistaqsu mistoqsijiet, jitolbu materjal jew għajnuna biex jorganizzaw l-avvenimenti. Il-Kunsilliera tal-UE jistgħu jikkuntattjaw ukoll lill-membri tal-KtR mir-reġjun tagħhom jew mill-Istat Membru tagħhom biex jistaqsu dwar il-ħidma attwali fil-KtR jew fir-reġjun tagħhom. Il-membri jistgħu jiddeċiedu li jsiru mentors tal-Kunsillieri tal-UE.

Futurium

​Futurium huwa pjattaforma online tal-Kummissjoni Ewropea li toffri spazji ta' interazzjoni (gruppi jew komunitajiet) fejn il-membri jistgħu jtellgħu posts u jikkummentaw dwar il-kontenut, jikkondividu dokumenti, stampi, filmati u avvenimenti. L-interfaċċa hija multilingwi u toffri għodda ta' traduzzjoni istantanja li tippermetti lil kulħadd jaqra l-kontenut u jesprimi ruħu bil-lingwa tiegħu (lingwi uffiċjali tal-UE).

Għalkemm kulħadd jista' jaċċessa Futurium, biex wieħed jissieħeb f'komunità jeħtieġ li jkollu kont tal-EU login. Qabel ma utent ikun jista' jtella' posts fi grupp, irid ikun membru tal-grupp. Fi gruppi pubbliċi (https://futurium.ec.europa.eu/en/digital-compass?language=mt) kulħadd jista' jara u jaqra l-posts iżda l-membri tal-grupp biss jistgħu jikkummentaw jew joħolqu kontenut. Fi gruppi privati, il-membri biss jistgħu jinteraġixxu u jaraw il-posts imtellgħin fil-grupp.

​Il-grupp Kunsillieri tal-UE huwa grupp privat, kondiviż mal-proġett pilota tal-Kummissjoni Ewropea “Nibnu l-Ewropa flimkien mal-Kunsillieri Lokali", fejn l-amministraturi tal-KtR u tal-KE jistgħu jtellgħu posts dwar aħbarijiet, avvenimenti, masterclasses, briefings u dokumenti utli.

​​Jinkludi s-sottogrupp privat Kunsilliera tal-UE fi ħdan il-KtR fejn il-Kunsilliera jistgħu jtellgħu posts u jikkummentaw dwar il-kontenut: jistgħu jtellgħu posts dwar l-avvenimenti, l-aħbarijiet, id-dokumenti, il-prattiki tajbin, ir-ritratti jew il-links għall-vidjows tagħhom stess. Biex isir membru ta' dan il-grupp fuq il-pjattforma Futurium, wieħed irid ikun politiku elett fil-livell lokali jew reġjonali u membru rreġistrat tal-grupp tal-Kunsilliera tal-UE fi ħdan il-KtR.​


Avvenimenti

Avvenimenti li saru fil-passat

Multimedia

Plamena Marinova, BG: Europe is safety

 


Ara aktar

  • Plamena Marinova, BG: Europe is safety
    Plamena Marinova, BG: Europe is safety
  • Patrick Connor-Scarteen, IE: Europe invests in communities
    Patrick Connor-Scarteen, IE: Europe invests in communities
  • Jan Dirk Van der Borg, NL: Europe invests in local infrastructure
    Jan Dirk Van der Borg, NL: Europe invests in local infrastructure
  • Emilia Wasielewska, PL: Europe is democracy
    Emilia Wasielewska, PL: Europe is democracy
  • Savannah Van Dongen, BE: Europe supports progressive projects
    Savannah Van Dongen, BE: Europe supports progressive projects
  • Marseille Summit, Café Europa for EU Councillors, 3rd March
    Marseille Summit, Café Europa for EU Councillors, 3rd March
  • Marseille Summit, Café Europa for EU Councillors, 4th March
    Marseille Summit, Café Europa for EU Councillors, 4th March

Ritratti

Kuntatt

Ikkondividi:
 
Back to top